IS-SIT LETTERARJU TA' PHILIP ELLUL

DRAMA KOMIKA

L-AWTUR
POEZIJI - I
POEZIJI - II
POEZIJI - III
POEZIJI - IV
POEZIJI FUQ STIL 'HAJKU'
DRAMM TAL-PASSJONI - ATT I
DRAMM TAL-PASSJONI - ATT II
DRAMM TAL-PASSJONI - ATT III
DRAMM TAL-PASSJONI - ATT IV
PROZA
DRAMA KOMIKA
DRAMA SERJA
XI KITBIET OHRA
KTIEB TAL-VIZITATURI

"HAWWADNI HA NIFMHEK" (Farsa)

JIEHDU SEHEM:

MIKIEL il-Muskettier

WISTIN ta’ Mudest

KARMNU ta’ Obromhomli

PAWLU ta’ Zozz

CIKKU ta’ Bendu

 

POST: Il-pjazza ta’ Hal-Karfus

ZMIEN: Is-sena 1955

 

Mikiel: (Lill-udjenza) Xi kwiet dalghodu! X`kien ghadu hadd ma resaq `l hawn?!

Wistin: Int diga' qieghed hawn, Mikiel.

Mikiel: Mela t-triq tieghek! Se tikkmandani x'hin u meta nigi hawn?! Ghax ma tmurx tara jekk dak il-mejjet haj ta' huk qamx jew le? Anqas jekk taqa' bomba atomika pied `il boghod minn soddtu ma jqum!

Wistin: U lilek malajr nghidlek min hu mejjet haj! Arani sejjer.

Mikiel: (Lill-udjenza) Imma dalghodu x'seta' gara? Dan il-kwiet kollu! Biex ghadu ma giex Karmnu "Obromhomli", xi haga gara zgur. Kieku tafu dan Karmnu kemm veru qieghed sew! Aghar minn beccun! Jibla' kollox sa l-anqas nitfa. Qalghuhielu "Obromhomli" ghax ghandu par mustacci daqs ta' qattus. U biex ma tantx jidhru twal, joqghod dejjem jobromhom! Jaqbilli niskot ghax qieghed narah riesaq lil hawn.

Karmnu: Ara Kieli!…Mela m'hawn hadd hawn? Is-soltu jkun hawn barumbara rgiel ipacpcu! U jien nista' nahseb x'gara!

Mikiel:X`gara?!

Karmnu: U ajma kemm iddum biex tifhem! Ilbierah dawk qaghdu jixorbu u sikru u dalghodu baqghu reqdin. Ja qabda ghazzenin `l huma!… Daqsi jbakkru kmieni!!

Mikiel: Issa fhimt kollox, Karm!… Ilbierah izzewwget it-tifla ta` Cikku ta` Bendu. Jien kont mistieden ghat-tieg izda ma ridtx immur ghax qghadt nahdem xi haga fir-remissa.

Karmnu: Lili anqas stednuni. Habib kbir tieghu u anqas indenja ghallinqas jghidli li ser tizzewwiglu t-tifla!

Mikiel: Mur arak, Karm, waqt ir-riceviment tizfen iz-"zalza" ma' Mari` tal-bajd!!

Karmnu: Ahjar minnek ghax anqas ticcaqlaq ma' tista' ghax jibdew jugghuk l-ghadam. Il-hin kollu bil-qieghda!

Mikiel: M'ghandekx xi tghid, Karmnu. Mhux kulhadd ghandu xi haga. Int qisek qattus xih ghakka u zmagat b'dawk il-par mustacci li ghandek. Ghax ma tmurx tixtri bicca xafra tal-lehja tal-Mach 3, jew x'jghidulha, u tqaxxar kollox! Jew issa se toqghod titqammel biex iggemma' l-flus li rbaht. (Lill-udjenza) Ghax biex tkunu tafu, dan il-galantom rebah il-prima tal-lottu –mitejn lira. U issa se joqghod jilghabha ta' Scrooge minghalih!

Karmnu: Nahseb ahjar nitlaq `l hemm dalghodu ghax milli jidher gej bic-cajt, Mikiel.

Mikiel: U mela itlaq ghax minghajrek ikun hawn il-kwiet… Insomma, nghiduha kif inhi, f`din il-pjazza dejjem bl-istorbju u l-paroli… fil-vojt!

Cikku: (Nofsu rieqed) Bongu, Mikiel!! (Jittewweb)

Mikiel: (Bejnu u bejn ruhu) Alla maghna, wasal Cikku!! (B`lehen gholi) Bongu Cikk! Kif qomna dalghodu?

Cikku: Hazin, Kiel, hazin hafna!!

Mikiel: Mela x'inqala'?

Cikku: Ghandek tghid li jien l-inkwiet jigri warajja kull hin u kull mument!! Jigruli hwejjeg li ma jitwemmnux. Qatt ma tigini wahda tajba f`hajti. Kull meta nkun ftit ferhan u kuntent, il-ferh jinbidel f`saram. Dak hu d-destin tieghi!!

Mikiel: Ghandek ragun tinkwieta, Cikk…Kulhadd xi darba jew ohra jinqalaghlu xi ftit ta' l-inkwiet, mhux hekk? (Pawsa qasira) Cikku, smajthom jghidu li lbierah izzewwget it-tifla tieghek, Katarina.

Cikku: Sewwa smajt, Kiel, sewwa smajt…U fuq hekk qieghed ninkwieta. Lil dak l-imbruljun ta' Pawlu ta' Zozz, ma kellhiex ghax thares lejh binti. Jien ippruvajt nikkonvinciha, tafx, izda hi ma riditx tisma' minni. U hemm ara xi gralha issa. Ilhom biss ftit sighat mizzewgin u diga' bdew jitlewwmu bejniethom. Dalghodu cempel it-telefon u kienet Katarina, u mbikkma qaltli li sabet lil Pawlu mixhut ma' l-art bi flixkun inbid f'idu b'sakra ma jarax art.

Mikiel: Allura issa x'ser taghmel, Cikk?!!

Cikku: Nghidlek il-verita`, ghandi aptit mmur noqtlu lil dak il- bicca sakranazz li marret tizzewweg binti…Forsi ma narahx izjed b'ghajnejja... Hallejtek Mikiel, ghax bhalissa kieku taf x'rabja ghandi fuqi…Arani sejjer.

Mikiel: Mur bis-sliem Cikk, u toqghodx tinkwieta zzejjed…(Pawsa qasira) (lill-udjenza) Miskin dan Cikku, dejjem jidhol f`xi basla. U t-tifla tieghu ssibhom il-praspar ukoll. Ara ftit lil min marret tizzewweg, lil Pawlu ta' Zozz, l-iktar bniedem sakranazz, imbruljun, halliel u mahmug li hawn fir-rahal. L-iktar persuni li jafu mill-qrib lil dan Pawlu huma l-pulizija, ghax dejjem jispicca f`idejhom. Minghalija kien anke wehel xi xahar maqful go cella fil-habs, meta mar biex jisraq lil Frangiska l-Bakkaljawwa, mara xiha ta' kwazi mitt sena, ghamja, truxa, u qieghda f'siggu tar-roti, ghax qatughlha saqajha t-tnejn u idejha l-leminija. Pero' il-girien ta' Frangiska ndunaw bih u malajr cemplu l-pulizija. Pawlu kien lahaq seraq nofs lira li x-xiha kien fadlilha gol-kartiera. (Ihares lejn in-naha tal-lemin tieghu) Issa jaqbilli nsodd halqi, ghax milli jidher riesaq Pawlu ta' Zozz. Sewwa jghidu li lil min issemmih lesti x'taghtih!!.

Pawlu: Ara l-habib tieghi Mikiel ta' "X'Riha!!". Skuzani jekk forsi ghadni xi ftit bin-nghas, ghax ilbierah izzewwigt lil Katarina ta' Cikku ta' Bendu u, taf int, xrobt xi grokk jew tnejn fit-tieg u qisni nhossni ftit imdardar u minix nara car.

Mikiel: Mela kemm xrobt inbid ilbierah?!!

Pawlu: Uhh… kieku taf kemm halladt whisky ma' l-inbid……anqas Alla ma jaf!!!

Mikiel: Pawl, jaqbillek tieqaf tixrob dak l-inbid kollu ghax fl-ahhar issib kappell jigik! Int diga' qieghed tajjeb…u jsibuk mejjet bil-flixkun ta' l-inbid f`idejk jonqsok.

Pawlu: Xi trid tghid biha din ta` "diga' qieghed tajjeb", eh?! Int tahseb li jien minix kapaci nikkontrolla ruhi. Ara, ghamilli pjacir u tibdilix bic-cajt dalghodu!

Mikiel: Ihh!!, kemm tiehu ghalik malajr…U isma', jien ghall-gid tieghek kont qieghed nghidlek, wara kollox!

(Jidhol Cikku jigri fuq il-palk)

Cikku: Hemm ara fejnu dak l-imbruljun ta' Pawlu. (lil Pawlu)Pawl, isma' sew x'ser nghidlek. Lil binti Katarina, jekk mintix ser tghix maghha bhala ragel mizzewweg, tista' titlaqha mil-lum stess, ghax binti ragel serju u onest trid tizzewweg, u mhux sakranazz bhalek!

Pawlu: Issa dik saret marti u jien biss niddeciedi jekk nitlaqhiex jew le…Mur u hallini fil-kwiet, ja bodbod xih!!

Cikku: Bodbod xih int!

Pawlu: Le, int!

Cikku: Int!!

Mikiel: Insomma issa ser tieqfu, qiskom kelb u qattus titlewwmu bejnietkom!

Cikku: Mikiel, int tindahalx, din bicca ta' bejnietna!

(Jidhol Karmnu fuq ix-xena)

Karmnu: (lil Cikku) Hawn qieghed, ja galantom! Prosit ghalik hej! Jien habib tal-qalb tieghek u anqas stedintni ghat-tieg ta' bintek! Ma hsibtx forsi li kieku stedintni ma kontx sejjer intiha xi rigal hux?!! Jekk hsibt hekk, gharralek bl-ikrah!!

Cikku: Kemm qomt shun shun ghalija, dalghodu… Jien ghat-tieg lil ta' gewwa stedint biss u lil hadd izjed.

Karmnu: Mhux veru, qieghed tigdeb! Jien smajthom jghidu li stedint lir-razza u r-radika kollha.

Cikku: Jekk smajt hekk, smajt hazin.

Karmnu: (lil Pawlu) U int, ghamilli pjacir u toqghodx tigi tisraqli il-fliexken ta' l-inbid minn gol-hanut. Jekk tkun trid, l-inbid ejja ixtrih u mhux tisirqu.

(Karmnu johrog minn fuq il-palk)

Cikku: Smajtu x'qallek, ja halliel!

Pawlu: U int tindahalx, bodbod!

Cikku: Bodbod int!

Pawlu: Int!!

Cikku: Int, int!

Mikiel: Ser tergghu tibdew?!

Cikku u Pawlu: Int tindahalx, Mikiel!

(Jidhol Wistin fuq ix-xena)

Wistin: Mikiel, Pawlu, Cikku, x'bicca gratli, x'bicca gratli!!!!

L-Ohrajn: Xi gralek, Wistin!!!

Wistin: Dalghodu kmieni jien kont hawn nitkellem ma' Mikiel, u mbaghad mort id-dar biex inqajjem lil hija Mabbli. X'hin wasalt id-dar, sibt lil Mabbli mixhut ma' l-art hdejn is-sodda u x'hin mort biex inqajmu, hu ma qamx. Dak zgur miet, zgur miet! Jahasra, x'bicca gratli!!!

Mikiel: Iva kkalma ftit, Wistin, toqghodx tinkwieta hafna. (lil Cikku) Cikk, mur ara naqra xi gralu Mabbli u hu lil Wistin mieghek. Nisperaw li m'ghandu xejn gravi!

Cikku: Arani sejjer. (lil Pawlu) U int ghada gejja tieghek Pawl!!

Mikiel: Mur Cikk u tahlix hin!

(Cikku u Wistin jitilqu)

Pawlu: Kiel, jien hallejtek ukoll tafx, ha mmur norqod ftit ghax dalghodu ghadni qed nara l-istilel u l-kwiekeb! U jekk dak il-bodbod xih ta' Cikku jigi jsaqsi ghalija, ghidlu li ma niflahx u ghandi d-deni.

Mikiel: Mur Pawlu, u hsiebek hemm ghax tghaffgek xi karozza u tigi qisek munita ta' nofs lira. (Minn taht l-ilsien) U mbaghad nkunu hlisna minnek.

Pawlu: X'ghidt, Mikiel?!

Mikiel: Ghidtlek mur bis-sliem, Pawl!

Pawlu: Sahha, Mikiel.

Mikiel: Sahha!!

(Jidhlu Cikku u Wistin)

Cikku: Mikiel, Mabbli ghadu haj, ghadu haj!

Wistin: Iva, hija ma mietx!

Mikiel: Mela x'kien gralu?

Cikku: Hu qalli li kien bela' xi tuzzana pilloli ta' l-irqad ghax ilbierah ma setax jorqod, u allura raqad fil-fond hafna u Wistin hasbu li kien miet!

Mikiel: Mela nirringrazzjaw lil Alla li Mabbli ghadu jferfer!

Cikku: Jien ser inhallikom hbieb, ghax diga' daqq nofsinhar u zaqqi ilha tipprotesta u tgerger iktar mill-haddiema tat-Tarzna!!

Wistin: Jien ukoll se nitlaq lejn id-dar ghax hija xeba' jistennieni. Ghallinqas hija ghadu qawwi u shih!

Cikku u Wistin: Sahha, Mikiel!

Mikiel: Sahha, l-ahwa!

(Cikku u Wistin jitilqu)

Mikiel: (Lill-udjenza) Jien ukoll se mmur niekol ghax il-mara tieghi qansha wisq. Lili tahsibni xi tifel ta' tliet snin. Tkun tridni d-dar fil-hin ezatt u jekk nittardja xi kwarta, kif nidhol mill-bieb `il gewwa, tibdieli l-litanija tat-tgergir u b'hekk imurli l-guh kollu! (Pawsa qasira) Din il-pjazza jmisshom isemmuha "Pjazza Tahwid", ghax ma tghaddix gurnata wahda li ma tinqalax xi glieda jew xi tilwima shuna bejn Pawlu u hatnu Cikku, jew inkella nisimghu b'xi bawxata minn ta' Wistin u huh Mabbli, jew nidhku xi dahka b'Karmnu "Obromhomli", buffu tal-prima klassi!!…Insomma, hallejtkom hbieb, ghax sar il-hin u jien biss bqajt barra niggerra wahdi. U tinsewx tkomplu thawwduni halli nifhimkom!! SAHHA!!!

         

TMIEM

 

 

(C) Philip Ellul - Kull Dritt Huwa Riservat.