IS-SIT LETTERARJU TA' PHILIP ELLUL

DRAMM TAL-PASSJONI - ATT III

L-AWTUR
POEZIJI - I
POEZIJI - II
POEZIJI - III
POEZIJI - IV
POEZIJI FUQ STIL 'HAJKU'
DRAMM TAL-PASSJONI - ATT I
DRAMM TAL-PASSJONI - ATT II
DRAMM TAL-PASSJONI - ATT III
DRAMM TAL-PASSJONI - ATT IV
PROZA
DRAMA KOMIKA
DRAMA SERJA
XI KITBIET OHRA
KTIEB TAL-VIZITATURI

"MAGHKOM SA L-AHHAR TAZ-ZMIEN" (Dramm tal-Passjoni)

IT-TIELET ATT

Xena I

Is-Sala tal-Kunsill tas-Sinedriju. Jidhlu il-Qassisin il-Kbar Hannas u Caiaphas, imbaghad jidhlu Zerah, Agar, Eleazar u membri ohra tal-Kunsill tas-Sinedriju.

NARRATUR: Issa ninsabu gewwa s-sala tal-Kunsill tas-Sinedriju, fejn Gesu’ se jidher quddiem il-Qassisin il-Kbar u l-Kittieba tal-poplu. Dawn jippruvaw jakkuzawh ghall-mewt.

 

HANNAS: Nitlobkom issa biex izzommu l-kwiet ha naraw x’ser jghidilna dan Gesu’ ta’ Nazaret. Jekk joghgobkom, gibuh quddiemna!

- Is-suldati jdahhlu lil Gesu’ u jpogguh quddiem il-Qassisin il-Kbar. -

CAIAPHAS: Issa nistghu nibdew. - Pawsa qasira. -X’ghandkom xi tghiduli fuq dan Gesu’?

AGAR: Rabbi Caiaphas, dan ir-ragel qal li hu jista’ jhott it-tempju u fi tlett ijiem jerga’ jibnih, u dan ma jkunx mibni bl-idejn!

ELEAZAR: Issa ara dan kif jista’ jkun, Rabbi Caiaphas!

ZERAH: It-taghlim li qed ixerred dan ir-ragel hu taghlim mimli qerq u gideb. U sahansitra qieghed joqghod jigri mat-toroq tal-Palestina u jghid li hu l-Messija, l-Iben t’Alla!

CAIAPHAS: Tajjeb, smajt bizzejjed. - Pawsa qasira. – Allura, Gesu’, int xejn ma twiegeb ghal dawn l-akkuzi kollha li qed jinghadu fuqek? Ma tiddefendix ruhek?

HANNAS: Gesu’ ta’ Nazaret, ahilfilna fuq Alla l-Haj, u ghidilna jekk intix tassew il-Messija, l-Iben ta’ Alla!

GESU’: Jiena hu. U ghad taraw lil Bin il-Bniedem bilqieghda n-naha tal-lemin ta’ Alla u gej fuq is-shab tas-sema!

- Il-Qassis il-Kbir, Caiaphas, icarrat il-libsa tieghu.

ZERAH: Dan ir-ragel huwa midghi! Smajtuh il-kliem li hareg minn fommu? Issa x’jidhrilkom?

KULHADD: Haqqu l-mewt, haqqu l-mewt!!

Black-out. Pawsa muzikali.

 

Xena II

Il-bitha tal-palazz tal-Qassis il-Kbir. Pietru bilqieghda hdejn xi qaddejja li jahdmu fil-palazz.

NARRATUR: Pietru jinsab mitfugh bilqieghda hdejn xi qaddejja tal-Qassisin il-Kbar fil-palazz taghhom. Huwa jichad tlett darbiet li ma jafx lil Gesu’. Is-serduk jidden darbtejn u Pietru jinduna bl-izball li jkun ghamel, u jinfaqa’ jibki.

 

QADDEJJA 1: Isma’, int wiehed mid-dixxipli ta’ dan Gesu’ ta’ Nazaret li arrestaw!

PIETRU: Nahseb li sejra zball, tafx. Anqas naf min hu dan il-bniedem li qieghda issemmi!

- Pawsa qasira. -

QADDEJJA 2: Dazgur, jiena certa li dan kien ikun ma’ Gesu’, ghaliex gieli rajtu mieghu b’ghajnejja stess.

PIETRU: Ghiduli x’intom thawdu! Nerga’ nghidilkom li lil dan Gesu’ ma nafux.

QADDEJJA 3: Inti qed tigdeb. Int lil Gesu’ tafu u kont timxi warajh. Anke l-kisra ta’ kliemek qed tikxfek!

PIETRU: Le, jahasra! Jien nahlef u nerga’ nahlef li dan il-bniedem ma nafux!!

- Il-qaddejja jitilqu u jhallu lil Pietru wahdu fil-bitha. F’daqqa wahda jinstema’ serduk jidden darbtejn. -

PIETRU: - jinfaqa’ jibki - Imma kif jista’ jkun tradejtu! Kif jista’ jkun! Jien li ghamilt tliet snin shah nimxi warajh u weghdtu li lest li mmut ghalih, issa kelli nkun it-traditur tieghu! Sewwa kien qalli li qabel ma s-serduk ikun idden darbtejn, jien inkun diga’ chadtu tliet darbiet! Ara issa x’ghamilt b’idejja! - Pawsa qasira - Ahfirli, Mulej, tad-dnubiet li ghamilt! Jien cert li int dejjem tahfirli. Jiddispjacini Mulej ghax tradejtek! - Pawsa qasira - Pietru, Pietru, x’ghamilt b’idejk!! - johrog `il barra jibki. -

Black-out. Pawsa muzikali.

 

Xena III

Is-Sala tal-Kunsill tas-Sinedriju. Jidhlu Hannas, Caiaphas, Zerah, Agar, Eleazar, u xi qaddejja u suldati.

NARRATUR: Il-Qassisin il-Kbar u s-Sanhedrin jiltaqghu bil-mohbi bejniethom u jiftiehmu kif se jaghmlu biex jehilsu minn Gesu’.

 

ZERAH: L-ahwa, irridu nehilsu minn dan il-bniedem xewwiex malajr kemm jista’ jkun. Smajtuh kollha b’widnejkom dak il-kliem li qal. Ahna kollha naqblu li dan haqqu l-mewt ghal li ghamel. Aktar kemm ma nehilsux minnu malajr, lill-Palestina se jkompli jgibha herba u ha jdawwar lil kulhadd kontrina!

AGAR: Issa ghandna prova cara tal-hazen li ghandu dan Gesu’. Nghidu li hu qed jipproklama ruhu l-Messija u s-Sultan tal-Lhud. Bis-sahha ta’ dan inkunu nistghu nakkuzawh ghall-mewt.

HANNAS: Allura ghand min tahsbu li ghandna nohduh l-ewwel: ghand il-Prokuratur Ponzju Pilatu, jew ghand Erodi Antipas?

ZERAH: Jien nahseb li jkun ahjar li nibaghtuh ghand Pilatu u naraw kif Gesu’ se jwiegeb ghall-mistoqsijiet li jaghmillu.

HANNAS: Tajjeb, jien naqbel mieghek fuq dan, Zerah. Nahseb li tkun ghazla ghaqlija jekk nibghatuh ghand Pilatu.

AGAR: Issa tinsewx li hemm dik id-drawwa li fil-festa ta’ l-Ghid jinheles wiehed mill-prigunieri li jkunu mitfughin il-habs. Ahna rridu nippruvaw nikkonvincu lil Pilatu biex jehles lil Barabba mill-habs, u lil Gesu’ ta’ Nazaret jaghtih il-mewt tas-salib.

CAIAPHAS: Imma biex jirnexxielna nikkonvincuh lil Pilatu, irridu nxewwxu lin-nies u nghidulhom biex jghajtu l-isem ta’ Barabba. B’hekk Pilatu jkun jista’ jehilsu ghax jara li n-nies iriduh mehlus!

ELEAZAR: Imma, Rabbi Caiaphas, inti ma tahsibx li Pilatu mhux se jehles prigunier perikoluz bhal ma hu Barabba?

CAIAPHAS: Eleazar, jekk id-drawwa tghid li l-Prokuratur ghandu jehles lil xi prigunier li jridu n-nies minghajr ebda kundizzjoni, ikollu jehilsu, irid jew ma jridx, ghax inkella jkun qed imur kontra d-drawwiet taghna l-Lhud!

HANNAS: Hekk hu. Jien naqbel ma’ Rabbi Caiaphas.

AGAR: Anke jien. Naqbel ghal kollox mieghu.

CAIAPHAS: Tajjeb wisq! Mela la kollha taqblu mieghi, ghandna nuzaw dan il-pjan biex nehilsu minn Gesu’. U jiena cert li kollox se jirnexxi kif irridu ahna. Ir-renju tas-Sultan tal-Lhud ma tantx jidher li fadallu hajja!! - Caiaphas jidhak. –

Black-out. Pawsa muzikali.

 

Xena IV

Il-Wied ta’ Kedron. Sigra kbira fin-nofs tal-palk. Jidhol Guda b’borza f’id wahda u b’habel f’idu l-ohra.

NARRATUR: Guda l-Iskarjota, dak li ttradixxa lil Gesu’, jhoss ruhu ddisprat u hati ghal li wettaq. Hajtu tispicca meta hu jmut mghallaq ma’ sigra.

 

GUDA: Jiena dnibt bil-kbir, u zgur m’ghandi ebda tama ta’ mahfra, ghax jiena ttradejt demm bla htija. Ara x’mort ghamilt b’idejja! Dawn il-flus tal-fidda huma mishuta u ma ghandix x’nambihom aktar. - Jitfa’ l-flus ma’ l-art b’tisbita. - Imma ghaliex, Guda, ghaliex ghamilt hekk? Il-kagun ta’ dan kollu hu jien. Jien biss u hadd iktar! Le, jien m’ghandix mahfra minghand il-Mulej ghal li ghamilt. U ghal dan kollu ma baqaghli xejn x’naghmel hlief li noqtol ruhi b’idejja. Ghax jiena haqqni, haqqni ghax ta’ iblah li jien smajt mix-xitan u obdejtu, ikkuntentajtu! Le, jien, haqqni l-mewt ghal li ghamilt, mhux il-Mulej! Jien haqqni l-mewt! - Jorbot il-habel ma’ ghonqu, jersaq lejn is-sigra u mbaghad jorbtu maghha. - Guda! Mut! Mut, ja traditur!! - Jitghallaq u jmut. -

Black-out. Pawsa muzikali.

 

Xena V

Il-Pretorju. Jidhlu l-Qassisin il-Kbar, flimkien ma’ whud mill-membri tas-Sinedriju. Jidhlu wkoll zewg suldati b’Gesu’ maqbud f’idejhom. Fuq il-palk ikun hemm Longinus, Artus u Petronius - il-qaddejja ta’ Ponzju Pilatu.

NARRATUR: Il-Qassisin il-Kbar u l-Kbarat tal-Poplu jiehdu lil Gesu’ gewwa l-Pretorju biex jidher quddiem Ponzju Pilatu, il-Gvernatur Ruman tal-Palestina.

 

LONGINUS: X’ghandkom bzonn?

ZERAH: Nixtiequ nkellmu lill-Prokuratur, ghax irridu nressqu lil dan, Gesu’ ta’ Nazaret, biex jidher quddiemu.

LONGINUS: Kollox sew. Artus, mur ghid lill-Prokuratur biex jigi s’hawnhekk.

ARTUS: Sejjer, Longinus.

- Pawsa qasira. -

- Jidhol Ponzju Pilatu, flimkien ma’ Artus. -

ZERAH: Insellmulek, ghaziz Prokuratur.

PILATU: Insellmilkom. Ghiduli, x’inqalalkom?

HANNAS: Prokuratur, gibnielek hawn quddiemek, lil dan ir-ragel li jsejhulu Gesu’ ta’ Nazaret.

PILATU: X’inhi l-akkuza taghkom kontra dan ir-ragel?

CAIAPHAS: Li kieku dan ma kienx ragel hazin, ahna ma konniex se naghtuh f’idejk.

PILATU: Mela allura huduh intom, iggudikawh intom skond il-Ligi taghkom u ghamlu bih li tridu.

ZERAH: Imma ahna, Prokuratur, m’ghandna s-setgha li noqtlu lil hadd! Dal-bniedem qed jishaq li hu l-Messija, Bin l-Imbierek!

PILATU: Din tidher interessanti! Mela halluni ha nisimghu ftit lil dan ir-ragel u niggudikah kif nista’. Ressquh aktar lejja.

- Gesu’ jersaq qrib ta’ Pilatu u dan ta’ l-ahhar ihares lejn Gesu’ bir-reqqa. -

PILATU: Allura, inti s-Sultan tal-Lhud?

GESU’: Dan qieghed tghidu int minn mohhok? Jew kienu ohrajn lil qalulek dan fuqi?

PILATU: Jien minix Lhudi! Kien l-poplu tieghek u dawn il-Qassisin il-Kbar li tawk f’idejja li qaluli. Ghid, x’ghamilt?

GESU’: Saltnati m'hijiex ta’ din id-dinja. Li kieku kienet ta’ din id-dinja, kieku l-ghases tieghi kienu jiggieldu biex ma ninghatax f’idejn il-Lhud. Imma, tabilhaqq, saltnati mhix ta’ hawn!

PILATU: Mela, allura, inti sultan?

GESU’: Int qieghed tghidu; jien sultan. Jien ghalhekk twelidt u ghalhekk gejt fid-dinja, biex nixhed il-Verita’. Kull min tassew ihobb il-Verita’, jisma’ lehni.

PILATU: U l-Verita’ x’inhi?

- Gesu’ ma jaghti ebda twegiba. -

PILATU: Nghidilkom li jien ma nsib ebda htija f’dan il-bniedem.

ZERAH: Dan qieghed ixewwex lill-gens kollu taghna u t-taghlim tieghu tferrex mal-Lhudija kollha, ibda mill-Galilija sa hawnhekk stess!

PILATU: Qeghdin issemmu l-Galilija. Jigifieri dan ir-ragel hu mill-Galilija?

ZERAH: Iva, Prokuratur, mill-Galilija.

PILATU: Tajjeb hafna. Petronius, isma’ ftit?

PETRONIUS: Ghidli, Prokuratur.

PILATU: Ghal li jista’ jkun, Erodi Antipas ghadu jinsab Gerusalemm?

PETRONIUS: Iva, Prokuratur, hawn ghadu Erodi.

PILATU: Kollox sew. Mela allura tistghu tiehdu lil Gesu’ ghand Erodi u jiggudikah hu jekk irid. - Pawsa qasira - Tistghu tmorru!

Black-out. Pawsa muzikali.

 

Xena VI

Il-palazz ta’ Erodi Antipas. Erodi jinsab mixhut fuq mitrah madwar hafna tfajliet sbieh. Uhud minnhom jibdew jizfnu quddiem Erodi.

NARRATUR: Dan huwa l-palazz ta’ Erodi Antipas. Dan is-sultan ihobb hafna lin-nisa, specjalment meta jizfnulu xi zifna specjali ghalih. Meta jdahhlu lil Gesu’ quddiemu, jiehu pjacir hafna bih, ghax ikun ilu jixtieq li jiltaqa’ mieghu. Izda fl-ahhar johrog dizappuntat.

 

- Numru ta’ tfajliet jibdew jizfnu zifna fuq stil orjentali. Waqt iz-zifna, jidhlu xi qaddejja ta’ Erodi, u jgibulu xi platti mimlijin b’ikel u frott, u kalci mimli bl-inbid. X’hin tintemm iz-zifna, jidhlu l-Qassisin il-Kbar, xi Sanhedrin, u Gesu’ maqbud mis-suldati. -

ERODI: Ara lil min qieghed nara quddiemi llum! X’giebkom ‘l hawn, eh?

CAIAPHAS: Gibna lil dan il-bniedem quddiemek, biex inti tkun tista’ tiggudikah u takkuzah ghall-mewt.

ERODI: Nakkuzah ghall-mewt? Tistghu tghiduli ftit dan il-bniedem min hu, x’jismu?

ZERAH: Dan ir-ragel hu Gesu’ ta’ Nazaret.

ERODI: Gesu’ ta’ Nazaret? Dak il-bniedem li kien qed jissemma’ dan l-ahhar ghall-mirakli li wettaq?!!

ZERAH: Hu kollu kemm hu!

ERODI: Tassew qed inhossni onorat u ferhan li gibtuli lil Gesu’ quddiemi, ghax ili nisma’ hafna fuqu u minn dejjem xtaqt niltaqa’ mieghu! Tafu intom, forsi jaghmlilna xi miraklu zghir!Allura dan x’ghamel hazin biex intom tridu taghtuh il-mewt?

HANNAS: Dan ir-ragel qed ixerred taghlim qarrieq u qed jipproklama ruhu s-Sultan tal-Lhud!

ERODI: Ah! Is-sultan tal-Lhud! Insellimlek Majesta’!! - ibaxxi rasu - Imma ma tindunawx li dan m’ghandux ix-xehta ta’ sultan, eh? Ghamlilna xi naqra magija jew xi miraklu ckejken, ja Sultan tal-Lhud? Hux hekk tridni nsejjahlek?

- Pawsa qasira -

ERODI: Mela dan ma jitkellimx?! Dan mutu, x’inhu? Ara, ghandi dan il-kalci. Fih ftit inbid, ta’ l-ahhar. Irridek tibdilli l-inbid f’ilma. - Pawsa qasira - Dan inbid baqa’! Jaqaw ghax gejt quddiemi, marrulek il-poteri magici kollha? Dan ragel iblah. Ma jaf jaghmel xejn. Jien ma nafx ghala tridu takkuzaw bniedem bhal dan. Jien ma nsib xejn stramb fih. Anqas biss tniffes. Baqa’ qisu statwa. Ara, ghamluli pjacir kbir, u itilquli `l barra bih b’kollox. Morru huduh ghand min joghgobkom u nehhuhuli minn quddiem ghajnejja. Mur obsor, eh? Gesu’ ta’ Nazaret! Jien immaginajtu xi wiehed ittajjar in-nar u jaghmel il-magija. Mhux wiehed li qisu mhux qieghed jghix f’dinja! Huduh `l hemm. U jekk se tmorru ghand Pilatu, tinsewx isselluli ghalih. U ghidulu li ghandi, Gesu’ ta’ Nazaret anqas qal kelma wahda.

ZERAH: Jigifieri tridna nitilqu, Erodi?

ERODI: Misskom ilkom li tlaqtu ‘l barra. Anzi kien ikun ahjar kieku ma gejtu xejn! Suldati, keccuhom `il barra minn hawn lil dawn!! Morru xxejru kollha kemm intom!

Black-out. Pawsa muzikali.

 

Xena VII

Il-Pretorju. Jidhlu Ponzju Pilatu, Claudia - il-mara tieghu, Quintilius, Longinus, Artus u Petronius.

NARRATUR: Gewwa l-Pretorju, il-Prokuratur Ruman Ponzju Pilatu, martu Claudia u s-suldati tieghu, ikunu qed jitkellmu fuq Gesu’ ta’ Nazaret, u kollha jghidu x’jahsbu fuqu. Imbaghad jergghu jigu l-Qassisin il-Kbar u l-kittieba b’Gesu’ maghhom.

 

PILATU: Dan il-bniedem li l-Qassisin il-Kbar tal-Lhud gabuli quddiemi llum, tassew hawwadni. Jidher li hu bniedem ta’ l-ghageb u ma jidhirlix li hu perikoluz, kif qeghdin jahsbu u jghidu huma.

CLAUDIA: X’jismu dan ir-ragel, ghaziz tieghi?

PILATU: Gesu’ ta’ Nazaret.

CLAUDIA: - Wiccha jiehu xejra ta' thassib - Imma kif jista’ jkun?!

PILATU: X’gara, Claudia?

CLAUDIA: Dal-lejl kelli holma tassew kerha li ma hallitnix naghlaq ghajn m’ghajn. Hlomt b’ragel li kellu hafna nies warajh u kien qieghed jippriedka s-sewwa. Imbaghad, f’daqqa wahda rajtu mislub fuq salib u hafna nies qeghdin jibkuh. Nahseb li kien dan Gesu’ ta’ Nazaret li qieghed issemmi, dak ir-ragel li hlomt fuqu. Ara x’ser nghidlek, qis li ma dan ir-ragel gust ma jkollok xejn x’taqsam, fhimtni?

PILATU: Fhimtek Claudia, fhimtek. - Claudia titlaq -

QUINTILIUS: Prokuratur, qed nisma’ hafna ghajat gej minn barra l-palazz. Immur nara x’inhu jigri barra?

PILATU: Iva, mur ara Quintilius.

- Quintilius johrog u jerga’ jidhol immedjatament. -

QUINTILIUS: Prokuratur!

PILATU: X’gara, Quintilius?!

QUINTILIUS: Prokuratur, regghu gew il-Qassisin il-Kbar tal-Lhud b’Gesu’ ta’ Nazaret!

PILATU: Regghu gew?! Mela allura dan ifisser li Erodi ma ghamilx haqq minnu u rega’ baghtu ghandi! Jien hsibt li farfart kollox minn fuqi! Mur ghidilhom igibuh quddiemi!

QUINTILIUS: Longinus, Artus, morru ghidulhom ha jidhlu.

LONGINUS/ARTUS: Kollox sew.

- Pawsa qasira. -

- Jidhlu l-Qassisin il-Kbar, xi Kbarat tal-Poplu, membri tas-Sinedriju, u xi Lhud ohrajn. Idahhlu lil Gesu’ maghhom, marbut.

PILATU: Ghiduli, x’rega’ gabkom lil hawn? Qed nara li Gesu’ ta’ Nazaret ghadu f’idejkom!

ZERAH: Iva, Prokuratur. Ahna hadna lil Gesu’ ghand Erodi Antipas kif ghamartilna inti.

PILATU: U x’ghamel Erodi?

ZERAH: Erodi haseb li dan il-bniedem kien ser jaghmillu xi miraklu jew xi magija, izda anqas biss harget kelma minn fommu. Erodi qalilna li hassu rrabbjat ghal mod ta’ kif gieb ruhu mieghu dan Gesu’, u qalilna wkoll li hu ma jara xejn stramb jew ta’ periklu fih.

PILATU: Ezatt, l-istess kif nahseb jien.

HANNAS: Prokuratur, inti suppost taf li ahna l-Lhud ghandna d-drawwa li fil-festa ta’ l-Ghid ghandu jinheles xi prigunier mill-habs.

PILATU: Iva, naf. Jaqaw triduni nehilsilkom lis-Sultan tal-Lhud?

ELEAZAR: Le, Prokuratur, ahna nixtiequ li nehilsu lil Barabba mill-habs!

PILATU: Lil Barabba?!

KULHADD: Iva. Ehilsilna lil Barabba!

PILATU: Intom triduni nehles lil Barabba. U bis-sultan taghkom x’ser naghmel?

AGAR: Lil dan sallbu!

KULHADD: Sallbu, sallbu, aghtih il-mewt!!

PILATU: Jien diga’ ghidtilkom, ma nsib ebda htija f’dan Gesu’ li gibtuli quddiemi. Ghalhekk, jien se naghtih is-swat u nhallih jitlaq.

ZERAH: Prokuratur, ahna rriduk li lil dan il-bniedem mignun issalbu u mhux tehilsu!

PILATU: Imma dan x’ghamel hazin?

KULHADD: Sallbu! Sallbu!!

PILATU: Kollox sew mela. Quintilius, mur gib zewg manigoldi ha jigu jsawwtu lil dan ir-ragel.

QUINTILIUS: Iva, Prokuratur. - Quintilius johrog -

- Jidhlu zewg manigoldi. Jorbtu lil Gesu’ ma’ kolonna zghira u jibdew jaghtuh bil-harta. Sadanittant tindaqq il-muzika. -

- Kif tispicca din il-parti tax-xena, il-manigoldi jhollu lil Gesu’ minn mal-kolonna, ilibbsuh libsa twila hamra u kuruna tax-xewk go rasu, u mbaghad jitilqu. -

PILATU: Ecce Homo, Hekk hu l-bniedem!

AGAR: Aghtih il-mewt!

ELEAZAR: Sallbu!

KULHADD: Sallbu!!

PILATU: Huduh u sallbuh intom. Jiena ma nsib ebda htija fih!

CAIAPHAS: Prokuratur, ahna ghandna Ligi, u skond din il-Ligi dan il-bniedem ghandu jmut, ghax ghamel lilu nnifsu Bin Alla.

PILATU: - jersaq lejn Gesu’ - Int min int, x’int? U ghidli s-sewwa! Kun af li jien ghandi s-setgha li nehilsek u ghandi s-setgha li nsallbek!

GESU’: Ma kien ikollok ebda setgha fuqi, kieku ma gietx moghtija lilek minn fuq; ghalhekk min ta lili f’idejk, ghandu htija akbar!

PILATU: Le! Lil dan il-bniedem se nehilsu. Ma huwa hati ta’ xejn!

HANNAS: Jekk tehles lil dan, Prokuratur, inti tkun qed tiksirha ma’ Cesari. Kull min jaghmel lilu nnifsu sultan ikun qieghed jehodha kontra Cesari!

PILATU: Ma tridux li nehilsilkom lil Gesu’ flok lil Barabba?

ZERAH: Diga’ ghidnielek, irriduk tehles lil Barabba u lil Gesu’ ssallbu!

PILATU: Kollox sew. Mela jien ser nehles lil Barabba mill-habs u lil Gesu’ naghtih il-mewt tas-salib! Izda jien m’ghandix x’naqsam ma’ dan id-demm bla htija, fhimtuni?!

- Pilatu jahsel idejh go bieqja mimlija bl-ilma u jixxutahom b’xuguman. -

KULHADD: Demmu fuqna u fuq uliedna!!

Muzika. Black-out. Jinzel is-siparju.

 

TMIEM IT-TIELET ATT

 (C) Philip Ellul - Kull Dritt Huwa Riservat.