IS-SIT LETTERARJU TA' PHILIP ELLUL

POEZIJI FUQ STIL 'HAJKU'

L-AWTUR
POEZIJI - I
POEZIJI - II
POEZIJI - III
POEZIJI - IV
POEZIJI FUQ STIL 'HAJKU'
DRAMM TAL-PASSJONI - ATT I
DRAMM TAL-PASSJONI - ATT II
DRAMM TAL-PASSJONI - ATT III
DRAMM TAL-PASSJONI - ATT IV
PROZA
DRAMA KOMIKA
DRAMA SERJA
XI KITBIET OHRA
KTIEB TAL-VIZITATURI

Ivenven ir-rih;

il-weraq tqacctu kollha…

jien tqaccatt ukoll.

 

Fittixtek illum,

se nkompli nfittxek ghada.

Bilhaqq, int twelidt?

 

Qasira l-hajja.

Il-minutiera miexja;

arloggti wieqaf.

 

Il-bahar tqawwa',

il-mewg jixtieq jiblaghna.

Trid ninzlu nghumu?

 

Rajtek tbill riglejk

fid-demm fietel ta’ gismi;

qaccatt ghajnejja.

 

L-irjieh qerrieda

garrfuli `l ruhi dghajfa;

sfajt terremotat.

 

Il-maktur abjad

zelaqli fin-nixxiegha;

ghereq fi dmughek.

 

Sibt il-ferh f’qalbi

li tant kont ili nfittex…

Tarli xhin qbadtu.

 

L-ghasfur ihares

lejja b’ghajnejn imbikkma;

gwinhajh midruba.

 

Ix-xemx qed tizreg,

skuratli ftit il-gilda;

xwietli lil qalbi.

 

Id-dhahen grassi

dahlu jigru fil-pulmun…

Faqqas il-kankru.

 

Blajt zibga hoxna

u kienet se tifgani…

Ergajt blajt ohra.

 

Dhalt fuq l-Internet

u c-cetlajns kienu vojta…

Kont qieghed nohlom.

 

Kont miexi u zlaqt,

ksirt idi x-xellugija…

Qattus gie jghinni.

 

Mort ghall-Quddiesa.

Fil-knisja ma kien hemm hadd,

hlief Gesu' jnewwah.

 

Tghaffeg il-qattus

taht rota ta’ karozza.

Bkewh biss il-hofor.

 

Inti l-mishuta,

inti l-emarginata,

omm l-Illegittmu.

 

Bush kontra Saddam.

Arafat kontra Sharon.

Jien kontrija nnifsi.

 

Weraq fis-sigar.

Zerriegha fil-hamrija.

Sadid go qalbi.

 

Il-qalb dghajfa wisq:

taf iddum thabbat snin twal

u tieqaf zopptu.

 

Kun af, zaghzughha,

li l-hajja darba tghixha

u darba tmutha.

 

X’inhi s-sbuhija?

Karozza mfarrka f’wied

miksija bil-ward.

 

Lic-cimiterju,

jekk qatt ma mort izzuru,

zgur se tmur darba.

 

Gurnata wahda

tidhol go cimiterju,

u qatt ma tohrog.

 

Il-mewt qasira:

f’sekonda tieqaf qalbek

w anqas tinduna.

 

Gwerra u Paci:

mur sibu t-tarf taghhom…

Tolstoy biss sabu.

 

L-izveljarini:

jaghtuk qatgha filghodu

w int terga’ torqod.

 

Meta nitwieldu

jibda l-process ta’ mewtna…

Verita' kiefra.

 

Ix-xwejh' ghajjiena

niezla t-turgien mittiekla.

Tghid jien nitlaghhom?

 

In-nies herqana

iccapcap lill-Mexxejja:

gemgha pupazzi.

 

Il-Farsa ntemmet

l-udjenza harget tidhak

... l-atturi tbikkmu.

 

Sabih il-Paci

li jtemm il-glied u l-gwerer. 

Tghid jibqa' holma?

 

Id-demm ibaqbaq

fil-qalb tal-bniedem kiefer,

xbieha ta' Kristu? 

 

(c) Philip Ellul - Kull Dritt Huwa Riservat.