IS-SIT LETTERARJU TA' PHILIP ELLUL

POEZIJI - I

L-AWTUR
POEZIJI - I
POEZIJI - II
POEZIJI - III
POEZIJI - IV
POEZIJI FUQ STIL 'HAJKU'
DRAMM TAL-PASSJONI - ATT I
DRAMM TAL-PASSJONI - ATT II
DRAMM TAL-PASSJONI - ATT III
DRAMM TAL-PASSJONI - ATT IV
PROZA
DRAMA KOMIKA
DRAMA SERJA
XI KITBIET OHRA
KTIEB TAL-VIZITATURI
INT BISS TAF

Int biss Taf,

x’inhuma s-sentimenti,

li hemm fil-fond ta’ qalbna.

 

Int biss Taf,

x’inhuma l-ħsibijiet,

li hemm ġo moħħna jberrnu.

 

Int biss Taf,

x’hemm lest għalina,

fil-ġejjieni.

 

Int biss Taf,

x’inhu l-futur,

tad-dinja tagħna.

 

Għalhekk, aħna lkoll,

f’Idejk kollox inħallu.

 

Għax Inti kollox Taf,

u daqsek ma jaf ħadd.

 

GĦALIEX?

għaliex tlaqt u ħallejtni waħdi

f’nofs oċean

nissara mal-baħar qalil?

 

għaliex ħrabtli?

ħallejtni ħabta w sabta…

waħdi…

       waħdi…

 

erġa' lura!

tħallinix negħreq fil-baħar kiefer

li ma jaħfirha `l ħadd

 

erġa' lura!

ejja ħa ssalvani mit-telfien

ejja ħa niggranfa miegħek

u nerġa’ nħossni maħbub

bħal ma ħassejtni darba.

 

UNIVERS

fost kemm pjaneti

jeżistu fl-univers

hemm pjaneta mwarrba

miksija bil-ward

 

fiha hemm int u jien

inħarsu lejn il-kwiekeb

u huma jħarsu lejna u jwennsuna

 

int u jien nistagħġbu

bil-kobor tal-univers

 

u f'qalbna

noħolqu univers ta' mħabba 

għalina t-tnejn... 

 

qatt ħlomtha din il-ħolma falza?

 

IL-KARNIVAL TA' ĦAJTI

Għalija l-Karnival ta’ lbieraħ

daħk u bluha,

ġiri `l hawn u `l hinn,

kant, għajjat u storbju…

 

Għalija l-Karnival ta’ llum

biki u lfieq,

niket, swied il-qalb

u mrar…

 

Għalija l-Karnival ta’ għada

mistrieħ u paċi,

serħan, hena u sliem

li ma jintemmu qatt...

 

illum qaluli li għada

qatt m'hu se jasal.

 

IL-KALENDARJU U JIEN

Inħażżu jum wara jum,

inqallbu xahar wara xahar,

narmih sena wara sena.

 

Iż-żmien għaddej,

ma jieqaf qatt.

U l-istess jien:

miexi f’dit-triq,

kultant bil-ħofor,

kultant lixxa.

 

Għaddej - nitħażżeż, nitqalleb,

nintrema’ sena wara l-oħra…

…l-istess bħal kalendarju.

 

IS-SKIET

il-kalamita

li ġġorni magħha

lejn il-Poeżija.

 

intiru t-tnejn flimkien

inħaddnu lil xulxin

nigglajdjaw qalb is-sħab tajjari.

 

xħin tintemm it-titjira

nerġa' ninġibed `l isfel

lejn l-Isfera ta' l-Infertilita`.

 

is-Skiet sparixxa.

 

jien inxerred xmara dmugħ.

 

QAMAR KWINTA

Ix-xwejjaħ stenna

lix-xemx biex tinżel,

u l-qamar

biex ifiġġ.

 

Imbagħad xħin dalam,

fuq il-bejt tela’,

u l-qamar

kien q'ed hemm.

 

U wiċċ ix-xwejjaħ

bid-dawl imtela’

tal-qamar.

U qal hekk:

 

"Ja qamar kwinta,

kemm inti sbejjaħ!

Qed narak

sħiħ illum!

 

Xewqa kbir' għandi

li nitl’ hemm ħdejk,

fil-għoli,

qrib tiegħek.

 

Iżd’int ja qamar,

tersaq qrib tiegħi,

sabiex jien

narak sew.

 

Iva, qed narak,

qed narak tajjeb!

U ferħ kbir

qed inħoss!

 

Ja qamar kwinta,

int bl-hena tfawwar

lil qalbi,

għajjiena…

 

…Issa se nitlaq,

ja qamar ħelu,

ħa norqod

u nistrieħ."

 

U veru telaq,

u veru raqad…

…fil-paċi,

għal dejjem.

 

GĦAR LAPSI

Il-ħoss tal-mewġ

iħabbat mal-blat

ħassejtu jhennili 'l qalbi!

 

Ħarist lejn l-għerien

'mgħobbija biż-żmien,

u dlonk ftakart

fis-snin l-imgħoddija…

 

Ħarist lejn il-bahar leqqien,

mimli ħegga u qawwa.

U tbissimt,

għax naf li jien bħalu!

 

U mill-bogħod

f’nofs ta’ baħar

imbiċċra

ħarset lejja

u tbissmitli lura

Filfla.

 

JOLFOQ IR-RIĦ

jolfoq ir-riħ

 tarbija tat-twelid

 miġnun f’dinja miġnuna

 

jolfoq ir-riħ

imdamdam, iddisprat

u miegħu nolfoq jien

 miġnun f’dinja miġnuna

 

ir-riħ u jien

żewġt imġienen

nolfqu

bla ħadd jismagħna

f'dinja miġnuna-truxa-mejta.

 

FUŻJONI

balla nar safra

tagħqad bla nifs madwari

għaraq jagħli ħiereġ minnha

tidħak imqanżħa

 

jien niġri warajha

hi warajja

niġru wara xulxin

 

aħna

żewġ spettri mtertqin tan-natura

żewġ vagabondi 'kkalunjati

 

aħna ħaġa waħda

 

iżda…

qatt rajna `l xulxin?

 

HERQA

ejja

manijaku spjetat ta’ l-irgulija

qed nistenniek

imwahhad

ma’ l-asterojde ta’ zghoziti

waqt li nkasbar

lil tfuliti

mtaqqba, mherrija…

 

ejja

qed nistenniek

manijaku spjetat ta’ l-irgulija

 

GHARGHAR TA' MHABBA

faret sax-xifer 

il-funtana ta’ l-imhabba

 

inhakmet

min-nirien ibaqbqu

tal-passjoni

 

twieldu fjammi ta’ ferh

fjammi t’infatwazzjoni

 

faret il-funtana

ta’ l-imhabba

 

u faret qalbi wkoll

ghax saret taf kif thobb

u tkun mahbuba.

 

GHANJA T'ARLUGGAR

doqq arlogg ferriehi

arlogg dahkan

doqq arlogg dejjem ferhan

 

doqq bil-qalb

halli nisimghek jien

nghannu flimkien

nghannu bla serh

u bla waqfien

 

doqq arlogg anzjan

arlogg zmungat

doqq arlogg imkisser u stunat

 

ibqa’ doqq

sakemm ma’ qalbi

titfarrak

u ssir raghad

mal-blat.

 

MISSJONI QERRIEDA

nirien ewforici

telghin u nezlin

mill-garigori abissali

ta’mohhi

 

jeqirdu kull ma jsibu

ifarrku kull sens ta’ memorja

 

nirien feroci

jixxabtu mal-pajpijiet dojoq

ta’ qalbi

jaqdfu u jghoddsu

fid-demm jaghli

 

iqasqsu l-vini

bil-fjammi taghhom

jixkupaw

kull sens ta’ mhabba

 

nirien malizzjuzi

nirien wahxija

li ftit ftit

qed jeqirduni

minghajr l-ebda sens ta’ htija

 

TAHLITA

hallat id-demm

ma’ l-ilma jaghli

u r-rizultat ikun…

Jien.

 

HBIEB

x’inhuma dawn l-irjus korrotti?

x’ifissru dawn in-nofs-bnedmin?

min halaq dal-kreaturi t’ucuh b’ohra?

nixtieq tassew inkun naf min!

ha nistaqsih ghaliex halaqhom hekk

egoisti u keshin

u

fuq kollox

ghaliex sejhilhom

'hbieb'.

 

LABIRINT

ir-raghad u l-beraq

jinfidlek qalbek

jitla’ l-garigori dojoq ta’ demmek

jipprova jsib minn fejn johrog

u jiskappa

 

u int…

 

ferhana li fl-ahhar se tfigg

il-qawsalla b’sebat ixfafar

u ttemm it-tempesta feroci

li assedjat lil ruhek kiebja

 

u jien…

 

poeta b’nofs ras

naqdef bla sahha

fid-demm cass ta’ l-arterji tieghek

noghdos goc-celloli mejta

neghreq fl-abbiss skadut ta’ mohhok

- labirint bla passaggi

 

NITFA DAWL

dhalt go qalbek

u sibt id-dlam wahxi

u l-bahh etern

 

minghajr ma naf fejn sejjer

tlajt fuq

u rajt nitfa dawl

fil-boghod

 

ersaqt aktar qrib

u ntbaht

li kienet l-ahhar

nofs-xrara ta’ mhabba

li kien fadallek ghalija

 

infxilt…

bqajt tiela’ aktar `il fuq

- bniedem mignun -

sakemm qtajt qalbi u nifsi

u qbizt ghal isfel

fid-demm mejjet

u nkwinat ta’ gismek

 

garrni mieghu

u jien sirt parti minnu…

mejjet bhalu…

f’ocean mimli stalletti

 

UCUH

wiccek bukkett ward ifewwah

wiccek qawsalla b’elf kulur

wiccek pjaneta radjanti ta’ l-imhabba

wiccek imrewha sabiha daqs denb ta’ pagun

 

wicci bahh ta’ dlam u wahx

wicci triq mimlija hofor

wicci kullana ta’ duluri

wicci spazju vojt bla hjiel ta’ hajja

 

wiccek u wicci.

dawl u dlam.

l-iskerz tan-natura.

eva w adam.

 

F’HOGOR ALLA

meta tara s-sema blu mifrux fuq rasek,

meta tisma’ t-tpespis t’ghasfur ferhan,

meta thoss l-imhabba ddur go gismek,

meta xxomm ir-riha mezmerizzanti tal-gizimin,

meta tmiss b’idejk l’hena u l-ferh,

ftakar fija.

 

jien inkebbek

gol-lizar

ta’ l-eternita’

u nbennek

f’hogor Alla.

 

TRIQ TWILA

waqt li kont miexi fi triq twila

ingbidt `l isfel go hondoq sewdien

 

sibt ruhi f'nofs art kbira mudlama

miksija kreaturi jharsu mistaghgba

 

smajt vuci tqila twerden-tgedwed 

"X'gejt taghmel hawn, Poeta, f'dan l-infern?"

 

tkexkixa fina ta' bard.

twerziqa misterjuza tirbombja f'widnejja.

 

inqtajt mill-art.

intrassejt go tubu ohxon

jiddi daqs sebat ixmux.

bezaqni fl-arja

u sabbatni mat-tarmak jikwi.

 

waqt li kont miexi fi triq twila...

               

TVENVIN

Go qalbek

        qalbu

             qalbha

                   qalbkom

                      qalbhom

…ziffa helwa li tmelles lir-ruh.

 

Go qalbi…

tvenvin mignun t’irwiefen

goffi u tqal

daqs l-azzar.

 

TGHID, XI DARBA?

Tghid,

xi darba,

dan il-genn

li kesa `l qalbi,

ghad idub fix-xej’?

 

Tghid,

xi darba,

dan l-ghanqbut qares

li qed igerrem `l ruhi,

ghad jigi meqrud?

 

Tghid,

xi darba,

ghad jghiduli

x’gejt naghmel hawn gew,

go dil-patata

mdewda bis-susa,

li qed tittiekel ftit ftit

mill-Hazin?

 

Tghid,

xi darba,

ghad insir

naf tassew

min jien…?

 

LIBRERIJA

univers infinit

ta’ mwejjed u siggijiet

bla forma

 

meded vasti

ta’ kotba mtertqa

miksijin b’muntanji

ta’ trab fin

u ghanqbut

 

kreaturi koroh-boloh

li jinfduk

bil-harsa penetranti

taghhom…

 

mill-bieb `l barra,

il-helsien totali.


(c) Philip Ellul - Kull Dritt Huwa Riservat