IS-SIT LETTERARJU TA' PHILIP ELLUL

POEZIJI - III

L-AWTUR
POEZIJI - I
POEZIJI - II
POEZIJI - III
POEZIJI - IV
POEZIJI FUQ STIL 'HAJKU'
DRAMM TAL-PASSJONI - ATT I
DRAMM TAL-PASSJONI - ATT II
DRAMM TAL-PASSJONI - ATT III
DRAMM TAL-PASSJONI - ATT IV
PROZA
DRAMA KOMIKA
DRAMA SERJA
XI KITBIET OHRA
KTIEB TAL-VIZITATURI

HABSI

maghluq f’cella umda-mudlama

ninfaga' f’dan l-gheluq

nitkellem-nirrabja mal-brimb jinten

mehdi johloq l-ghanqbut

b’disinji pentagonali

…izda jien ma nista’ nohloq xejn

 

inhares cass lejn il-hitan migrufa

ingedwed wahdi talba ‘nfernali

insabbat is-siggu bis-sahha

fuq l-art iccangjata

 

prigunier ghatxan u mgewwah

ghalija minuta tfisser siegha

siegha tfisser seklu

ma fadalli xejn x’naghmel

f’dan il-post moqziez-mistkerrah

 

…hlief haga wahda li ssuggerieli l-brimb:

nikkontempla suwicidju

biex ifittex jintemm kollox

u ruhi tiehu n-nifs

li qatt ma setghet tiehu qabel

 

ninheles darb’ghal dejjem

minn go dil-gagga sserrata

li tohnoq lil gismi kkankrat.

 

PREGHIERA


ghaliex tizreg ix-xemx

meta ma nkunx nixtieqha jien?

ghaliex tinzel bil-qliel ix-xita

meta ma jkollix aptitha jien?

 

ghalxejn nistaqsi

ghax hadd m’hu se jwegibni

lanqas Dak li jista’ kollox

u jaf bl-amment

Ilbierah, Illum u Ghada

 

insterqet l-Ostja mis-Sepulkru

u rajthom jien b’ghajnejja homor

jahtfuha bhal ilpup imgewha

 

ma stajt naghmel xejn biex inwaqqafhom

kont mutu izda mhux ghama

kont trux izda mhux rieqed

 

l-ispirti hziena harbu

izda jien bqajt gharkubbtejja

inqim lix-Xejn u `l-Bahh…

 

ghaliex nitolbok u int ma tismaghnix?

ghaliex nimrad u int ma tfejjaqnix?

ghaliex nintelaq u inti ma zzommnix?

 

jien nibqa’ nemmen fik, Setghan,

u ma nhallik qatt kwiet

jekk ruhi ma tistriehx minn kull inkwiet

u jsib xi ftit serhan

dan il-mohh zmagat-bahnan

(forsi) hekk ikun,

Amen.

 

SPETTRU


il-hajja tfur mill-izbokki ta’ gismek.

ja funtana kkulurita.

ja sacerdotessa mqita.

 

dejjem narak…izda ma narak qatt.

 

inti l-fantazma tad-dellijiet ta’ mohhi.

l-eklissi totali joriginaw minnek

imbaghad jitferrxu ‘fframmentati

f’kull rokna mbieghda ta’ ruhi.

 

dejjem narak…izda ma narak qatt.

 

nisimghek tpespes it-tpespisa mpespsa

li tidhol tmelles it-tnabar imgelgla

ta’ widnejja.

 

ja spettru tal-holm, erg’ejja,

imqar inxomm l-irwejjah Skandinavi

li ggorr madwarek

…jimmezmerizzawni f’sekonda.

 

erg’ejja ghall-ahhar darba

qabel niehu l-ahhar nifs

u nokrob l-ahhar karba.

 

ILLUM


konsistenti t-twerziq makabru tieghek.

gismi jitmelles-jitfissed

fid-dmugh imcaflas tal-biki mutu.

 

inti tiddandan bir-rix tal-plastik

u jien nikkonsma t-thezziz tas-snien

fil-gilda umana…gilda umda.

 

il-fermentazzjoni tal-kliem mehjut

jissensel sielem mill-aperturi

tal-halq imbewwaq.

 

se ntir fuq it-tajjar sewdieni

jiccirkola fit-ticrit tas-shab

u nersaq lejk

dejjem tfigg mill-boghod

qalb is-smewwiet holliema

tar-ruh elevata.

 

illum issehh it-Transustanzjazzjoni

tax-xewqat  -sa lbierah fiergha u mbieghda-

mahzuna fil-vini mrieghda.

 

MA NIFHMEKX


ma nifhmekx

meta timtedd fuq il-katastrofi

u tintilef f’holma bla tmiem.

 

nisthajlek ninfa eterjali

tixxabbat bla serhan

ma’ l-irdumijiet mudlama.

 

ma nifhmekx tassew.

ghax inti ‘llogika

u mohhi jithabbel fih innifsu.

 

madwarek biss iddur id-dinja.

inti l-kalamita li tigbed kollox lejha.

inti l-habel tal-progress

u t-twettiq ta’ kull xenqa amoruza.

 

inti unika tassew.

… izda xorta nibqa’ ma nifhmekx.

 

NOFS IL-LEJL


kull lejl il-mohh jiggerra

fil-kmamar gherja

johrog jisseqqer fit-toroq

qalb is-satra tas-silenzju.

 

il-misteru tal-fantazmi

mkeffna fil-lozor kannella

jilaghbu fil-pjazza mudlama

l-loghob stramb tat-terrur.

 

fil-boghod il-kor tat-twerziq

jintona akuta perfetta

u jqajjem is-suf ta’ l-igsma mitluqa

jitmermru ftit ftit fit-tebut.

 

f’nofs il-lejl iddoqq il-qanpiena

tannunzja l-bidu tar-Ritwal Iswed

li jsehh taht il-kenn tac-cipress lubien

… u l-mewt tibda tirrenja kullimkien.

 

IPOKRITI


il-hobz u l-hut jitkattru

il-fidi mghaxxa tonqos kuljum

in-nifs jinfaga' fih innifsu

 

jinstema’ l-ghana celestjali

ta’ l-angli dahkana

bilqieghda fuq is-shab griz

jistennew il-wasla solenni

ta’ l-Akbar Qaddis

 

u fil-Getsemani msahhar

l-Iben iroxx l-ahhar gharaq shun tad-demm

fuq l-Ipokriti li juru wicc b‘iehor

u jghidu li jemmnu f’kollox

izda f’qalbhom jafu li ma jemmnu f’xejn

 

ghalxejn jghajjat bil-ghatx l-Iben

mislub fuq zewg ghudiet imnawwra

ghax hadd m’hemm lest jisimghu

l-Ipokriti jittarrxu-jaghmew meta jaqblilhom

 

x’hin ir-raghad jibda jkarwat

u l-purtieri jiccarrtu

forsi mbaghad jibdew jaraw-jisimghu-jemmnu

… qabel ma jkun tard wisq.

 

ET LUX PERPETUA


il-gisem mitluq idub

fis-shana ta’ l-eternita'

 

l-angli jinzlu jigru

t-turgien tas-smewwiet

jghannu l-Innu glorjuz tal-Qawmien

u jxandru r-rebha perpetwa

fuq is-Setgha tad-Dlamijiet

 

jinstemghu l-qniepen idoqqu

t-tokki ferrieha tal-Glorja

 

il-poplu jingabar bi hgaru fil-pjazza

miksija bl-ghajat u bil-hena…

 

minn god-dar zghira ta’ wara l-knisja

tohrog tidwi t-twerziqa tax-xiha

x’hin tara lil binha b’ghonqu mhanxar

 

l-angli mbikkma jergghu jaharbu

fil-immensita’ tas-smewwiet

waqt li b’vuci wahda jokorbu:

"…et lux perpetua luceat eis,

requiescante in pacem, Amen."

 

IL-MOSTRU


xi darba ghad nohlom bik,

farfett hamrani tal-kampanja,

tittajjar qalb is-sigar go l-ghelieqi,

hieles minn kull irbit, minn kull ostaklu.

 

xi darba ghad nohlom bik,

ghasfur sabih-simpatku,

narak mehdi zzoqq lil martek u `l uliedek

imgeddsa fil-bejtiet kennija,

mohbija fil-frieghi tal-harrub…

 

min jaf ghadx nohlom bik ukoll,

mostru sewdieni tal-wahx,

titkaghweg-tinhall fin-nirien ta’ l-abbissi,

tgawdi l-Premju li hdimt ghalih fid-dinja,

tiskonta s-Sentenza

li nqatghetlek ghall-eternita’.

 

int mhux bhall-farfett, mhux bhall-ghasfur,

ma tafx x’inhu l-helsien, x’inhi l-imhabba.

 

kemm domt tizzeffen fuq din il-pjaneta,

werwirt il-fundamenti ta’ kull gisem,

qaccatt kull hsieb li kien ghad fadal jghum fl-imhuh,

… ma nafx x’kont lest li taghmel izjed.

 

min jaf ghadx nohlom bik ukoll,

ja mostru kiefer tat-terrur,

ja omicida ahrax…kaccatur.

 

OLYMPIA


Gherf id-Dinja jingabar

fic-cokon tal-mohh

irrakkmat bil-filugranu.

 

avorju mahzun fl-emisfera cerebrali.

 

it-tgezwir monotonu tal-hsibijiet

isehh quddiem folla ghassiesa ta’ idjoti

mghaqqdin f’turufnament etern.

 

jien inraqqa’ `l qalbek bil-hjut tal-fidda

u inti traqqa’ `l tieghi

bil-vini fini ta’ l-umilta'.

 

l-estasi tal-hajja ‘mmakulata

taqbez kull ostaklu

u tirbah kull tellieqa.

 

minn qiegh qalbi nirregalalek

il-kuruna mistika tar-rand

u nxiddlek il-medalja mlahhma

ta’ l-imhabba.

 

ELEVAZZJONI


ghajnejja jharsu `l fuq

u jimirhu fis-swali mdawwlin tas-smewwiet

 

qalbi titghaxxaq tittajjar qalb is-shab

u thossha titbennen f’hogor l-angli

jitbandlu fuq ix-xemx hamrana

jizzerzqu mar-raggi celestjali

 

mal-hajt imdieheb fegget it-tbissima

ta’ l-arlogg tond jimmarka Hin l-Eternita`

ghajnejja waqfu u tbaxxew b’sinjal ta’ qima

x’hin deher quddiemhom Sid l-Umanita`.

 

L-AHHAR SAJDA


meta tmur tistad ghall-Ahhar Minuti

tinsiex titfa’ x-Xibka l-Kbira

biex tipprova taqbadhom kollha

 

oqghod attent li ma titberfilx

u thallihom jaharbulek

ghax tista’ tahrab maghhom inti wkoll

 

imbaghad jigu jistadu ghalik

u ma jirnexxielhom jaqbduk qatt

ghax tkun inhtaft minn Qiegh l-Abbissi…

 

jekk titlef il-koncentrazzjoni

l-Ahhar Sajda taf tinbidel

fl-ahhar nifs tad-disp’razzjoni.

 

RENJU


ghada se jsehhu l-eklissi

u int tkun qrib ix-xemx imponenti

tohlom li qieghda tissallab

fuq l-gholja milwija tal-qamar

titghatta fil-lizar ta’ l-univers

u taghti bis-sieq lill-istilel

 

tisthajjlek ir-Regina Eterna

bilqieghda fuq tron tal-platinu

titpaxxa bil-kant seren ta’ l-angli

mixhuta fuq is-shab imdella…

 

jien inhares lejk minn hawn isfel

u nidhak dahka li jisimghuha biss

ruhek u ruhi mghaqqda f’xulxin.

 

FRAK


tkun tleqq il-Memorja meta tinkixef

minn qalb is-shab imcajpar

u ggieghlek tintilef f’estasi bla tmiem

 

xi darba l-Memorja ghad tisparixxi

u ma tibqax tleqq izjed

… tipprova tfittixha izda ma ssibhiex

 

ghalxejn se tibqa’ tibki u tolfoq

ghax mhux se jirnexxielek iggib lura

xi haga li telqitek darb’ghal dejjem

 

nixtieq li titlaq lili wkoll xi darba

biex ninsa s-sitt mitt elf martirju

li tertqu lil din qalbi mdardra.

 

RITORN


inti tlaqt u jiena bqajt hawn wahdi

nisma’ l-hoss tar-rih

ivenven go widnejja

jipprova jcaqlaqni minn posti

 

hallejtek tmur ghax naf

li llum jew ghada terga’ lura

 

kemm ser iddum tghix wahdek?

kemm ser iddum `il boghod mill-imhabba?

 

ghalissa nibqa’ wahdi

u sakemm ma tigi lura

se noqghod nghodd kull jum li ghaddi

 

jekk qatt ma tirritorna

wissejtek x’lest li naghmel

 

imbaghad jekk tasal tard

toqghodx ixxerred dmugh fil-vojt

ghax inkun tlaqt bhal ma tlaqt int

 

u zgur ma ssibni mkien

jekk mhux midfun f’xi qiegh ta’ bir

ghax hemm la nisma’ rjieh w anqas tgergir.

 

INT BISS


l-ghanja mistika li tohrog

minn fommok zokkri

tinstema’ thaxwex go widnejja

bhad-daqq ta’ flawt magiku

u nsoff l-ghasel li thalli warajha

waqt li nitbennen f’hogrok safi

 

ma nkunx nixtieqha tghaddi

din l-estasi divina

biex ingawdi l-benna tal-Genna

li taghha Int l-Ghassies perpetwu

 

ibqa’ zommni dejjem taht Idejk

u thallinix sekonda wahdi

 

ma rridx nintilef fil-Bosk tad-Dlamijiet

ma rridx ninhataf minn Sid id-Disprament

 

Int biss turini t-triq it-tajba

li twassal ghall-glorja li ma tintemm qatt

 

Int biss ittarrafli l-Verita'

li qatt ghadni ma sibt go din id-dinja

 

Int biss taghtini l-hajja

biex inkun nista’ naghtik l-aqwa tifhir

u l-oghla qima

 

Int biss, Missier, is-Sid ta’ ruhi w gismi…

I n t    b i s s.

 

KUNDANNA


wahdi rrid naqdef fuq id-Dghajsa

qalb il-mewg ifferocjat

 

wahdi rrid insib Triq il-Helsien

li ssalvani minn halq l-gharqa

 

wahdi rrid intellaq fit-Tigrija ta’ l-Ostakli

niggieled ghall-ewwel post b’nifsi maqtugh

 

ilbierah wahdi kont nghum

fil-guf kenni ta’ ommi

nistenna l-jum li fih ninbezaq

f’dan l-infern etern

 

illum wahdi ninsab mimdud

fit-Tebut klawstrofobiku

inhares `il fuq lejn l-ghatu ssigillat

 

ghada wahdi rrid nidher

quddiem l-Imhallef Assolut

nipprezenta r-Rendikont ta’ hajti

 

mill-bidu sat-tmiem dejjem wahdi

din hi l-kundanna unika tieghi

… u tieghek.

 

SALOME'


illejla rrid narak tizfen

iz-Zifna tas-Seba' Veli

tpaxxili `l ghajnejja

u minn gismi johrog il-fwar

 

izfen, izfen kemm tiflah, Salome'

u hallini nintilef f’estasi mistika

dewwaqni l-manna li minnha int tiekol

semmaghli l-vuci tieghek senswali

wahhadni mieghek ghal dejjem

ghax inti l-eghzez gawhra ta’ qalbi

 

urini x’taf taghmel illejla, Salome',

u nweghdek li ‘ntik dak li trid

… basta ma titlobnix Ras il-Ghafrid.

 

NIRVANA


l-eternita' mohbija fil-komma

tal-qmis illamtata

titqanzah bla waqfien, ikkundannata.

 

in-nar qed jaqbad gol-banju tad-demm

imxerred ghall-kotra mis-Sultan, fommu ffrizat.

 

jitkaghweg is-serp fuq ir-ramel inkaljat

jistenna lil xi ruh taqtaghlu lsienu, deformat.

 

it-toghma morra tat-tajn nej go halqi

tiffermenta u tinbidel f’toghma ezotika

li tqanqal mewg ta’ senswalita`.

 

l-essri uman jithabbel fl-ghanqbuta tal-hsieb

ifittex Ghajn is-Soluzzjoni, imbieghda,

izda jsib biss iz-zokk gheri ta’ l-indecizjoni.

 

id-dinja hi kalejdoskopju ta’ ‘ncertezzi

u l-abitanti taghha sriep minghajr velenu,

gurati bla sikkina, friefet minghajr gwienah.

 

ulied ix-xemx jghannu mas-sebh

is-Salmi ta’ l-Univers, ghana tal-Genna

jistennew li taqa’ qatra manna mis-sema.

 

ulied id-dlam iwerzqu fuq l-irdum,

jhezzu snienhom, iberrqu ghajnejhom,

jistennew l-art tinfetah u tiblaghhom.

 

jien, bilqieghda fuq il-ponta tal-qamar,

ingerrem iz-zokk gheri bi snieni,

u filwaqt li nitbissem,

qalbi tibki bikja ta’ tarbija

titbennen sielma fis-Saltna tat-Tgawdija.

 

LUNA


niccassa lejn il-qamar bla ma narah

jistahba wara s-shab orangjo,

nisma' d-dahka hoxna hierga minn fommu

ghax minghalih li sparixxhieli.

 

ja qamar krudil, xhud ta’ l-eqqel delitti,

holl fommok u tkellem, ikxef il-verita'.

 

inkun nistenniek f’Jum it-Tniebri,

gib mieghek il-memorji mbazwra tieghek

u qis li tkun puntwali ghax jien nobghod nistenna.

 

tkellem, sfera safra, u gerrex lis-shab kollu

halli narak sew, inkun naf intix qed tigdeb.

il-Mewt hemm tistenniek bil-herqa,

lesta biex tahtfek taht idejha.

 

ghid biss il-verita', ja qamar kiefer,

ghax taf issib il-giljottina quddiem wiccek

u ma tkunx tista’ tahrab biex issalva.

 

ANDANTE MESTO


l-orkestra ddoqq l-ewwel noti

tas-Sinfonija krepuskolari

taht qamar kwinta jitbissem

 

jiena s-surmast bil-bakketta f’idi

nisthajjilni l-alla tal-muzika

nidderiegi lill-hlejjaq kollha

jizfnu l-Polka tat-Tbahrid

 

jirbombjaw go widnejja

il-hsejjes imberflin ta’ l-obwe

u t-twerziq gentili tal-flawt

waqt li jibda l-ahhar Moviment

qalb tnehid ta’ biza’ u turment

 

mad-daqq ta’ l-ahhar nota twila

qalbi tieqaf thabbat

u ssib il-mistrieh taghha

fl-Arkivju ssigillat tal-Katakombi.

 

IZ-ZAGHZUGH TAL-LEJL


filghaxija ninnamra mal-blat lixx

ta’ xatt il-bahar

u l-Granc ix-Xih joqghod jissamma’

mohbi qalb l-alka sewda daqs il-faham

 

il-blat jirrakkontali l-hajja tieghu

u jiftah qalbu berah mieghi

 

jekk taqa’ stilla minn gos-sema

jiena mmur nigri nigborha

nahtafha bejn idejja u nikolha

qabel jigi l-Granc ix-Xih u jisraqhieli

 

meta jdoqqu t-tnax–il tokk ta’ nofs il-lejl

gismi jintelaq fil-bahar jingarr mal-kurrent

u neghreq f’qiegh l-ocean qalb il-korall

nistenna li jasal lejl iehor, kuntent.

 

TENTAZZJONI


inharqet f’idejja l-imrewha sewda

li tajtni lbierah

- minnha baqa’ biss l-irmied safrani -

 

dit-tragedja nessietni lilek

ghal ftit sekondi

izda ma nistax incarrtek minn mohhi

 

l-iskeletru maghlub tieghek

ghadu mkahhal quddiem ghajnejja

 

irrid nibda nghix f’xi dinja

fejn int ma tezistix

u b’ismek qatt izjed ma nisma’

irrid nehles mis-slaleb tqal

li fuqhom tixtieq issallabni

 

… b’hekk biss insib il-paci

u hajti forsi jkollha skop.

 

TISLIMA


Gejt naghtik l-Ahhar Tislima

f’dan il-jum kiebi tat-Tluq,

dnub li issa ser thallini

biex tittajjar int `l hemm fuq.

 

Isma’ ftit il-karba tieghi

illi hierga minn qiegh qalbi,

minn fejn tkun itlob ghalija

u lil Alla offri talbi.

 

Jiena zgur mhux sejjer ninsa

dak kollu `l ghamilt mieghi,

ghax kont inti li erfajtni

u gibtni tassew f’tieghi.

 

M’ghandix kliem biex nghidlek "grazzi"

ta’ kemm ghintni matul hajtek;

ghall-imhabba li offrejtli

gieh, rispett jien lura tajtek.

 

Insellimlek, gawhra ghaziza,

nizzik hajr, ghajn tnixxi l-benna,

u nispera li niltaqghu

ma ndumux…fil-gmiel tal-Genna.

 

MALTA


ninfed is-sema blu b’ghajnejja

biex nimrah fl-ispazju ‘nfinit

izda meta nhares `l isfel

lilek ma narakx ghax ma tidhirx

 

ghalxejn nuza lenti gganteski

biex nipprova nilmhek

f’nofs il-kontinenti

 

meta nerga’ ninzel qrib id-dinja

mbaghad narak tifflowtja f’nofs ta’ bahar

bhal caghka zghira f’ramla kbira

 

minkejja c-cokon tieghek

ismek maghruf kullimkien

u jekk allahares qatt tibda tintesa’

il-gmiel u l-kobor glorjuz tieghek

inkompli nxandru jien.

 

MISERERE


tistenna fuq il-blat ta’ hdejn il-bahar

li titla’ mewga mgewha u tibilghek

ittemmlek hajtek bhal lehha ta’ berqa

 

go qalbi ghandi tberren mistoqsija

li int qatt ma hallejtni nsaqsihielek:

x’tifsira ghandha din il-mistennija?

 

ghaliex f’dawn l-ahhar jiem mintix tkellimni?

x’qatt ghamiltlek hazin biex qed twarrabni?

 

jien lest nisimghek jekk tiftah qalbek mieghi

it-tnejn flimkien nitkellmu w niddiskutu

taf li nhobbok u nemmen li int tieghi

 

bhal meta hfirtlek jien hafna snin ilu

ahfirli jekk qatt tajtek xi fastidju

u ma rridx nism’ aktar go widnejja

l-kliem: "qed nikkontempla suwicidju".

 

O SOAVE FANCIULLA


inhares f’ghajnejk, Mimi',

inhoss l-ugigh ta’ qalbek

u x-xewqa tahraq ghall-imhabba

 

inhares f’ghajnejk, Mimi',

u naqra l-mistoqsija eterna

li dejjem titbandal go mohhok

 

inhares f’ghajnejk, Mimi',

u nisma’ l-krib imgermed ta’ ruh

imxaqqa w mifnija fil-hemm

 

inhares f’ghajnejk, Mimi',

u nhossok tintelaq fi hdani

waqt li ruhek tinheles,

tittajjar ferhana

qalb il-borra ta’ Parigi.

 

KUNDRY


fis-skiet paralizzat

inxappap idejja fid-demm jikwi

tal-ferita tieghek

u nilghaq bi lsieni l-materja friska

ticcarcar ma’ riglejk imbiccra

 

qalbek inrossha ma’ tieghi

nixtieq li jitwahhdu ghal dejjem

biex inhossu jien ukoll

l-Ugigh-li-qatt-ma-jghaddi

 

ilbierah int kennintni mid-dnub

izda llum inkennek jiena mit-tbatija

 

hallini nsoff l-imhabba li tiddi f’ghajnejk

hallini nisraq ftit mis-sbuhija

ta’ gismek safi

li jxerred fwejjah mistici

minn kull fejn jghaddi

 

illejla int u jien nitolbu

quddiem il-Kalci Mqaddes

u nintelqu f’estasi

li tfejjaq kull ferita

 

illejla int u jien

bil-qawwa ta’ l-imhabba

insiru haga wahda m’Alla.

 

FIL-BOGHOD


id-distanza ta’ bejnietna

m’ghandhiex limiti

 

izda xorta nhossni qribek

meta nizzerzaq mal-kuluri tal-qawsalla

u nintelaq fl-ibhra celesti t’ghajnejk

mirquma mill-Id divina tal-Hallieq,

is-Sid tas-sema jkangi

 

ghajnejja jinfdu s-shab tajjari

jippruvaw jilmhuk qed tinheba

wara xi rokna mwarrba

u x’hin jarawk jingibdu lejk

bhal kalamita

 

kultant inkun nixtieq innizzlek hdejja

ha ngawdu l-meravilji tal-Hallieq

nitwahhdu f’gisem wiehed int u jien

u nghixu hajja sielma minghajr tmiem

 

izda d-distanza ta’ bejnietna

m’ghandhiex limiti

 

ghalkemm xorta nhossni qribek

meta ninzel gharkubbtejja

quddiem ix-xemx niezla

wara l-gholjiet imhattba

meta nxomm fwiehet il-ward

jippoza kburi fi Gnien il-Genna

 

inhossni qribek daqs qatt qabel

u tifrah qalbi

ghax naf li inti tkun magenbi

tindokra `l dan il-gisem

imjassar mid-dghjufija.

 

ODYSSEA


meta nirfes fuq l-ilma ngazzat

nisma’ l-krib tieghek fil-boghod

riesaq qribi bhal mewg inkurlat

 

id-dinja ddawwarni dawra tond

u tibzoqni fl-atmosfera msoffija

mid-dhahen umani jizzeffnu ferhana

 

fuq gzira solitarja qed niekol il-gebel

u nixrob il-lava mghaffga

li hierga minn vulkan ifferocjat

 

elf hsieb jghaddi mill-passatur ta’ mohhi

elf darba thabbat qalbi kull sekonda

elf sena ili mhabbel f’din l-ghanqbuta

 

it-tama li fadalli qed tispicca

u qatt m’hu ser jinbidel id-destin

ser nibqa’ eziljat fuq din il-gzira

fejn darba l-allat tqatlu mal-bnedmin.

 

KONT INT?


kont int li tajtni jdejk biex issalvani

mill-gharqa, f’bahar li ma jhenn ghal hadd

 

kont int li fejjaqtni minn marda qalila

li ghoddha hatfitni u temmitli hajti

 

kont int li habbejtni w fraht mieghi

met’ghannaqt lil ibni l-ewwel darba

 

kont int li sabbartni w ghadirtni

fit-telfa ta’ dawk li l-aktar kont nghozz

 

kont int li qattajt mieghi l-bqija ta’ hajtek

tghix fil-milja ta’ l-imhabba

 

illum fejn int?

fejn mort tistahba?

nixtieqek twiegeb din il-mistoqsija:

kont int li dfintni f’qabar

mistur taht il-hamrija?

 

… kont int?

 

STOKKOLMA


fuq Tapit il-Holm ittajjart

qalb il-shab griz

jiksi liz-zokkra fiddiena

ta’ l-Iskandinavja

il-Metropoli tas-seher u s-seduzzjoni

 

dort ma’ l-irkejjen kollha

mistura mis-silg u l-borra

nipprova nfittex lilek

u sibtek mixhuta bilqieghda

imdawwra biz-zingari ferhana

jilaghqu r-rehza ta’ nofs il-lejl

 

ix-xewqa li nintelaq magenbek ghelbitni

u rqadt taht sema bla qamar u kwiekeb

fil-Belt-Li-Qatt-Ma-Tidlam.

 

GHALXEJN


waqt li l-hajja tintemm hesrem

ruhi ttir fil-gholi tas-smewwiet

bla serhan tfittex Bieb il-Helsien

mohbi wara s-shab gerrej

 

u hemm insib l-Altar il-Kbir

li fuqu rrid nissagrifika l-Ghogol mejjet

jinxtewa fin-nar ezasperat tat-telfien

 

id-dinja tkompli tiddandan ferhana

u l-jiem u s-snin igerrbu

izda ruhi tibqa’ tfittex Bieb il-Helsien

biex tohrog darb’ghal dejjem

mix-xibka hoxna tad-dnub

 

il-Bieb jibqa’ maghluq ghal ruhi

u x-xibka tibqa’ ma titqatta’ qatt

 

sabih is-shab iswed tal-maltemp

meta thares lejh mill-boghod

izda ikrah Bieb il-Helsien

meta tkun ezatt quddiemu

u taf li ma tista’ tifthu qatt.

 

BIZA'


l-estasi tal-hajja tinsatar

fil-Bir tas-Sentimenti

u ssib is-sliem fil-bahh tal-lejl

 

l-Ajkla ttir fil-baxx

u tieqaf hesrem fuq rasi

bhax-xabla ta’ Damokle

 

kultant tinhass iz-ziffa

ssefsef madwar gismi

waqt li niekol il-weraq tas-sigar

u niftakar fik,

imbieghda.

 

RIGRESS


ma flahtx nistenna aktar.

 

ix-xemx mohbija ghajjritni f’wicci

bhal meta ghajjret lilek fuq il-bejt

hemm fuq gos-sema ikhal

rajtha tidhak bik u bija.

 

u fl-univers ta’ l-Apokalissi

qalbi tixxaqqaq

u minnha jibda jnixxi d-demm

li jgherreq l-Artijiet imniggsa.

 

l-Evoluzzjoni ddub fit-twerziq tieghek.

 

is-sentimenti tieghi jitfarrku f’elf bicca.

 

… imbaghad tiggedded il-Mistennija.

 

IL-HABIB TIEGHI


il-habib tieghi twieled f’belt minsija

kien lejl kiesah f’nofs xitwa qalila

ma kellux biex jitghatta jew biex jishon

xi ftit tal-kumdita’ ma kellu mkien

 

il-habib tieghi twieled biex isalva

lil dawk il-midinbin li jemmnu f’Alla

jerga’ jghaqqadhom haga wahda mieghu

u jaghti l-Premju lil dawk li jisthoqqilhom

 

il-habib tieghi twieled biex ibati

jissallab fuq salib ghalik w ghalija

u wara tlett ijiem iqum glorjuz

u jeqred `l mewt kiefra darb’ghal dejjem

 

il-habib tieghi

li twieled biex imut

ghalik w ghalija

m’hu hadd

ghajr Gesu' Tarbija.

 

GHAMA


dahalli l-Frak f’ghajnejja w ma bqajtx nara

l-ahhar haga li rajt kien wicc jitbissem

izd’issa dalma sewda biss qed tidher

u l-hajja m’ghadhiex tleqq kif kienet qabel

 

id-Dlam sar parti minni w sirt inhobbu

mieghu nghaddi l-hin u nghid xi kelma

izda kull mistqosija li saqsejtu

ma wegibhiex u baqa’ fommu sieket

 

min jaf ghaliex il-Muta u s-Silenzju

honquh u ma jhalluhx jghid kelma wahda?

min jaf ikunx tassew qieghed jismaghni

jew jitlaqx minghajr lanqas biss ninduna?

 

NOCTURNE


harist f’ghajnejk u xeghlet bil-ferh qalbi

il-Bieb Ahmar tan-Nar infetah berah

hareg id-dmugh igelben ma’ haddejja

u inti xxuttajtuli bi tbissima

 

ir-Rih tas-Solitudni siket f’daqqa

u s-sema safi beda jroxx id-dalma

 

illum fis-sema ma jidhirx il-qamar

u l-kwiekeb qalbhom sewda mhux qed jiddu

 

it-tmiem ta’ dan id-Dramm issa qed joqrob.


'IL QUDDIEM


se nibda tiela’ t-telgha bla ma nieqaf

min jaf jergax jibdieli u nerga’ lura?

int thares lejja u tibda tidhak f’wicci

ghax tghid li mhux se nasal sal-Quccata

 

kuragg ghandi bizzejjed biex nirnexxi

u t-tama tas-success mizrughha f’qalbi

jekk minghalik se tasal biex twaqqafni

inweghdek li xewqatek ser ifallu

 

il-vjagg ta’ din il-hajja m’huwiex facli

l-ostakli ssibhom dejjem quddiem wiccek

iz-zmien jimxi kontrik u qatt ma jghinek

minn rajk trid taghraf tirbah it-Tellieqa

 

jekk tkun se taqta’ qalbek, erg’ahsibha,

u ftakar li int mimli bl-energija

kompli miexi `l quddiem, qatt thares lura,

insa l-passat li qatt ma jerga’ jigi

 

jekk temmen fik innifsek u fir-Rieda

tilhaq kull skop, kull xewqa tezawrixxi,

ghad tirfes fuq il-ponta tal-Muntanja

u tgawdi l-frott bnin tal-Perseveranza

 

… issa f’idejk biex taghmel bhali

u tibda tiela’ t-telgha.

 

STQARRIJA TA' PRIGUNIER


kuljum niccassa lejn ix-xemx safrana

nipprova nifhem ftit minn dal-Misteru

u l-mohh ghajjien idum biex jibda jahdem

kultant il-qtigh il-qalb igieghlu jieqaf

 

id-dinja tibqa’ ddur bla ma nixtieqha

kull jum li jghaddi jzid stallett go qalbi

u s-sentimenti bdew ftit ftit jitmermru

iz-zmien qatt m’hu se jirnexxieli nwaqqfu

 

it-tokki ta’ l-arlogg genglu `l widnejja

is-shab iswed dallamli l-kamra gherja

ghalxejn jaqbadni n-nghas ghax qatt ma norqod

u n-nghag ta’ fuq it-Tila dejjem jonqos

 

ma nistax niehu nifs, ma nistax nghajjat,

inqajjem lill-Gwardjan u jhebb ghalija

ghalxejn nipprova nahrab ghax jaqbduni

m’ghandix ghalfejn inkompli nzid mal-htija

 

it-Tmiem-Ta’-Kollox issa qieghed joqrob

sa fl-ahhar se tintemm din it-tbatija

ninheles minn dil-hajja mizerabbli

… se jkun sfuma fix-xejn il-Holm ghalija.

 


(C) Philip Ellul - Kull Dritt Huwa Riservat.