IS-SIT LETTERARJU TA' PHILIP ELLUL

L-AWTUR
POEZIJI - I
POEZIJI - II
POEZIJI - III
POEZIJI - IV
POEZIJI FUQ STIL 'HAJKU'
DRAMM TAL-PASSJONI - ATT I
DRAMM TAL-PASSJONI - ATT II
DRAMM TAL-PASSJONI - ATT III
DRAMM TAL-PASSJONI - ATT IV
PROZA
DRAMA KOMIKA
DRAMA SERJA
XI KITBIET OHRA
KTIEB TAL-VIZITATURI

07122010641.jpg

                              MIN HU L-AWTUR:
  
In-Nutar Dr Philip Ellul twieled fl-20 t'April 1985. Huwa rċieva l-edukazzjoni tiegħu fl-Iskola Primarja ta' Ħaż-Żebbuġ, il-Belt li fiha trabba u jgħix; fis-Seminarju tal-Arċisqof, Tal-Virtu`(limiti tar-Rabat); fil-Kulleġġ Ġ.F. Abela (il-Junior College); u fl-Universita' ta' Malta, minn fejn kiseb il-Baċellerat fil-Liġi u l-Malti (LL.B.) fl-2006, id-Diploma ta' Nutar Pubbliku (Dip. Not. Pub.) fl-2007, u d-Dottorat fil-Liġi (LL.D.) fl-2009. Fil-preżent, huwa qiegħed jipprattika l-professjoni legali bħala Nutar Pubbliku u Kummissjunarju għall-Ġuramenti f'Malta. Awtur ta' għadd ġmielu ta' poeziji bil-Malti, drammi, stejjer qosra, esejs u artikli varji. Barra minn hekk, matul dawn l-aħħar snin, huwa ipproduċa u ppreżenta programmi mużiko-letterarji fuq xi stazzjonijiet radjufoniċi.

Huwa wkoll il-Viċi President tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali ta' Ħaż-Żebbuġ u l-Uffiċjal għar-Relazzjonijiet Pubbliċi (P.R.O.) tal-istess Parroċċa.
 

 

 
 
NOTA IMPORTANTI: Ma jistgħu b'ebda mod jiġu kkupjati jew użati x-xogħlijiet letterarji li jidhru f'din il-websajt, mingħajr il-permess mogħti mill-awtur innifsu. Il-koperazzjoni ta' kulħadd f'dan ir-rigward tkun apprezzata ħafna. Grazzi.

L-aħħar aġġornament tal-websajt seħħ f'Settembru 2010