JIEHDU
SEHEM:
MIKIEL il-Muskettier
WISTIN ta’
Mudest
KARMNU ta’
Obromhomli
PAWLU ta’ Zozz
CIKKU ta’ Bendu
POST: Il-pjazza ta’ Hal-Karfus
ZMIEN: Is-sena 1955
Mikiel: (Lill-udjenza) Xi kwiet dalghodu! X`kien ghadu hadd ma
resaq `l hawn?!
Wistin: Int diga' qieghed hawn, Mikiel.
Mikiel: Mela t-triq tieghek! Se tikkmandani x'hin u meta nigi hawn?! Ghax ma
tmurx tara jekk dak il-mejjet haj ta' huk qamx jew le? Anqas jekk taqa' bomba atomika pied `il boghod minn soddtu ma jqum!
Wistin: U lilek malajr nghidlek min hu mejjet haj! Arani sejjer.
Mikiel: (Lill-udjenza) Imma dalghodu x'seta' gara? Dan il-kwiet
kollu! Biex ghadu ma giex Karmnu "Obromhomli", xi haga gara zgur. Kieku tafu dan Karmnu kemm veru qieghed sew! Aghar minn
beccun! Jibla' kollox sa l-anqas nitfa. Qalghuhielu "Obromhomli" ghax ghandu par mustacci daqs ta' qattus. U biex ma tantx
jidhru twal, joqghod dejjem jobromhom! Jaqbilli niskot ghax qieghed narah riesaq lil hawn.
Karmnu: Ara Kieli!…Mela m'hawn hadd hawn? Is-soltu jkun hawn barumbara
rgiel ipacpcu! U jien nista' nahseb x'gara!
Mikiel:X`gara?!
Karmnu: U ajma kemm iddum biex tifhem! Ilbierah dawk qaghdu jixorbu u sikru u
dalghodu baqghu reqdin. Ja qabda ghazzenin `l huma!… Daqsi jbakkru kmieni!!
Mikiel: Issa fhimt kollox, Karm!… Ilbierah izzewwget it-tifla ta` Cikku
ta` Bendu. Jien kont mistieden ghat-tieg izda ma ridtx immur ghax qghadt nahdem xi haga fir-remissa.
Karmnu: Lili anqas stednuni. Habib kbir tieghu u anqas indenja ghallinqas jghidli
li ser tizzewwiglu t-tifla!
Mikiel: Mur arak, Karm, waqt ir-riceviment tizfen iz-"zalza" ma' Mari` tal-bajd!!
Karmnu: Ahjar minnek ghax anqas ticcaqlaq ma' tista' ghax jibdew jugghuk l-ghadam.
Il-hin kollu bil-qieghda!
Mikiel: M'ghandekx xi tghid, Karmnu. Mhux kulhadd
ghandu xi haga. Int qisek qattus xih ghakka u zmagat b'dawk il-par mustacci li ghandek. Ghax ma tmurx tixtri bicca xafra tal-lehja
tal-Mach 3, jew x'jghidulha, u tqaxxar kollox! Jew issa se toqghod titqammel biex iggemma' l-flus li rbaht. (Lill-udjenza) Ghax biex tkunu tafu, dan il-galantom
rebah il-prima tal-lottu –mitejn lira. U issa se joqghod jilghabha ta' Scrooge minghalih!
Karmnu: Nahseb ahjar nitlaq `l hemm dalghodu ghax milli jidher gej bic-cajt,
Mikiel.
Mikiel: U mela itlaq ghax minghajrek ikun hawn il-kwiet… Insomma, nghiduha
kif inhi, f`din il-pjazza dejjem bl-istorbju u l-paroli… fil-vojt!
Cikku: (Nofsu rieqed) Bongu, Mikiel!! (Jittewweb)
Mikiel: (Bejnu u bejn ruhu) Alla maghna, wasal Cikku!!
(B`lehen gholi) Bongu Cikk! Kif qomna dalghodu?
Cikku: Hazin, Kiel, hazin hafna!!
Mikiel: Mela x'inqala'?
Cikku: Ghandek tghid li jien l-inkwiet jigri warajja kull hin u kull mument!!
Jigruli hwejjeg li ma jitwemmnux. Qatt ma tigini wahda tajba f`hajti. Kull meta nkun ftit ferhan u kuntent, il-ferh jinbidel
f`saram. Dak hu d-destin tieghi!!
Mikiel: Ghandek ragun tinkwieta, Cikk…Kulhadd
xi darba jew ohra jinqalaghlu xi ftit ta' l-inkwiet, mhux hekk? (Pawsa qasira) Cikku, smajthom jghidu li lbierah izzewwget it-tifla tieghek, Katarina.
Cikku: Sewwa smajt, Kiel, sewwa smajt…U fuq hekk qieghed ninkwieta. Lil
dak l-imbruljun ta' Pawlu ta' Zozz, ma kellhiex ghax thares lejh binti. Jien ippruvajt nikkonvinciha, tafx, izda hi ma riditx
tisma' minni. U hemm ara xi gralha issa. Ilhom biss ftit sighat mizzewgin u diga' bdew jitlewwmu bejniethom. Dalghodu cempel
it-telefon u kienet Katarina, u mbikkma qaltli li sabet lil Pawlu mixhut ma' l-art bi flixkun inbid f'idu b'sakra ma jarax
art.
Mikiel: Allura issa x'ser taghmel, Cikk?!!
Cikku: Nghidlek il-verita`, ghandi aptit mmur noqtlu lil dak il- bicca sakranazz
li marret tizzewweg binti…Forsi ma narahx izjed b'ghajnejja... Hallejtek Mikiel, ghax bhalissa kieku taf x'rabja ghandi
fuqi…Arani sejjer.
Mikiel: Mur bis-sliem Cikk, u toqghodx tinkwieta zzejjed…(Pawsa qasira) (lill-udjenza) Miskin dan Cikku, dejjem
jidhol f`xi basla. U t-tifla tieghu ssibhom il-praspar ukoll. Ara ftit lil min marret tizzewweg, lil Pawlu ta' Zozz, l-iktar
bniedem sakranazz, imbruljun, halliel u mahmug li hawn fir-rahal. L-iktar persuni li jafu mill-qrib lil dan Pawlu huma l-pulizija,
ghax dejjem jispicca f`idejhom. Minghalija kien anke wehel xi xahar maqful go cella fil-habs, meta mar biex jisraq lil Frangiska
l-Bakkaljawwa, mara xiha ta' kwazi mitt sena, ghamja, truxa, u qieghda f'siggu tar-roti, ghax qatughlha saqajha t-tnejn
u idejha l-leminija. Pero' il-girien ta' Frangiska ndunaw bih u malajr cemplu l-pulizija. Pawlu kien lahaq seraq nofs lira
li x-xiha kien fadlilha gol-kartiera. (Ihares
lejn in-naha tal-lemin tieghu) Issa jaqbilli nsodd halqi, ghax milli
jidher riesaq Pawlu ta' Zozz. Sewwa jghidu li lil min issemmih lesti x'taghtih!!.
Pawlu: Ara l-habib tieghi Mikiel ta' "X'Riha!!". Skuzani jekk forsi ghadni xi
ftit bin-nghas, ghax ilbierah izzewwigt lil Katarina ta' Cikku ta' Bendu u, taf int, xrobt xi grokk jew tnejn fit-tieg u qisni
nhossni ftit imdardar u minix nara car.
Mikiel: Mela kemm xrobt inbid ilbierah?!!
Pawlu: Uhh… kieku taf kemm halladt whisky ma' l-inbid……anqas
Alla ma jaf!!!
Mikiel: Pawl, jaqbillek tieqaf tixrob dak l-inbid kollu ghax fl-ahhar issib kappell
jigik! Int diga' qieghed tajjeb…u jsibuk mejjet bil-flixkun ta' l-inbid f`idejk jonqsok.
Pawlu: Xi trid tghid biha din ta` "diga' qieghed tajjeb", eh?! Int tahseb li jien minix kapaci nikkontrolla ruhi. Ara, ghamilli pjacir
u tibdilix bic-cajt dalghodu!
Mikiel: Ihh!!, kemm tiehu ghalik malajr…U isma', jien ghall-gid tieghek kont qieghed nghidlek, wara kollox!
(Jidhol Cikku jigri fuq il-palk)
Cikku: Hemm ara fejnu dak l-imbruljun ta' Pawlu.
(lil Pawlu)Pawl, isma' sew x'ser nghidlek. Lil binti Katarina, jekk mintix ser tghix maghha bhala ragel mizzewweg, tista'
titlaqha mil-lum stess, ghax binti ragel serju u onest trid tizzewweg, u mhux sakranazz bhalek!
Pawlu: Issa dik saret marti u jien biss niddeciedi jekk nitlaqhiex jew le…Mur
u hallini fil-kwiet, ja bodbod xih!!
Cikku: Bodbod xih int!
Pawlu: Le, int!
Cikku: Int!!
Mikiel: Insomma issa ser tieqfu, qiskom kelb u qattus titlewwmu bejnietkom!
Cikku: Mikiel, int tindahalx, din bicca ta' bejnietna!
(Jidhol Karmnu fuq ix-xena)
Karmnu: (lil Cikku) Hawn qieghed, ja
galantom! Prosit ghalik hej! Jien habib tal-qalb tieghek u anqas stedintni ghat-tieg ta' bintek! Ma hsibtx forsi li kieku
stedintni ma kontx sejjer intiha xi rigal hux?!! Jekk hsibt hekk, gharralek bl-ikrah!!
Cikku: Kemm qomt shun shun ghalija, dalghodu… Jien ghat-tieg lil ta' gewwa
stedint biss u lil hadd izjed.
Karmnu: Mhux veru, qieghed tigdeb! Jien smajthom jghidu li stedint lir-razza
u r-radika kollha.
Cikku: Jekk smajt hekk, smajt hazin.
Karmnu: (lil Pawlu)
U int, ghamilli pjacir u toqghodx
tigi tisraqli il-fliexken ta' l-inbid minn gol-hanut. Jekk tkun trid, l-inbid ejja ixtrih u mhux tisirqu.
(Karmnu johrog minn fuq il-palk)
Cikku: Smajtu x'qallek, ja halliel!
Pawlu: U int tindahalx, bodbod!
Cikku: Bodbod int!
Pawlu: Int!!
Cikku: Int, int!
Mikiel: Ser tergghu tibdew?!
Cikku u Pawlu: Int tindahalx, Mikiel!
(Jidhol Wistin fuq ix-xena)
Wistin: Mikiel, Pawlu, Cikku, x'bicca gratli, x'bicca gratli!!!!
L-Ohrajn: Xi gralek, Wistin!!!
Wistin: Dalghodu kmieni jien kont hawn nitkellem ma' Mikiel, u mbaghad mort id-dar
biex inqajjem lil hija Mabbli. X'hin wasalt id-dar, sibt lil Mabbli mixhut ma' l-art hdejn is-sodda u x'hin mort biex inqajmu,
hu ma qamx. Dak zgur miet, zgur miet! Jahasra, x'bicca gratli!!!
Mikiel: Iva kkalma ftit, Wistin, toqghodx tinkwieta
hafna. (lil Cikku) Cikk, mur ara naqra xi gralu Mabbli u hu lil Wistin mieghek. Nisperaw li m'ghandu xejn gravi!
Cikku: Arani sejjer. (lil Pawlu) U int ghada gejja tieghek Pawl!!
Mikiel: Mur Cikk u tahlix hin!
(Cikku u Wistin jitilqu)
Pawlu: Kiel, jien hallejtek ukoll tafx, ha mmur norqod ftit ghax dalghodu ghadni
qed nara l-istilel u l-kwiekeb! U jekk dak il-bodbod xih ta' Cikku jigi jsaqsi ghalija, ghidlu li ma niflahx u ghandi d-deni.
Mikiel: Mur Pawlu, u hsiebek hemm ghax tghaffgek xi karozza u tigi qisek munita
ta' nofs lira. (Minn taht l-ilsien) U mbaghad nkunu hlisna minnek.
Pawlu: X'ghidt, Mikiel?!
Mikiel: Ghidtlek mur bis-sliem, Pawl!
Pawlu: Sahha, Mikiel.
Mikiel: Sahha!!
(Jidhlu Cikku u Wistin)
Cikku: Mikiel, Mabbli ghadu haj, ghadu haj!
Wistin: Iva, hija ma mietx!
Mikiel: Mela x'kien gralu?
Cikku: Hu qalli li kien bela' xi tuzzana pilloli ta' l-irqad ghax ilbierah ma
setax jorqod, u allura raqad fil-fond hafna u Wistin hasbu li kien miet!
Mikiel: Mela nirringrazzjaw lil Alla li Mabbli ghadu jferfer!
Cikku: Jien ser inhallikom hbieb, ghax diga' daqq nofsinhar u zaqqi ilha tipprotesta
u tgerger iktar mill-haddiema tat-Tarzna!!
Wistin: Jien ukoll se nitlaq lejn id-dar ghax hija xeba' jistennieni. Ghallinqas
hija ghadu qawwi u shih!
Cikku u Wistin: Sahha, Mikiel!
Mikiel: Sahha, l-ahwa!
(Cikku u Wistin jitilqu)
Mikiel: (Lill-udjenza) Jien ukoll se mmur niekol
ghax il-mara tieghi qansha wisq. Lili tahsibni xi tifel ta' tliet snin. Tkun tridni d-dar fil-hin ezatt u jekk nittardja xi
kwarta, kif nidhol mill-bieb `il gewwa, tibdieli l-litanija tat-tgergir u b'hekk imurli l-guh kollu! (Pawsa
qasira) Din il-pjazza jmisshom isemmuha "Pjazza Tahwid", ghax ma tghaddix gurnata wahda li ma tinqalax xi
glieda jew xi tilwima shuna bejn Pawlu u hatnu Cikku, jew inkella nisimghu b'xi bawxata minn ta' Wistin u huh Mabbli, jew
nidhku xi dahka b'Karmnu "Obromhomli", buffu tal-prima klassi!!…Insomma, hallejtkom hbieb, ghax sar il-hin u jien biss
bqajt barra niggerra wahdi. U tinsewx tkomplu thawwduni halli nifhimkom!! SAHHA!!!
TMIEM
(C) Philip Ellul -
Kull Dritt Huwa Riservat.