IT-TIENI ATT
Xena I
Betanja.
Id-dar ta’ Xmun l-Imgiddem. Sala b’mejda fin-nofs. Jidhru Xmun, Gesu’, l-Appostli u xi Kbarat tal-Poplu.
NARRATUR: Gesu’ jinsab ghand Xmun l-Imgiddem,
gewwa Betanja. Fadal sitt ijiem biss qabel il-Festa ta’ l-Ghid.
XMUN: Mghallem, tassew qed inhossni ferhan li inti
ghogbok tigi taghmel l-ikla ghandi!
GESU’: Xtaqt hafna, Xmun, li nigi nzurek u
xewqti qtajtha.
- Tidhol mara tigri gol-kamra
u tintefa’ f’riglejn Gesu’ tibki. -
ELEAZAR: Din x’dahlet taghmel hawn
gew?! Mara midinba bhalha! Missha tisthi tohrog barra!
XMUN: Tassew, keccuha `l barra minn dari!
GESU’: Le, Xmun. Halliha!
XMUN: Mghallem, din mara tad-dnub u ma jisthoqqilhiex
tidhol go dari. U dak il-fwieha kollu li qieghda tahli, mhux ahjar marret taghtih karita’ lill-foqra?
GESU’: Ghaliex qed titkellem hekk, Xmun? Din
il-mara li inti qed takkuza, dilkitli riglejja bil-fwieha, messhithomli b’xagharha u ma waqfitx tbushom. Minn dan kollu
inti ma ghamiltli xejn. Din il-mara se jinhafrulha dnubietha ghax habbet hafna.
ELEAZAR: Kif jista’ jkun li int tahfer id-dnubiet?!
GESU’: Iskot, Eleazar. - Idur lejn il-mara - Mur bis-sliem,
mara, u mil-lum `il quddiem, tidnibx iktar.
XMUN: B’liema setgha qed taghmel dan l-ghemil,
Mghallem?
ELEAZAR: Alla biss jista’ jahfer id-dnubiet.
GESU’: Tassew nghidilkom li ghadkom ma fhimtux
ghala jiena gejt fid-dinja!
Black-out. Pawsa muzikali.
Xena II
Gerusalemm. Pjazza kbira. Folla kbira
ta’ nies bil-palm f’idejhom. Gesu’ jghaddi minn nofshom fuq hmara, akkumpanjat mill-Appostli.
NARRATUR: Gesu’ jidhol Gerusalemm trijonfalment
fuq hmara, flimkien mad-dixxipli tieghu. Il-kotra tifrah hafna bih u tilqghu bit-tixjir tal-palm.
FOLLA: Hosanna! Hosanna, Mulej!
RAGEL 1: Merhba O Sultan!
RAGEL 2: Nilqghuk fostna gewwa Gerusalemm!
MARA 1: Imbierek il-sultan li gej f’isem il-Mulej!
FOLLA: Hosanna!
MARA 2: Sliem fis-sema u glorja fil-gholi tas-smewwiet!
FOLLA: Hosanna, Hosanna fil-gholi tas-smewwiet!
AGAR: Mghallem, canfarhom lid-dixxipli tieghek!
GESU’: Nghidilkom li, jekk jisktu huma, jghajjat
il-gebel!
FOLLA: Viva s-sultan taghna! Viva l-Messija! Hosanna!!
Black-out. Pawsa muzikali.
Xena III
Is-Sinedriju. Jidhlu Hannas. Caiaphas,
Agar, Zerah, Nikodemu, Guzeppi ta’ Arimateja, Eleazar, u mbaghad jidhol Guda.
NARRATUR: Il-membri tal-Kunsill tas-Sinedriju
jiltaqghu biex jiddiskutu b’liema mod ser jehilsu minn Gesu’ u t-taghlim li kien qieghed ixerred.
HANNAS: Hbieb, hemm bzonn naraw x’ser naghmlu
b’dan Gesu’ ta’ Nazaret. Qieghed ikun ta’ theddida ghar-religjon taghna!
ZERAH: Tassew, Rabbi Hannas. Sewwa qed tghid. Dan
ir-ragel sahansitra qed jghid li hu l-Messija, l-Iben t’Alla.
NIKODEMU: Imma intom ma tqisux il-kobor tieghu?
Qatt ma smajtuh jghallem lin-nies? Qatt ma rajtuh jaghmel xi miraklu?
CAIAPHAS: U hallina mill-mistoqsijiet, Nikodemu!
Tghidlix li qieghed temmen fil-mirakli li qed jaghmel dan il-bniedem qarrieq?!
NIKODEMU: Rabbi Caiaphas, jiena kellimt lil dan
Gesu’. Tassew bqajt impressjonat bil-kliem tieghu. Jiena nemmen li dan il-bniedem hu tassew kbir.
GUZEPPI: Jien ukoll smajtu jitkellem u nqisu bhala
bniedem ta’ gherf kbir u uniku.
ZERAH: Ma jistax ikun li intom dortu ghal ma Gesu’.
Misskom tisthu tghidu dan il-kliem! Qeghdin temmnu fi bniedem li hsara biss jista’ jgib fostna.
HANNAS: Guzeppi, Nikodemu, ahjar titilqu `l barra
minn hawn, ghax jekk intom temmnu f’Gesu’, m’ghandkomx aktar x’taqsmu maghna!
NIKODEMU: Tibzax, Rabbi Hannas, hekk se naghmel
jien. Ha nitlaq u nhallikom taghmlu li tridu.
GUZEPPI: U jien se mmur ukoll, flimkien ma’
Nikodemu.
CAIAPHAS: Morru mela, imxu wara dak il-qarrieq!
U halluna bi kwietna.
- Guzeppi u Nikodemu
jitilqu. Jidhol Guda l-Iskarjota. -
ZERAH: Ara sehibna Guda! X’giebek `l hawn
illum?
GUDA: Isimghuni x’se nghidilkom. Jien lest
li naghtikom lil Gesu’ ta’ Nazaret f’idejkom, u intom taghtuni hamsin bicca tal-fidda bhala hlas.
AGAR: Din tinstema’ xi haga interessanti.
ZERAH: Guda, din tieghek hi offerta tajba hafna.
Pero’, hamsin bicca tal-fidda huma wisq ghalina.
HANNAS: Tassew, huwa minnu li qal Zerah.
GUDA: Allura, kemm se taghtuni minflok hamsin bicca?
CAIAPHAS: Ara, bi tletin bicca tal-fidda taccetta
li taghtina lil Gesu’?
HANNAS: X’tahseb Guda?
- Guda jahsibha xi ftit. -
GUDA: Iva, naccetta. Aghtuni tletin bicca tal-fidda
u Gesu’ jkun taghkom.
ZERAH: Tajjeb mela. Issa ninsabu miftehmin! Pero’
rridu nergghu niltaqghu biex niftehmu meta sejrin biex naqbdu lil Gesu’.
CAIAPHAS: Eleazar, mur gib tletin bicca tal-fidda
ghal Guda.
ELEAZAR: Sejjer, Rabbi Caiaphas.
- Eleazar johrog -
ZERAH: Sa fl-ahhar se jirnexxielna nehilsu minn
Gesu’!
- Pawsa qasira. Eleazar
jidhol b’borza zghira f’idu li fiha hemm it-tletin bicca tal-fidda. -
ELEAZAR: Hawn hudhom, Guda. Ghandek it-tletin bicca
tal-fidda.
HANNAS: Nirringrazzjawk ta’ l-ghajnuna tieghek
Guda. Issa tista’ tmur. Nergghu niltaqghu!
GUDA: Iva, hbieb, nergghu niltaqghu!
Black-out. Pawsa muzikali.
Xena IV
Pjazza go Gerusalemm. Jidhol Gesu’,
flimkien ma’ l-Appostli.
NARRATUR: Wasal l-ewwel jum ta’ l-Azzmi.
Gesu’ iqabbad lid-dixxipli tieghu biex imorru jhejjulu l-ikla ta’ l-Ghid li kienet issir ta’ kull sena mil-Lhud.
Waqt din l-ikla huma kienu jissagrifikaw il-haruf ta’ l-Ghid.
GESU’: Pietru, Gwanni, isma’ ha nkellimkom.
PIETRU: Ghidilna Mghallem.
GESU’: Illum tafu li hu l-ewwel jum ta’
l-Azzmi. Jien nixtieq li naghmel l-ikla ta’ l-Ghid maghkom illejla.
GWANNI: Allura x’tixtieq minghandna Mghallem?
GESU’: Isimghuni, irridkom li tmorru thejju
ghall-ikla ta’ llejla, halli nkunu nistghu nieklu l-haruf flimkien.
PIETRU: Fejn tridna nhejju, Mghallem?
GESU’: Araw, morru fit-triq li taghti ghat-tempju
u hemmhekk ghandu jkun hemm ragel qieghed jistenniekom. Lil dan taghrfuh ghax ikollu garra f’idu. Ibqghu mexjin mieghu
u hu jwassalkom sa dar. Idhlu u kellmu lis-sid ta’ din id-dar u ghidulu li l-Imghallem xtaq ikun jaf fejn hi l-kamra
li fiha se niccelebraw l-ikla ta’ l-Ghid. Hu jurikom il-post, u intom hejju kollox hemmhekk.
PIETRU: Kollox sew Mghallem, arana sejrin.
Black-out. Pawsa muzikali.
Xena V
Kamra b’mejda twila fin-nofs.
Jidhlu l-Appostli u jpoggu bilqieghda madwarha. Imbaghad jidhol Gesu’ u jpoggi bilqieghda f’nofshom. Fuq il-mejda
jkun hemm tlettax –il platt, u fin-nofs, fejn ikun Gesu’, ikun hemm kalci mdaqqas u hobza tal-hmira tonda.
NARRATUR: Gesu’ u l-Appostli jingabru
flimkien ghall-ikla ta’ l-Ghid, l-ahhar ikla ta’ Gesu’ mad-dixxipli tieghu qabel jinghata f’idejn
is-Sanhedrin.
GESU’: Kelli xewqa kbira li naghmel din l-ikla
maghkom qabel ma’ tasal is-Siegha tad-Dlamijiet. Tassew nghidilkom li din l-ikla minix ser nerga’ naghmilha sakemm
ma tkunx sehhet ghal kollox fis-Saltna tas-sema.
- Gesu’ jaqbad
il-kalci f’idu u jghollih `il fuq. -
GESU’: Hudu dan il-kalci mimli bl-inbid u
aqsmuh bejnietkom. Nghidilkom li minn issa `l quddiem ma nixrobx aktar minn frott id-dielja, sa ma tigi s-Saltna t’Alla.
- L-Appostli jixorbu
mill-kalci wiehed wara l-iehor.
-
- Gesu’ jaqbad
il-hobza u jaqsamha min-nofs.
-
GESU’: Dan hu gismi li jinghata ghalikom,
ghall-mahfra tad-dnubiet. Nitlobkom tibqghu taghmlu dan bhala tifkira tieghi. - Pawsa qasira - Tassew nghidilkom li l-kalci li minnu xrobtu l-inbid huwa l-Patt il-Gdid
b’demmi, id-demm li jixxerred ghalikom.
- L-Appostli jghaddu
l-hobza wiehed lill-iehor u jiehdu bicca zghira kull wiehed. -
GESU’: Issa ejjew halli nahslilkom riglejkom.
- Gesu’ jqum minn fuq il-mejda, jilbes fardal ma’ qaddu, iferragh l-ilma go lenbija u
jibda jahsel riglejn l-Appostli, wiehed wiehed. Imbaghad jixxuttahomlhom bil-fardal ta’ ma’ qaddu. -
PIETRU: Mulej, int lili ser tahsilli riglejja?!
Dan ma jkun qatt Mulej!
GESU’: Kun af, Pietru, li jekk ma nahsillekx
riglejk, int ma jkollok x’taqsam xejn mieghi!
PIETRU: Mela mhux riglejja biss ahsilli Mulej, imma
rasi u jdejja wkoll!
GESU’: Pietru, min hu mahsul, ma ghandux ghalfejn
joqghod jinhasel, hlief saqajh, ghax hu jkun nadif . Intom indaf, izda mhux ilkoll!
- X’hin ilesti mill-hasil tar-riglejn, Gesu’ jerga’ jnehhi l-fardal u jpoggi mill-gdid
bilqieghda madwar il-mejda flimkien ma’ l-Appostli.
-
GESU’: Rajtuni nahslilkom riglejkom. Tassew
nghidilkom, li intom ghandkom taghmlu l-istess bejnietkom u tahslu riglejn xulxin. Ghax kif ghamilt jien maghkom, hekk taghmlu
intom ukoll bejnietkom. - Pawsa qasira. - Qed inhossni tassew imhawwad.
PIETRU: X’qed thoss Mghallem?
GESU’: Tassew nghidilkom li llum wiehed minnkom,
li qieghed bilqieghda mieghi fuq din il-mejda, ser jittradini!
- L-Appostli jibdew iharsu lejn xulxin, mifxula ghal dak li qalilhom Gesu’. -
GWANNI: Mghallem jien ma ttradejtekx zgur!
GAKBU: Jien anqas, Mulej.
FILIPPU: U l-anqas jien.
PIETRU: Mulej, ghidilna min hu dak li se jittradik!
GESU’: Dak li se jittradini huwa dak li se
nbill din il-bicca hobz fi platt wiehed mieghu, u naghtihielu.
- Gesu’ jaqbad bicca hobz, ibillha fl-inbid u jaghtiha lil Guda l-Iskarjota.-
GESU’: Mur Guda, u dak li ghandek taghmlu,
fittex ghamlu u ddumx!
- Guda jitlaq jigri ‘l barra.-
GWANNI: Mela Guda hu t-traditur tieghek, Mulej!
- Gesu’ ma jwiegeb
xejn. -
- Pawsa qasira. -
GESU’: Uliedi, ftit iehor se ndum maghkom.
Fejn se mmur jien, intom ma tistghux tigu. Jien naghtikom Kmandament gdid: Hobbu lil xulxin kif habbejtkom jien. Minn dan
jaghrfukom illi intom id-dixxipli tieghi.
PIETRU: Allura fejn se tmur, Mghallem, biex ahna
ma nistghux nigu mieghek?
GESU’: Fejn sejjer jien, int ma tistax tigi
ghalissa.
PIETRU: Ghaliex Mulej ma nistax nigi? Jiena nahlef
li lest li mmut ghalik!
GESU’: Pietru, tassew nghidlek, li llejla,
qabel ma s-serduk jidden darbtejn, inti tkun diga’ chadt tliet darbiet li ma tafnix!
PIETRU: Dan ma naghmlu qatt, Mulej!
- Pawsa qasira. -
GESU’: Uliedi, thallux li qalbkom tithawwad
minhabba fija. Jien sejjer inhejjilkom post fejn tghammru. Imbaghad nerga’ nigi biex nehodkom mieghi. It-triq li minnha
se nghaddi, intom tafuha.
TUMAS: Mulej, ahna ma nafux fejn sejjer! Din it-triq
kif se nsiru nafuha?
GESU’: Jien hu t-Triq, il-Verita’ u
l-Hajja. Hadd ma jmur ghand il-Missier jekk mhux permezz tieghi.
FILIPPU: Mulej, ghalina jkun bizzejjed jekk inti
turina lill-Missier.
GESU’: Filippu, ili daqshekk maghkom, u ghadek
ma gharaftnix?! Min jara lili, jara lil Missieri!
- Pawsa qasira. -
GESU’: Uliedi, jekk thobbuni, harsu l-Kmandamenti
tieghi. Min izomm il-kmandamenti tieghi u jharishom, dak hu li jhobbni, u min ihobb lili jkun ihobb ukoll lil Missieri. Smajtu x’ghidtilkom: Jiena sejjer u nerga’ nigi ghandkom. U
qed nghidilkom dan minn issa qabel ma jsehh, halli mbaghad, meta jsehh, temmnu. Minix se nkellimkom aktar fit-tul, ghax il-Princep
tad-dinja gej. Kontra tieghi xejn ma jista’ jaghmel; izda halli d-dinja taghraf li jiena nhobbu lil Missieri u se naghmel
kif ordnali hu. - Gesu’ jgholli rasu lejn is-sema. - Missier, is-siegha waslet; aghti glorja lil ibnek, biex ibnek jaghti
glorja lilek. Issa qumu! Imxu! Ejjew nitilqu minn hawn! Ghax dak li se jittradini qieghed fil-qrib!
Black-out. Pawsa muzikali.
Xena VI
L-ort tal-Getsemani. Xi ftit sigar u blat
imferrxin `l hawn u `l hinn. Gesu’ jidhol flimkien ma’ l-Appostli (minbarra Guda l-Iskarjota).
NARRATUR: Gesu’, flimkien mad-dixxipli
tieghu, jasal fl-Ort tal-Getsemani. Hawnhekk narawh jishar u mbaghad jigi arrestat mis-Sanhedrin u l-Kbarat tal-poplu.
GESU’: Uliedi, itolbu issa biex ma tidhlux
fit-tigrib.
- Gesu’ jitbieghed xi
ftit minn hdejn l-Appostli u jinzel gharkubbtejh. Sadanittant, l-Appostli jibdew jorqdu wiehed wiehed. -
GESU’: Missier, jekk trid int, warrab
minni dan il-kalci! Izda tkun maghmula r-rieda tieghek, u mhux tieghi.
- Gesu’ jqum u jerga’ jmur fejn l-Appostli, u jsibhom reqdin. -
GESU’: Pietru, inti rqadt? Ma flahtx tishar
siegha wahda mieghi! Nerga’ nghidilkom kollha kemm intom: ishru u itolbu biex ma tidhlux fit-tigrib! Ghax l-ispirtu,
iva, jrid. Imma l-gisem hu dghajjef!
- Pawsa qasira. -
- Jidhol Guda l-Iskarjota,
flimkien ma’ xi suldati u qaddejja tal-Qassisin il-Kbar. -
GUDA: Isimghuni tajjeb. Lil dak li tarawni nbus,
aqbduh mill-ewwel!
- Guda jersaq lejn
Gesu’ u jbusu. -
GUDA: Is-sliem ghalik, Mghallem!
GESU’: Guda, bewsa ghazilt biex tittradixxi
lil sidek?
- Is-suldati jmeddu jdejhom fuq Gesu’ u jaqbduh. -
- Pietru jislet is-sejf u jaghti daqqa bih lill-qaddej tal-Qassis il-Kbir, Malkus, u jaqtaghlu bicca
minn widintu. -
GESU’: Pietru, dahhal dak is-sejf f’postu!!
Ghax minn jaghti bis-sejf, bis-sejf stess jinqered!
- Pawsa qasira. -
GESU’: Qiskom hrigtu ghal xi halliel, armati
b’dawk is-sjuf u l-bsaten biex tigu taqbdu lili! Jien kont dejjem inkun maghkom fis-sinagoga nghallem, izda intom ma
zammejtunix! Imma dan kollu qed jigri biex isehh l-Iskrittura.
QADDEJ: Issa, aqbduh u zommuh sewwa! Imxu halli
niehduh ghand il-Qassisin il-Kbar biex jidher quddiemhom.
- Is-suldati johorgu `l barra b’Gesu’ marbut. L-Appostli jitilqu jigru u jaharbu. -
Muzika. Black- out. Jinzel is-siparju.
TMIEM IT-TIENI ATT
(C) Philip Ellul - Kull Dritt Huwa Riservat.