L-Appostli : Pietru
(Xmun) – Gwanni – Guda l-Iskarjota - Gakbu – Indri` - Bartilmew – Mattew –Tumas - Gakbu
ta’ Alfew – Guda Taddew - Xmun L-Imheggeg – Filippu.
Is-Sanhedrin : Hannas – Caiaphas – Eleazar – Agar –
Zerah - Guzeppi ta’ Arimatea – Nikodemu.
Fil-Pretorju : Ponzju
Pilatu – Claudia – Longinus – Quintilius - Artus - Petronius.
Ghand Erodi : Erodi
Antipas – Rakel – Merari.
Ohrajn : In-Narratur
– Marija, Omm Gesu’ – Marija Maddalena -Il-Veronika – Barabba – Xmun ic-Cirenew - Ic-Centurjun – Salome - Irgiel
ta’ Ghemmaws – Marta - Marija – L-Aghma – Iz-Zaghzugh Ghani – L-Adultera, Ecc.
Dixxipli ta’ Gesu’ –
Membri tas-Sinedriju – Nies ta’ Gerusalemm – Zeffiena ghand Erodi – Suldati Rumani – Qaddejja
tal-palazz tal-Qassisin il-Kbar – Suldati Lhud – Qaddejja ta’ Erodi – Qaddejja ta’ Pilatu –
Manigoldi – Bikkejja - Farizej, ecc.
Xena I
Medda kbira ta’
art. Xi sigar fil-madwar. Jidher Gesu’ bilqieghda, mdawwar mill-Appostli u xi dixxipli ohra tieghu. Ikun hemm ukoll
Nikodemu, wiehed mill-membri tas-Sinedriju tal-Lhud.
NARRATUR: Gesu’ ta’ Nazaret hu
bniedem li garr mieghu folol kbar ta’ nies u ghallimhom kif ghandhom jghixu skond dak li jrid Alla, missieru. Ahna se
nghixu flimkien ma’ Gesu’ mumenti importanti fil-hajja pubblika tieghu, sa meta jasal biex imut fuq is-salib u
mbaghad iqum mill-mewt bil-glorja!
- Pawsa qasira -
NARRATUR: Hawnhekk se naraw lil Gesu’ jghallem
lid-dixxipli tieghu u jghidilhom kif ghandhom jitolbu.
GESU’: Imberkin il-foqra f’qalbhom,
ghax ghalihom hi s-Saltna tas-sema. Imberkin l-imnikkta, ghax huma jitfarrgu. Imberkin dawk li huma bil-guh u l-ghatx tal-Gustizzja,
ghax huma jkunu mxebbghin. Imberkin dawk li jhennu, ghax huma jkollhom min ihenn ghalihom. Imberkin dawk li ghandhom qalbhom
safja, ghax huma jaraw lil Alla. Imberkin dawk li jgibu l-paci, ghax huma jissemmew ulied Alla. Imberkin dawk li huma ippersegwitati
minhabba s-Sewwa, ghax taghhom hi s-Saltna tas-sema. Imberkin intom meta jghajrukom, jippersegwitawkom u jghidu kull tip ta’
gideb fuqkom, minhabba fija. Ifirhu u thennew, ghax hlaskom ikun kbir fis-sema!!
TUMAS: Mulej, ghallimna nitolbu!
GESU’: Meta titolbu ghidu hekk: "Missierna
li inti fis-smewwiet, jitqaddes ismek, tigi saltnatek, ikun dak li trid int kif fis-sema hekk ukoll fl-art. Hobzna ta’
kull jum aghtina llum, ahfrilna dnubietna bhal ma nahfru lil min hu hati ghalina; la ddahhalniex fit-tigrib, izda ehlisna
mid-deni." - Pawsa qasira -Tassew
nghidilkom li jekk tahfru lin-nies htijiethom, jahfrilkom ukoll missierkom li hu fis-sema! Itolbu u jinghatalkom; fittxu u
ssibu; habbtu u jifthulkom. Ghax kull min jitlob jaqla’, min ifittex isib, u min ihabbat jifthulu.
L-GHANI: Mghallem, x’ghandi naghmel biex nikseb
il-hajja ta’ dejjem?
GESU’: Zaghzugh, il-Kmandamenti tafhom: la
toqtolx, la tiznix, la tixhidx bil-gideb, la zzommx dak li ghandek taghti, weggah lil missierek u lil ommok?
L-GHANI: Mghallem, dawn kollha haristhom sa minn
meta kont ghadni zghir hafna!
GESU’: Tajjeb! Haga wahda jonqsok: mur bigh
kull ma ghandek, aghtih lill-foqra u jkollok tezor fis-sema; imbaghad ejja warajja.
- Iz-Zaghzugh l-Ghani
ihares, jithasseb xi ftit, imbaghad jitlaq minn fuq il-palk. -
GESU’: Kemm hi haga tqila li dawk li huma
ghonja jidhlu fis-Saltna ta’ Alla! Hu ehfef li gemel jghaddi minn ghajn ta’ labra milli jidhol ghani fis-Saltna
tas-sema!
MARA: Mghallem, mela min jista’ jsalva?!
GESU’: Ghall-bnedmin dan ma jistax ikun, imma
mhux ghal Alla, ghax ghal Alla kollox jista’ jkun!
PIETRU: Mghallem, ara, ahna hallejna kollox u gejna
warajk.
GESU’: Nghidilkom is-sewwa, m’hemm hadd
li halla kull ma ghandu minhabba fija u l-Evangelju, li ma jehux minn issa, f’dan iz-zmien, mitt darba izjed milli ghandu,
flimkien ma’ mohqrijiet, u fiz-zmien li gej il-hajja ta’ dejjem!
NIKODEMU: Mghallem, liema hu l-ewwel fost il-kmandamenti
kollha?
GESU’: L-ewwel hu: "Isma’, ja Israel!
Il-Mulej, Alla taghna, hu l-Mulej wahdu. Mela hobb lill-Mulej Alla tieghek b’qalbek kollha, b’mohhok kollu u bil-qawwa
tieghek kollha." It-tieni hu dan: "Hobb lil ghajrek bhalek innifsek."
NIKODEMU: Tajjeb, Mghallem, ghidt is-sewwa ghax
wiehed hu Alla u m’hemmx iehor ghajru!
GESU’:- Lil Nikodemu - Inti
mintix boghod mis-Saltna ta’ Alla!
Black-out. Pawsa muzikali.
Xena II
Gesu’ jidher miexi flimkien
ma’ l-Appostli u xi dixxipli minn tieghu. Jieqaf hdejh wiehed ragel aghma minn twelidu.
NARRATUR: Gesu’ jfejjaq lir-ragel aghma
minn twelidu. Kulhadd jibqa’ mistaghgeb b’li jkun gara. Ikun hemm xi whud li ma jemmnux bil-miraklu li ghamel
Gesu’ u jirrabjaw ghalih.
GAKBU: Mghallem, min hu l-midneb, dan ir-ragel jew
il-genituri tieghu, biex twieled aghma?
GESU’: La hu u lanqas il-genituri tieghu ma
huma, imma dan sehh biex jidhru l-ghemejjel ta’ Alla fih. Tassew nghidilkom li kemm indum fid-dinja, jiena hu d-Dawl
tad-dinja.
AGHMA: Mulej, Gesu’, henn ghalina jahasra!
GESU’: X’tixtieq, ibni?
AGHMA: Li nara, Mulej!
- Gesu’ jaghmel
idejh fuq ghajnejn l-aghma, u mbaghad jitlaq flimkien mad-dixxipli tieghu. -
AGHMA: Qed nara, qed nara!
- Jidhlu tlett irgiel. -
RAGEL 1: Dan mhux dak li kien ikun bilqieghda jittallab?
RAGEL 2: Iva, hu kollu kemm hu!
RAGEL 3: Le, mhux hu, imma jixbhu tassew!
AGHMA: - jghajjat - Jiena hu, jiena hu!
RAGEL 3: Kif infethulek ghajnejk?
AGHMA: Gesu’ ta’ Nazaret pogga jdejh
fuq ghajnejja u bdejt nara!
RAGEL 2: Fejn hu dan li qed issemmi?
AGHMA: Ma nafx!
RAGEL 1: Dan il-bniedem li fejqek mhux gej minghand
Alla, ghax ma jharisx is-Sibt!
RAGEL 2: U kif jista’ wiehed li hu midneb
jaghmel sinjal bhal dan?
RAGEL 3: Int xi tghid fuq dan li fetahlek ghajnejk?
AGHMA: Hu profeta!
RAGEL 2: Dan il-bniedem hu midneb! Kif seta’
jaghmel dan?!
AGHMA: Jekk hux midneb ma nafx; dan biss naf: li
kont aghma u issa qed nara! Jaqaw tridu ssiru dixxipli tieghu?
RAGEL 1: Int dixxiplu tieghu! Ahna ta’ Mose’
dixxipli! Ahna nafu li Alla kellem lil Mose’, imma dan li qed issemmi ma nafux minn fejn inqala’! - Jitilqu `l hemm. -
- Jidhol Gesu’
u l-Appostli mexjin warajh. X’hin jarah, l-aghma jmur jigri ghal hdejh. -
GESU’: Int temmen f’Bin il-Bniedem?
AGHMA: Min hu, Mulej, biex nemmen fih?
GESU’: Int qieghed tarah, u hu dak li qieghed
jitkellem mieghek.
AGHMA: Nemmen, Mulej!
GESU’: Jien gejt fid-dinja biex naghmel ghazla,
biex dawk li ma jarawx jaraw u dawk li jaraw isiru ghomja!
Black-out. Pawsa muzikali.
Xena III
Post qrib l-Gholja taz-Zebbug. Gesu’
jinsab bilqieghda u madwaru naraw lill-Appostli u xi dixxipli tieghu. Ikun hemm ukoll xi Farizej qalb il-folla.
NARRATUR: Gesu’ jahfer lil kull wiehed
minna, minghajr ebda kundizzjoni. Hawnhekk se narawh jahfer id-dnubiet ta’ wahda mara li nqabdet f’adulterju.
Naraw ukoll lil Gesu’ jghallem lid-dixxipli tieghu u jurihom li hu r-Raghaj it-Tajjeb.
- Jidhlu xi rgiel Lhud. Maghhom ghandhom mara liebsa lbies mqatta’ u qieghda tibki. -
RAGEL: Mghallem, din il-mara nqabdet tizni fil-fatt!
Issa fil-Ligi ta’ Mose’ hemm ordni li ahna ghandna nhaggru nisa bhal dawn. Inti xi tghid?
GESU’: Min minnkom hu minghajr ebda tebgha
ta’ dnub, jitfa’ hu l-ewwel gebla lejha.
- L-irgiel Lhud iharsu
kollha lejn xulxin, imbaghad johorgu ‘l barra, minghajr ma jitfghu ebda gebla.
GESU’: Mara, fejn marru dawk l-irgiel
li riedu jhaggruk? Hadd ma kkundannak?
ADULTERA: Hadd, ja Sidi!
GESU’: Anqas jien ma nikkundannak! Mur u minn
issa `l quddiem tidnibx aktar!
- Il-mara adultera titlaq. -
- Pawsa qasira -
GESU’: Jiena hu d-Dawl tad-dinja; min jimxi
warajja ma jimxix fid-dlam, imma jkollu d-dawl tal-hajja!
FARIZEW 1: Mghallem, int tixhed lilek innifsek;
ix-xhieda tieghek ma tghoddx!
GESU’: Imqar jekk jien nixhed lili nnifsi,
ix-xhieda tieghi tghodd, ghax naf mnejn gej u fejn sejjer. Intom taghmlu haqq fuq li jidher; jien ma naghmel haqq minn hadd!
Jekk naghmel haqq jien, il-haqq tieghi hu fis-sewwa, ghax minix wahdi, imma jien u dak li baghatni. Fil-Ligi taghkom hu miktub
li x-xhieda ta’ tnejn min-nies tghodd. Jien hu li nixhed lili nnifsi, u lili jixhidli Missieri li baghatni!
FARIZEW 2: Mghallem, fejn hu Missierek li ssemmi?
GESU’: Intom la tafu lili u lanqas lil Missieri;
li kontu tafu lili, kontu tafu `l Missieri wkoll! - Pawsa
qasira – Jiena mmur, u intom tfittxuni u fi dnubietkom
tmutu. Fejn sejjer jien intom ma tistghux tigu!
FARIZEW 3: Jaqaw se toqtol lilek innifsek, biex
qed tghid: "Fejn sejjer jien intom ma tistghux tigu?"
GESU’: Intom minn hawn isfel, jien minn fuq:
intom minn din id-dinja, jien minix minn din id-dinja! Ghalhekk ghidtilkom li tmutu fi dnubietkom, ghax jekk ma temmnux li
hu jien, tmutu tassew fi dnubietkom!
FARIZEW 1: Imma int min int?!!
GESU’: Sewwa sew dak li qed nghidilkom. Meta
tghollu lil Bin il-Bniedem taghrfu li jiena hu, u li minn rajja ma naghmel xejn, imma nitkellem fuq dak li ghallimni l-Missier!
- Pawsa qasira - Tassew nghidilkom li jiena hu l-Bieb tan-naghag! Min jidhol minni jkun
mehlus, jidhol u johrog u jsib il-mergha. Jiena gejt biex ikollkom il-hajja u jkollkom bil-kotra! Jiena hu r-Raghaj it-Tajjeb,
li jaghti hajtu ghan-naghag tieghu. Jiena naghraf in-naghag tieghi u n-naghag tieghi jaghrfu lili; bhalma l-Missier jaghraf
lili u jien naghraf lil Missieri! Ghalhekk il-Missier ihobbni, ghax jiena naghti hajti biex nerga’ nehodha. Ghandi s-setgha
naghtiha u ghandi s-setgha nerga’ nehodha!
FARIZEW 2: Dan il-bniedem ghandu xitan fih u qieghed
jhewden; m’intomx qed tindunaw?!
PIETRU: Dan mhux kliem ta’ min ghandu xitan
fih! Jaqaw xitan jista’ jiftah ghajnejn il-ghomja?!
FARIZEW 3: Mghallem, kemm se ddum taqlaghlna ruhna?
Jekk int il-Messija, ghidilna bla habi!
GESU’: Ghidtilkom u ma temmnux; l-ghemejjel
li naghmel f’isem missieri, huma jixhdu ghalija. Imma intom ma temmnux, ghax m’intomx min-naghag tieghi! In-naghag
tieghi jisimghu lehni, jien naghrafhom u jigu warajja, u jien naghtihom il-hajja ta’ dejjem. Huma ma jintilfu qatt u
hadd ma jahtafhomli minn idejja. Missieri, li tahomli, hu aqwa minn kulhadd, u ma jista’ hadd jahtafhom minn id Missieri!
Jien u l-Missier haga wahda!
- Jidhol jigri qaddej ta’ Marta u Marija, hut Lazzru. -
QADDEJ: Mulej, Lazzru jinsab marid sew!
GESU’: Tibzax, tinkwetax ruhek! Din il-marda
li ghandu Lazzru mhix tal-mewt, imma ghal sebh Alla, biex ikun jista’ jissebbah l-Iben ta’ Alla biha! Uliedi,
imxi ha mmorru sa ghandu! Lazzru, il-habib taghna, jinsab rieqed; imma rrid immur biex inqajmu!
MATTEW: Jekk inhu rieqed, allura jfiq!
GESU’: Le Mattew, Lazzru miet. U nifrah
minhabba fikom li ma kontx hemm, biex temmnu; imma imxi ha mmorru hdejh.
TUMAS: Ha mmorru ahna wkoll biex immutu mieghu!
Black-out ghal tletin
sekonda. Muzika. Imbaghad jergghu jinxteghlu d-dawl. Tibqa’ l-istess xena ta’ qabel.
MARTA: Mulej, Mulej! Li kieku kont hawn hija
ma kienx imut! Imma mqar issa, naf li kull ma inti titlob `l Alla, jaghtihulek minnufih!
GESU’: Tibzax Marta, huk iqum!
MARTA: Naf li jqum, Mulej, fl-ahhar jum.
GESU’: Jiena hu l-Qawmien u l-Hajja; min jemmen
fija, imqar jekk imut, ikollu l-hajja! U kull min hu haj u jemmen fija, ma jmut qatt!
MARTA: Iva, Mulej, jien nemmen li int il-Messija,
Bin Alla, li gie fid-dinja. - Tohrog u tmur tghid lil
ohtha Marija biex tigi. -
- Pawsa qasira. Tidhol
Marija, flimkien ma’ Marta. -
MARIJA: Mulej, hija kien jibqa’ haj kieku
int kont tkun maghna!
GESU’: Fejn qeghidtuh?
MARIJA: Mulej, ejja u ara!
- Marta u Marija jiehdu lil
Gesu’ fejn ikun hemm qabar mghotti b’gebla kbira. Gesu’ jibda jibki. -
MARA 1: Ara kemm kien ihobbu lil Lazzru!
MARA 2: Ma setax dan, li fetah ghajnejn il-aghma,
jaghmel li dan ma jmutx?
GESU’: Nehhu l-gebla!
MARTA: Mulej, dan diga’ niten, ghax ilu erbat
ijiem mejjet!
GESU’: Jiena ma ghidtlikx li jekk temmen,
tara l-ghegubijiet ta’ Alla? Nehhu l-gebla!
- Zewg dixxipli ta’ Gesu’ jnehhu l-gebla tal-qabar. -
GESU’: Missier, nizzik hajr li smajtni! Jien
kont naf li int dejjem tismaghni, imma ghidtu minhabba dawn in-nies li hawn madwari, biex jemmnu li inti bghattni. - b’lehen qawwi - Lazzru ohrog!!
- Lazzru johrog minn
gol-qabar mimli faxex. Kulhadd jibqa’ mistaghgeb ghall-ahhar. -
GESU’: Hollulu l-faxex u halluh imur fis-sliem!
- Marta u Marija jintefghu
f’riglejn Gesu’ jirringrazzjawh. -
Muzika. Black-out. Jinzel
is-siparju.
TMIEM L-EWWEL ATT
(C) Philip Ellul - Kull Dritt Huwa Riservat.