IS-SIT LETTERARJU TA' PHILIP ELLUL

POEZIJI - II

L-AWTUR
POEZIJI - I
POEZIJI - II
POEZIJI - III
POEZIJI - IV
POEZIJI FUQ STIL 'HAJKU'
DRAMM TAL-PASSJONI - ATT I
DRAMM TAL-PASSJONI - ATT II
DRAMM TAL-PASSJONI - ATT III
DRAMM TAL-PASSJONI - ATT IV
PROZA
DRAMA KOMIKA
DRAMA SERJA
XI KITBIET OHRA
KTIEB TAL-VIZITATURI

IS-SHAB L-ISWED

Is-Shab l-Iswed riesaq lejja,

gej ha jkaxkarni mieghu

lejn l-abbissi ngazzati

tat-turment.

 

Is-Shab l-Iswed riesaq lejja,

gej ha jigrifli l-fidi

mghaxxa tieghi,

u jtertaqhieli.

 

Is-Shab l-Iswed, imgewwah,

gej ha jahtafni biex jiblaghni,

u jien nizloq fl-istonku

mxewwek tieghu,

ir-renju tal-bahh u tad-dlam.

 

Is-Shab l-Iswed riesaq lejja,

tassew,

izda x’ser jaghmilli ma nafx,

ghax jien ghama perpetwu,

nittajjar ma’ l-erbat irjieh

ta’ dil-pjaneta msadda.

 

DAHK


spiralli ta’ bluha

eklissi ta’ genn

magija kkulurita

kostellazzjoni senswali w cajtiera

dan kollu fid-dahka

ta’ nemlu opak u ferhan

igorr lili warajh

mghaffeg

maghtur

sturdut perpetwu

u d-dahk jipprospera…


APOTHEOSIS


fluwidu mniggez

imgezwer fl-istonku cass

ta’ min ikun daq

it-toghma qarsa tieghu.

 

tahlita stramba

tal-kimika

ticcirkola

fil-gisem sfigurat

ta’ vagabond.

 

kolonna spettrali

ta’ ilma

imdardar bid-demm

mishut

ta’ min xerrdu.

 

bieb maghluq

bla serratura

bla habbata

imcallas biz-zejt

midluk bil-qatran

issigillat bl-gharaq skantat

t’atlet’ izolat.

 

oskurita’ impenetrabbli

w misterjuza

telqa abissali

kalma mortali

 

skiet storbjuz

midfun fir-ruh

tal-martri gifa.

 

mewt assassina

tikkalpesta

`l roqgha zejt zvergnata

inkwinata

bid-dnub mahmug

u bil-qatran maghqud

li jiksi `l qalb

tal-psikopatiku etern.

 

dinja belliegha

univers imnawwar

purgatorju minsi

genna mfarrka

infern iffullat.

 

u jien inhallejt

u nxtrobt

mill-art wikkiela

intghasart

u hareg gelgul

il-plazma msaddad –

eks-hakkiem ta’ gismi.

 

u s-siparju etern

imzarrad

nizel spjetat

u l-farsa tragika

ta’ ebda att

intemmet

minghajr applawsi

minghajr tislim

ghax qatt ma nhadmet

hlief minni –

l-Attur Mutu.

 

PALJACCI


roqgha paljacci homor

roqgha paljacci blu

bejniethom

ocean ibaqbaq.

 

fil-gholi

qalb shab abjad

trasparenti

roqgha paljacci hodor

iharsu `l isfel

jidhku bihom infushom

u bl-ohrajn.

 

imxerrda f’nofs l-ocean

il-massa belha

kugina ta’ Bendu

oht il-Beccun.

 

ir-realta' suprema

w imponenti:

int u jien

ukoll

naghmlu parti mill-massa –

 

jien Arlekkinu

int Kolombina :

zewg pupazzi

f'idejn tuzzana paljacci.

 

GHAJNEJK

Lil Ommi


Univers minjatura.

Spektrum emozzjonijiet.

Antitesi ta’ ferh imfidded.

Spluzjoni ta’ mhabba sfrenata.

Ocean blu bla orizzonti.

 

Zewg gawhriet fl-eghzez curkett t’Alla.

Zewg stilel jibbrillaw fis-Sajf t’Awwissu.

Zewg nisa sbieh qalb elf gorilla.

Zewg xmajjar igorru l-ilma tad-deheb.

 

Ghaziza,

sellifli `l ghajnejk

ha nilbishom

u nhares lejn id-dinja

kif thares lejha int.

 

MILIED SOLITARJU


il-Milied Storbjuz

qed joqrob gmielu

id-dwal qed jinxteghlu

id-djar qed jizzejnu

kulhadd ferhan

u aljenat.

 

izda z-zaghzugh solitarju

ghadu qed jibki

ghadu b’qalb sewda

ghax ghalih

il-Milied Storbjuz

ma jista’ jasal qatt.

 

iz-zaghzugh solitarju

wahdu kien

wahdu baqa'

id-dwal ta’ qalbu ntfew

kamartu zghira

gherja ghal kollox

ruhu biss izzejnet

bid-dwejjaq

li jigi w qatt ma jmur.

 

il-Milied Storbjuz

qed joqrob gmielu

kulhadd ferhan

u aljenat

hlief iz-zaghzugh solitarju

 

ghalih il-Milied

ma jezistix

ghax hu biss wahdu

ghax hu biss

mgharraq fis-skiet

tas-solitudni

ghax hu biss jibki w jolfoq

bla hadd ma jaghti kasu.

 

wasal u ghadda

il-Milied Storbjuz

kulhadd ghadu ferhan

u aljenat

 

izda z-zaghzugh solitarju

wahdu kien

… u wahdu baqa’.

 

CRUCIFIXUS

Lament ta’ Poeta Msallab


miljun ostaklu

inhosshom jinbarrawli `l qalbi

jispopolaw lil demmi

ritwal vindikattiv

w interminabbli.

 

gismi jerda’ t-toqol

ta’ slaleb ottagonali

li ngorr kull sekonda

wara dahri.

 

prigunier passiv

ta’ elf qamar mishut

inkompli nterraq

f’dil-mixja ambigwa

f’dil-hajja-stallett.

 

m’hemmx dawl

m’hemmx tama

m’hemmx opportunita'

izda bibien issigillati

bin-nifs spissjat

hiereg minn pulmun imsaddad

ta’ poeta moribond, battal.

 

u nkompli nterraq…

 

TREASURE HUNT


u nfittex – u nahseb

.

u ngharbel – u nhewden

.

u nsaqsi – u nesplora

.

u nhares – u nhuf

.

u nisma’ – u mmiss

.

u ntieghem – u nxomm

.

.

…izda kollu ghalxejn.

 

ABORT

Tislima lill-Embrijun


tghaffeg fil-borza tal-mewt

l-embrijun mishut

mill-mostru immatur

li garru go fih

jistenna l-mument

li jobzqu `l barra

 

u hemm

tghaqqad l-innocenti

fgat f’demmu stess

splodut fil-borza

 

u ntemm kollox

minghajr rezistenza

minghajr gustizzja

minghajr ebda spjegazzjoni

 

u l-mostru (ghadu jferfer)

issa heles mill-ostaklu

li holoq huwa stess

f’mument-delirju

ta’ sess.

 

ZJARA


in-nifs mahnuq

ihammem wahdu

it-Tragedja li zarithu

ghall-gharrieda

 

hallietu jtemtem

taht il-qoxra

tal-genn –

iz-zliega rqiqa

tat-tmiem-ta’-kollox

l-estrem tan-nullita'

l-accident mortali

tal-fatalista

is-suwicidju misthoqq

tal-karcerat

 

ghada t-Tragedja

se tghaddi s’ghandi

u jien se nilqaghha

b’idejja miftuha

basta ma tmissx

il-ponta ta’ subghajha

mat-tarf tal-mantell tieghi

biex tehodni maghha

fl-ispazju tax-xejn

 

PORI


kadenzi monotoni

mserrpin f’qalbi

jixxappu fid-demm marsus

u jinbezqu mbikkma

mill-pori mtaqqba

ta’ pajpijieti…

 

soddhom bi skietek,

jekk tista’?


LIBERA ME, DOMINE


l-eku tat-tempesta

ghadu jidwi

fit-tnabar aborigini

ta’ widnejja mtarrxa.

 

l-ispirtu viljakk

li venven go demmi

ittrijonfa fuq in-nervituri dghajfa.

 

l-eku jibqa’ jdamdam

fl-irdumijiet imhattba ta’ hsibijieti

u jsir vejikolu perpetwu

tat-turment.

 

instemghet il-bikja qaddisa

ta’ qassis mitluf

fid-dlam qattiel tas-sagristija

ihares cass lejn l-affresk imdellek

li pitter eremita vojt sekli twal ilu

imaqdar l-ezistenza fjakka tieghu.

 

u hassejtu l-eku

ihuf fis-sagristija

jinghi wahdu

quddiem statwa mmermra

indurata bl-ghanqbut skadut

kulur it-tut.

 

hrigt…

 

imxejt tliet passi…

 

u zlaqt fl-abbiss tat-tmiem.

 

FIT-TARF


rajtek tixxeblek mal-blat frisk,

tinqela’ fuq ir-ramel imfidded,

smajtek tghanni l-ghanja ta’ l-imhabba

li dwiet mal-kosta ta’ qalbi mqanqla,

hassejtek tmellisni u tbenninni fi hdanek,

xammejt ir-riha tfuh

hierga minn gismu mhux mittiefes…

 

xtaqt nersaq qribek

izd’int ma hallejtnix

xtaqt nghannqek mieghi

izd’inti ma xtaqtnix

xtaqt li naghmlek tieghi

izd’inti ma ridtnix…

 

u issa qieghed hawn

wahdi

fuq dan l-irdum mudlam

nistenna buffura rih

titfaghni `l isfel

fil-hondoq tat-tmiem

 

waqt li int thares lejja

tibki…

         tolfoq…

                   ghalxejn.

 

AGHTUNI QALB


ilbierah irmewli qalbi

ghax faret bi dmugh il-qerda

infaqghet bil-hsejjes kakofonici

tat-trombi mgelglin

 

issa sfajt minghajr qalb

nistenna herqan

li jaghtuni ohra

( jekk jiftakru fija )

 

inkun kuntent ukoll

jekk jaghtuni

qalb zlugata

qalb ghajjiena

qalb uzata

qalb marida

qalb immankata

 

nixtieq nghix ftit iehor

f’dil-hajja ta’ l-gharghar

f’dil-hajja tat-terremoti

f’dil-hajja tal-gwerer

f’dil-hajja tal-mewt

 

halluni nghix

ghinuni nghix

aghtuni qalb

 

ha nkompli nghanni

ghanjet il-verita'

ha nkompli nhobb

fis-skiet

fil-muta

fil-bahh

fid-dlam

 

ilbierah irmewli qalbi

jekk ma jaghtunix ohra

ghada jistghu jarmu `l ruhi

u jekk iridu

biex ma tinheliex fix-xejn

jirriciklawha.

 

INT U JIEN

Il-Litanija ta’ l-Estremi


int sinjur – jiena fqir

int thobb – jiena noghbod

int b’sahhtek – jien marid

int ferhan – jiena imdejjaq

int tidhak – jiena nibki

inti tfahhar – jiena nmaqdar

inti tbierek – jiena nishet

inti tiehu – jiena naghti

int gharef – jien iblah

int tghix – jiena nohlom

inti trux – jiena mutu

int ggemma’ – jien nittallab

inti tgawdi – jiena nbati

inti tirbah – jiena nitlef

inti tordna – jiena nsefter

inti toqtol – jiena nidfen

inti l-hajja – jiena l-mewt

      int                   jien

    Bniedem.          Poeta.

 

ECCE HOMO

It-Testment tal-Poeta


jien ikkundannat ghall-mewt

ghax hekk iridu huma

din kienet l-ghazla taghhom

hekk qalu li se jsir

 

inhobbkom, izd’intom toboghduni

infittixkom, izd’intom twarrbuni

issa qieghed hawn

nistenna l-waqt tat-tmiem

 

tibzghux, jien lest naffaccja l-mewt

aghmlu bija li tixtiequ

inhobbkom kont

inhobbkom ghadni

u nhobbkom nibqa’

 

ahfrilhom ghax ma jafux x’inhuma jaghmlu

ir-rieda taghhom tghaddi

ghax huma jikkmandaw

dittaturi b’qalb imniggza

ilpup morda u bla sahha

 

lili tridu teqirdu?

jien: il-Poeta

jien: l-Ghannej

jien: ix-Xandar tal-Verita`

jien: is-Sakranazz f’sensija

 

hawn jien:

E C C E     H O M O

 

ninsab lest quddiem ix-xafra tleqq

li ilkom snin thejju ghalija

issa waslet is-siegha

li zzanznuha fuqi

 

tahsbux li jien imbezza’

il-Poeta ghall-mewt jistinka

dan biss hu l-premju misthoqq lilu

ghalhekk oqtluni

eliminawni mid-dinja assassina taghkom

 

riesaq `l hawn il-bojja

b’wiccu mghammad

biex taparsi ma naghrfux

 

ghaziz bojja,

jiena naf illi int kont habib tieghi

snin twal ilu

kont naqbdek ixxidd il-maskra qarrieqa

biex tostor lil wiccek

naf li dhakt bija u ngannajtni

izda tibzax,

jien habib tieghek se nibqa’

ghax jien, tinsiex, il-Poeta

inhobb aktar minn kulhadd

 

nahfirlek bojja,

habib tal-qalb tieghi,

ghad tibkiha din is-siegha

li ghalik tfisser il-glorja

ghad tishet il-mument

li gejt f’did-dinja

biex sirt taf lili

 

tibzax, tinkwieta xejn,

jien se nkun nitlob ghalik hemm fuq

forsi ssalva ruhek u tigi hdejja

min jaf?

forsi ghad nergghu niltaqghu

minghajr maskri li jostruna

 

x’hin trid tista’ toqtolni

jien hawn ninsab quddiemek

nistenna l-hin li dik ix-xafra taghli

toghdos fil-demm ta’ ghonqi

 

daqshekk ghannejt

daqshekk xandart il-Verita`

daqshekk harbixt fuq karta

il-hsibijiet mghaqqdin iduru mitlufa

fil-labirinti ta’ mohhi

huma jriduni nintemm

… ha jsir minni skond kelmthom

 

ghazilt it-tbatija u l-mewt

ghax nittama li wara terga’ tfigg

il-hajja ta’ bla tmiem

dik li intom se titilfu ‘habba fija

 

is-siegha waslet…

it-tmiem fil-qrib…

is-sliem, hbieb, min jaf nergax narakom?

tlieta…tnejn…wiehed…

C O N S U M M A T U M     E S T

… Kollox  Mitmum.

 

MA NAFX FEJN


ilbierah gew ghalija go kamarti

ifittxuni biex jahtfuni

u johduni ma nafx fejn

sakkart il-bieb biex ma jidhlux…

xebghu jhabbtu u telqu

 

illum regghu gew ghalija go kamarti

jien stahbejt fil-gwardarobba

qalb il-hwejjeg imraqqghin

qalb il-kamla

kuta-kuta qrunha f’butha…

regghu ma sabunix u telqu

 

ghada jergghu jigu ghalija go kamarti

isibu l-bieb imbexxaq

u lili mixhut-mejjet fuq is-sodda

jaqbduni w johorguni

minn saqajja jkaxkruni

 

min jaf fejn se johduni?

 

MEWT


inhossni nifflowtja xi waqtiet

qalb miljuni ta’ mwiet

 

il-mewt tigri warajja

kull hin u kull mument

illum forsi niskappalha

izd’ghada taf tahtafni

u tiggranfa mieghi

bhal qarnita ardita

 

din is-siegha ghad trid tasal

taf tkun issa jew imbaghad

l-appuntament mal-Mewt isehh kuljum

 

issegwini, thares lejja, tinnutani

u meta l-hin jiskadi

tahbini taht Mantell id-Dlamijiet

li ggorr maghha wara dahra

 

int u jien

ghad nitghattew taht il-Mantell

irridu jew ma rridux.


VIZJONI


harist `il quddiem

u rajt fil-boghod

qalb ic-cpar ohxon-sewdien

ferrovija antika

mghobbija biz-zmien

iggorr warajha vaguni mdennsa-msadda

miexja siekta-rassenjata

tofroq id-dlamijiet

ghaddejja go foresta-labirint

riesqa b’passi ghajjiena

lejn il-precipizzju wahxi

lejn il-kaskata-mostru

tinsatar ghal dejjem

fil-velu tal-bahh

tithabbel fit-tentakli mzellga

tal-Mewt-Qarnita.

 

VALZ


waqt il-Valz sfrenat ta’ Strauss

xrobna flimkien l-afrodizijaku

li offrielna Bakku

minn wara l-persjana mbexxqa

 

u garrna mieghu fil-Gzira tal-Holm

fejn ma jghix hadd

hlief int u jien flimkien…

 

ghidtlek: "esprimi xi xewqa"

ghidtli: "ma nafx…ma rridx"

 

… u ddenset il-Gzira taghna

hallietna ccassati nharsu lejn Bakku

jfaqqa’ d-dahk minn wara l-persjana

waqt li ntemm hesrem il-Valz qarrieq ta’ Strauss

 

staqsejtni: "x’sar minnha l-Gzira tal-Holm?"

wegibtek: "taret mar-rih bhan-noti tal-Valz"

 

… u Bakku baqa’ bilqieghda paxxut

inaqqar ic-cirasa

li seraq bla hadd ma rah

minn Gnien il-Gzira tal-Holm

 

hu biss igawdih

ghax qatt ma johlom holm

li jissarraf fl-akbar dizilluzjoni.

 

DAWL IL-WENS


illum inzilna bil-maskri

infittxu Dawl il-Wens

f’qiegh id-dlamijiet ta’ ruhna

noforqu l-hut u l-alka

 

izda ma sibna xejn

ghajr kancell enormi

imsakkar bi sbatax–il katnazz

issigillat bi sbatax–il sigill

 

spiccalna l-ossignu

splodew it-tankijiet ta’ l-arja

tqawwew l-ibhra

 

u rgajna tlajna `l fuq

b’qalbna maqtughha

ix-xatt indifferenti

laqaghna b’irwiefen qerrieda

 

ghada nergghu ninzlu bil-maskri

infittxu Dawl il-Wens fid-dlamijiet ta’ ruhna

… jekk ghada qatt jisbah.

 

MONOTONIJA


kultant inhoss il-kuxjenza

tistaqsini b’ironija:

‘Kemm se ddum tghix qalb il-Monotonija?"

 

ghaliex, Monotonija,

tibqa’ tippersegwitani?

 

ghaliex, Monotonija,

qridtli `l zghoziti fietla?

 

ghaliex, Monotonija,

ma tridx tinhall minn mieghi?

 

ghaliex, Monotonija,

ma ssibx lil xi hadd iehor

li lest jissaportik ftit aktar minni?

 

jew forsi ghadek ma ntbahtx

li jien minn x’hin harist ghall-ewwel darba

lejn wicc dil-pjaneta stupida

kont diga' mahkum minnnek,

dittattrici perpetwa

ta’ mixjieti ramlija?

 

XI HSIBT LI SE NGHID?


xi hsibt li se nghid

x’hin rajtek tiela’ setghana

minn gol-bahar imdieheb?

 

xi hsibt li se nghid

x’hin smajtek tkanta

l-Ghanja eterna tal-passjoni?

 

xi hsibt li se nghid

x’hin hassejt id-dell tieghek

imelles lil gismi biered?

 

xi hsibt li se nghid

x’hin xammejt ir-riha tfuh

tal-krisantemi li joktru f’qalbek?

 

xi hsibt li se nghid

x’hin weghedtni li ssir tieghi

u tajtni c-curkett li tkebbes

fin-nirien jikwu ta’ demmek?

 

xi hsibt li se nghid

x’hin rajtek tinhall-titmermer-tisfuma bhall-fwar

quddiem ghajnejja cassi-ffrizati,

sirena tal-holm tieghi fieragh,

regina ta’ l-illuzjonijiet imkeffna

fil-lozor imzarrta-mkemmxin ta’ mohhi?

 

INSINI


le, le, toqghodx ixxerred

dmugh zejjed ghalija

jekk ghad xi darba ntir bla hsieb

lejn l-Art Imwieghda

 

le, le, toqghodx taghmilli

cerimonji bla sens,

bla bzonn, u fiergha

 

le, le, toqghodx tixghelli xemgha

fuq il-kaxxa-rettangolu

li fiha nkun marsus u skomdu

 

le, le, tahlix flusek fil-fjuri

jew fl-irham superficjali

 

haga wahda biss nitolbok:

insini ghal kollox

carratni bil-herra

mill-gheruq folti ta’ mohhok

idfinni fl-aktar fondoq remot ta’ qalbek

 

… hekk biss

tkun sabet is-serhan mixtieq

ir-ruh tieghi,

ippersegwitata.

 

MALTEMP


it-taqtir jahraq tax-xita

igelben fuq gisem ix-xewka

li nibtet go sidri

 

il-Majjistral tost ifarrakli hsibijieti

 

ir-raghad mutu u l-beraq ghami

jhezzez il-fundamenti dghajfa ta’ ruhi

 

is-shab mostruz-minaccuz

jhedded lil hajti insinjifikanti

 

il-borra ffrizata

issewwed u ttaqqal lil demmi

 

il-qawsalla mitfija

teqred lil qalbi marida

 

il-kurrent qattiel jgherreq lill-katavru

u jkaxkru mieghu lejn Wied it-Telfien.

 

TOSCA


id-diva t’ghajnejn suwed.

ghext ghall-Arti u ghall-Imhabba.

sahhart lil kull ragel li tefa’ harstu lejk.

 

kantajt u habbejt.

qtilt u tradejt.

izda llum tingharaf l-innocenza hatja tieghek.

 

Puccini ried izommok hajja,

izda jien se nostrok

fil-katakombi ta’ Kastell Sant’Anglu.

 

u sabiex tintesa ghal dejjem

l-istorja griza tieghek,

se nidfen dawn il-versi mieghek.

 

IDENTITA'


Staqsietni: Int min int?

 

Wegibtha:

Jiena r-ruh ta’ vagabond spissjat

tizzeffen maz-ziffa ta’ l-urugani.

 

Jiena n-nifs imqanzah t’agonizzant

jitqalleb bla serhan go soddtu.

 

Jiena l-karba wahxija t’emarginat

tidwi ma’ l-erba’ hitan imbaqqna ta’ kamartu.

 

Jiena l-bidu ta’ kull tmiem

u t-tmiem ta’ kull bidu.

 

J i e n a    J i e n.


LOGHOB


tipprova tinheba wara s-shab

biex ma narakx

izda xorta naf li qieghda hemm

avolja ma tridx turi

 

kultant tkun trid tilghab noli mieghi

izda lili dil-loghba ma toghgobnix

il-loghob li jiena nhobb

inti zgur qatt ma smajt bih

 

jien nilghab biss il-loghob tal-mewt

tat-twiebet mikxufin

ta’ l-igsma mahrubin

ta’ l-erwieh mitlufin

 

jekk trid nilaghbu dan il-loghob flimkien

hemm bzonn li dduq l-gheluq tac-cimiterju

imbaghad meta tidra sew il-post

nghallmek il-mossi sigrieta tal-loghob

… u forsi xi darba tirbahli.

 

VJAGG


l-eternita’ mhix qieghda `l boghod.

il-hin wasal biex jiskadi.

 

hejjejt il-bagalja mimlija bl-arja

li se ngorr mieghi

tul dan il-vjagg-kalvarju.

 

se nhalli din-nota qasira

fuq il-bank tal-kcina

biex huma jsiru jafu b’din l-ahbar:

 

"Jien tlaqt ghal triqti

bla ma naf fejn sejjer

bla ma naf fejn se nasal.

 

Itolbu ghalija biex (forsi) ma nintilifx.

Izda jekk nintilef

nibaghtilkom e-mail vojta

minn fuq il-leptop li twejt go sidri.

 

Tinsewx tirrisponduni lura..

Narakom ma ndumx…forsi."

 

ix-xita issa qed tizdied

il-ksieh ixoqq il-ghadam

u r-raghad ifferocjat

 

… u jien se nibda dan il-vjagg

nixxejjer bhax-xkejjer

minghajr ebda kuragg…

 

 

KOBBA MHABBLA


jekk ma tistax issib it-trufijiet ta’ hajtek

wisq inqas m’int se ssib it-truf mohbija t’Alla

 

jekk trid tkun taf tassew x’ifisser Alla

mur f’ghalqa mwarrba fil-kampanja

u hares ftit madwarek…

 

kull haga li tara quddiem wiccek

hi tarf wiehed biss minn din il-kobba mhabbla

 

ghaqqad dawn it-trufijiet flimkien

u ibda ghix mill-gdid

hajja mimlija bl-ohla mhabba w gid.

 

 

VANDALI


ghaliex qed tkissru l-ftit li baqaghli

f’dil-kamra mwarrba, minsija mill-bqija?

 

ghaliex qed twettqu dad-delitt

fis-Siegha tad-Dnub,

f’dil-lejla xitwija

miksija b’arja wahxija?

 

jekk tergghu tigu ghada

ma ssibu xejn x’teqirdu

ghax jien inkun spiccajt

u d-dinja ‘ndifferenti tkun skadiet

 

itilqu `l hemm

morru kissru x’imkien

fejn ma nafx bih jien

 

izd’ergghu ejjew,

halluh jghaddi `l dan il-lejl jirtoghod

tibzghux, ghada jasal,

… ghada mhux `il boghod.

 

 

JEKK TRID


dalwaqt se ntir `il boghod

infittex post ahjar

fejn m’hemmx malinkonija jew imrar

 

jekk trid takkumpanjani

ahseb kmieni

ghax jekk nitlaq qabel

ma nergax lura ghalik

 

nixfet qoxqox il-gerzuma mghaffga

il-fomm imbewwaq ma jiflahx ilissen kelma

il-demm imniggez jisserrep irregolari

x’qed jigri? dan x’ifisser?

 

il-hornijiet imdamdma jwerzqu bla waqfien

u jien fil-kantuniera nhares ftit hosbien

nikkontempla t-triq li twassal ghat-telfien

 

l-emblema sewda tal-mewt

imdendla-mehjuta ma’ sidri

nipprova nqaccatha, tibq’hemm

x’se taghmel? se tigi?

jew se tibqa’ teghreq fis-semm?

 

jekk trid neghreq jiena minn flokok

ha ntemm din il-hajja mifnija,

il-hajja mohlija tan-niket u l-htija

 

jekk trid…

 

TWIDDIBA


se tibqa’ tokrob wahdek

f’dad-dlam li ma jifhmekx?

 

se tibqa’ thoss il-weggha

tal-ferita taghli fil-kustat

miksi bin-nugrufun frizat?

 

hallih id-demm inixxi

ha jsawwab dar-riglejn imniggsa

hallih jithallat fl-ilma mdardar

go l-Ghadira tal-Kalvarju

li taf biss il-mewt imgarrba

minn Bniedem millenarju

 

hemm bzonn li tfittex tinsa din il-grajja

li ilha tvenven f’mohhok hafna zmien

ghaliex se tibqa’ teghreq fil-mizerja

li tqarrbek dejjem aktar lejn it-tmiem?

 

gawdi kemm tista’ din il-hajja fragli

ghax ghada t-tren jaf jitlaq ghall-gharrieda

u jkollok tirkeb fih

biex tibda vjagg li jaf il-bidu tieghu

izda t-tmiem ma jezistix ghalih

 

gharbilha sew din it-twiddiba

ghax taf issehh bla hsieb

mil-lum ghal ghada.

 

BAGDAD

Waqt it-‘Tieni Gwerra tal-Golf’ fl-Iraq


il-karba tas-suldat mgharraq fid-dmija

venvnet fil-kurituri mdallma ta’ mohhi

daret ma’ kull kantuniera mgermda

iggorr maghha l-buffuri jaharqu tal-mewt

 

il-bombi nezlin wahda f’wahda

jisplodu go qalbi

jeqirdu `l ftit hajja li baqa’

tisserrep ma’ l-arja kkalzrata

mizghuda bic-comb

 

jitghaffeg il-fwied vulnerabbli

taht it-toqol tat-tankijiet suwed

id-dhahen hamrana jostru l-katavri

tal-Hniezer li tqabdu ghar-rebha

imsarrfa biss f’telfa

 

taqbida feroci bis-snieter u-sjuf

tfakkarni fil-Mewt tal-Haruf

 

niggerra wahdi fid-dezert ghatxan

nirfes ir-ramel jaghli taht saqajja

nilghaq id-demm tal-ferita b’ilsieni niexef

nixxotta l-gharaq bil-beritta mishuta

f’dan l-infern m’hawn ebda refugju

ghall-ghadu skonfitt

 

… u nsteghmet il-ghajta wahxija tivvibra

"Eloi, Eloi, Lama Sabacthani?!"

 

… u miet l-ahhar Martri

ta’ holma qerrieda

li sehhet f’Baghdad.

 

MASSAKRU


ghaliex dan il-massakru qalil

f’din l-art qaddisa?

 

ghaliex dal-genocidju bla tmiem

f’dil-belt mishuta?

 

ghaliex qed imutu l-innocenti

u jibqghu jghixu l-hatja?

 

dal-gwerer m’hemmx li jieqfu

jispicca dat-terrur

fil-qrib l-Apokalissi?

ghalhekk dan il-fervur?

 

l-Amerka ttarrxet

l-Asja mmutat

l-Ewropa ghamiet

 

… u dak l-Anzjan bajdani

m’hu xejn ghajr vuci mahnuqa

tghajjat-twerzaq-titqanzah

fid-Dezert tal-Mankamenti

maqsum fi tnejn minn xmara

miksija bi skorca hamranija

ta’ demm maghqud-frizat

li xxerred gelgul

ilbierah filghaxija.

 

BAOBAB


merfugh `il fuq mill-art

inhossni hafif daqs tajra

indur u naghqad fis-smewwiet

minghajr fruntieri

minghajr hofor jew barrieri

minghajr xejn u b’kollox

 

ejjew tiru mieghi

ehilsu mill-irbit

li jzommkom ilsiera tal-hin,

ta’ haddiehor, tad-dinja

 

tkunux boloh u taghmew mix-xejn

u mit-tlellix fieragh

li tipprova tbellaghlkom

din il-pjaneta msadda

 

fl-ispazju l-hin ma jezistix

sekonda minuta siegha jum

m’ghandhomx tifsira

tqarreb lejn l-eternita

u titbieghed mill-abbiss

tad-disprament

 

aghmlu bhali

jien li mohh m’ghandix

u qalbi tmermret bir-rih

hawn fuq qalb is-shab

sibt il-mistrieh

u htaftu taht idejja

biex qatt ma nerga’ nitilqu

 

"Tgawdija dejjem

tbatija qatt"

hawn fuq dan hu l-menu ewlieni

dejjem l-istess f’kull hin

 

x’ikunu l-problemi?

x’ikun l-inkwiet?

xi tkun is-solitudni?

hawn fuq m’hawnx twegiba

ghal dal-mistoqsijiet

 

ejjew araw biex temmnu

izda mbierek min jemmen

bla ma jara. . .

 

meta taghmlu l-hsieb li titilghu hdejja

ghiduli w nigi ‘ntikom merhba

tkunu milquha f’din is-saltna

 

inwissikom biex ma tiehdux qatgha

meta tindunaw li qeghdin tghixu

fl-ehxen allucinazzjoni. . .

 


(C) Philip Ellul - Kull Dritt Huwa Riservat.