il-weraq tqacctu
kollha…
jien tqaccatt ukoll.
Fittixtek illum,
se nkompli nfittxek
ghada.
Bilhaqq, int twelidt?
Qasira l-hajja.
Il-minutiera miexja;
arloggti wieqaf.
Il-bahar tqawwa',
il-mewg jixtieq jiblaghna.
Trid ninzlu nghumu?
Rajtek tbill
riglejk
fid-demm fietel ta’
gismi;
qaccatt ghajnejja.
L-irjieh qerrieda
garrfuli `l ruhi
dghajfa;
sfajt terremotat.
Il-maktur abjad
zelaqli fin-nixxiegha;
ghereq fi dmughek.
Sibt il-ferh
f’qalbi
li tant kont ili
nfittex…
Tarli xhin qbadtu.
L-ghasfur ihares
lejja b’ghajnejn
imbikkma;
gwinhajh midruba.
Ix-xemx qed
tizreg,
skuratli ftit il-gilda;
xwietli lil qalbi.
Id-dhahen grassi
dahlu jigru fil-pulmun…
Faqqas il-kankru.
Blajt zibga
hoxna
u kienet se tifgani…
Ergajt blajt ohra.
Dhalt fuq l-Internet
u c-cetlajns kienu
vojta…
Kont qieghed nohlom.
Kont miexi
u zlaqt,
ksirt idi x-xellugija…
Qattus gie jghinni.
Mort ghall-Quddiesa.
Fil-knisja ma kien
hemm hadd,
hlief Gesu' jnewwah.
Tghaffeg il-qattus
taht rota ta’
karozza.
Bkewh biss il-hofor.
Inti l-mishuta,
inti l-emarginata,
omm l-Illegittmu.
Bush kontra
Saddam.
Arafat kontra Sharon.
Jien kontrija nnifsi.
Weraq fis-sigar.
Zerriegha fil-hamrija.
Sadid go qalbi.
Il-qalb dghajfa
wisq:
taf iddum thabbat
snin twal
u tieqaf zopptu.
Kun af, zaghzughha,
li l-hajja darba
tghixha
u darba tmutha.
X’inhi
s-sbuhija?
Karozza mfarrka f’wied
miksija bil-ward.
Lic-cimiterju,
jekk qatt ma mort
izzuru,
zgur se tmur darba.
Gurnata wahda
tidhol go cimiterju,
u qatt ma tohrog.
Il-mewt qasira:
f’sekonda tieqaf
qalbek
w anqas tinduna.
Gwerra u Paci:
mur sibu t-tarf taghhom…
Tolstoy biss sabu.
L-izveljarini:
jaghtuk qatgha filghodu
w int terga’
torqod.
Meta nitwieldu
jibda l-process ta’
mewtna…
Verita' kiefra.
Ix-xwejh' ghajjiena
niezla t-turgien
mittiekla.
Tghid jien nitlaghhom?
In-nies herqana
iccapcap lill-Mexxejja:
gemgha pupazzi.
Il-Farsa ntemmet
l-udjenza harget
tidhak
... l-atturi tbikkmu.
Sabih il-Paci
li jtemm il-glied
u l-gwerer.
Tghid jibqa' holma?
Id-demm ibaqbaq
fil-qalb tal-bniedem
kiefer,
xbieha ta' Kristu?
(c) Philip Ellul - Kull Dritt
Huwa Riservat.