IS-SIT LETTERARJU TA' PHILIP ELLUL

PROZA

L-AWTUR
POEZIJI - I
POEZIJI - II
POEZIJI - III
POEZIJI - IV
POEZIJI FUQ STIL 'HAJKU'
DRAMM TAL-PASSJONI - ATT I
DRAMM TAL-PASSJONI - ATT II
DRAMM TAL-PASSJONI - ATT III
DRAMM TAL-PASSJONI - ATT IV
PROZA
DRAMA KOMIKA
DRAMA SERJA
XI KITBIET OHRA
KTIEB TAL-VIZITATURI

"ID-DAR IL-MISHUTA" (Novella)

KAPITLU 1

Il-familja Vella kienet ilha toqghod go dar zghira fi Triq l-Imhar, ghal aktar minn hmistax–il sena. Joe xtaq hafna li jibdel id-dar, ghax issa li t-tfal tfarfru gmielhom, ried ikollhom aktar spazju ghalihom.

Ghalhekk, Joe ghamel minn kollox biex jara jsibx dar akbar. Hu xtaq li jibqghu jghixu f’Hal-Kbir; dar ir-rahal kollu biex jipprova jsib xi dar vojta u, fuq kollox, kbira.

Wara li ghamel ftit zmien ifittex, sab dar li kienet tidher kif xtaqha hu u l-familja tieghu. Din kienet dar kbira, antika, u kellha faccata sabiha hafna. Il-propjetarju ta’ din id-dar kien jismu Salvu Attard, li kien joqghod ezatt ma’ genb din id-dar. Joe iddecieda li jkellmu u jistaqsih fuqha. U hekk ghamel. Lil dan ir-ragel, Joe qatt ma kien rah qabel, imma deher li kien ragel edukat u b’manjieri tajba.

"Jien gejt hawn biex taghtini taghrif fuq dik id-dar," qallu Joe.

"Ehh! Dik id-dar tassew maestuza! U antika hafna wkoll. Ilha mibnija minn zmien il-Kavallieri!" wiegeb Salvu.

Joe baqa’ mistaghgeb. Dik id-dar qatt ma kien raha u sema` biha qabel. Qisha kienet tfaccat quddiemu dak il-hin bil-magija!

"Sur Vella, nista’ nurik id-dar minn gewwa jekk trid!" qal Salvu, ferhan li xi hadd kien thajjar ghal dik id-dar.

"Iva, bil-qalb kollha," wiegeb Joe.

U dahlu gewwa flimkien. Dik gmiel ta’ dar!! Kienet tixbah lil xi palazz minn dawk is-sbieh nett.

"Min jaf kemm tiswa’ din id-dar!" qal Joe, b’kurzita`.

"Le, le, ma tantx tiswa’ flus," wiegeb Salvu.

"Mela kemm tiswa’, Sur Attard?!," rega’ staqsa Joe.

"Ara, bi tletin elf lira tkun tieghek," wiegbu Salvu.

"Possibbli, tletin elf lira tiswa’ din id-dar?!," staghgeb Joe.

"Iva, Sur Vella, daqshekk hu!" qallu Salvu.

Lil Joe ghogbitu l-idea. Mar id-dar u qal kollox lil martu Mary. Din ukoll rat illi l-prezz ta’ dik id-dar kien tassew ragjonevoli. U ghalhekk ftehmu li jixtruha. Xi jumejn wara, sar il-ftehim ma’ Salvu, u dan tahom ic-cavetta tad-dar.

 

KAPITLU 2


Il-familja Vella rnexxielha tbigh id-dar li kellha lil koppja mizzewga bla tfal. Dawn, malli rawha, hadu grazzja maghha mill-ewwel. Issa kienu lesti li jmorru joqoghdu god-dar il-gdida.

Iz-zewgt itfal, Stephen u Anna, ma tantx kienu ferhana b’dan kollu, izda kellhom jirrassenjaw ruhhom ghax ma setghu jaghmlu xejn. Huma kienu draw hafna f’dik id-dar. Stephen kellu tlettax–il sena, u Anna kellha hdax. Minn dejjem kienu ghexu f’dik id-dar u qalbhom kienet marbuta maghha. Issa kienu se jmorru joqoghdu f’dar gdida, u din hassewha difficli hafna.

Fl-ahhar waslet il-gurnata li l-familja Vella tmur toqghod fid-dar il-gdida. Kienu garrew kollox minn dar ghal ohra. Kemm staghgbu Stephen u Anna xhin rifsu ghall-ewwel darba go dik id-dar! Verament kienet kbira u sabiha kif kien qalilhom missierhom.

"Issa ghandkom iktar fejn tigru hawn gew," qaltilhom ommhom, bid-dahka.

Iz-zewgt ahwa tbissmu wkoll.

Mary u Joe kellhom kamra tas-sodda kbira ghalihom, u t-tfal kellhom wahda kull wiehed. It-tnejn kienu spazzjuzi mhux hazin.

Haga stramba li raw f’din id-dar kienet ras ta’ baqra mwahhla mal-hajt ta’ l-intrata. Wiccha kien ikrah hafna. Minjaf minn fejn giet u x’kienet qieghda taghmel hemm?!

Mary marret mill-ewwel gol-kcina, li kienet kbira d-doppju ta’ dik li kellhom qabel. Wara l-kcina kien hemm bitha sabiha, b’zewg sigriet tal-lumi fin-nofs taghha. Mary hadet pjacir b’din il-bitha, ghax il-pjanti u s-sigar kienet thobbhom hafna, u hemmhekk setghet thawwel pjanti kemm riedet.

Joe tela’ fuq il-bejt. Dan kien bejt arjuz hafna, u minn fuqu wiehed seta’ jara veduti tassew pittoreski, ghax din id-dar kienet mibnija fuq il-quccata ta’ Hal-Kbir.

"Hawnhekk naraw murtali kemm irridu," haseb Joe, bejnu u bejn ruhu.

F’kelma wahda, il-familja Vella kienet tidher kuntenta hafna fl-ewwel jum taghha fid-dar il-gdida!

 

KAPITLU 3


L-ewwel lejl tal-familja Vella f’dik id-dar kien qorob gmielu. It-tfal kienu qed jaghmlu l-homework, Mary kienet qed tipprepara l-ikla ta’ filghaxija, u Joe kien ghadu gej mix-xoghol u kien fuq qed jiehu banju.

F’hin minnhom instemghet il-qanpiena tal-bieb ta’ barra ddoqq. Mary marret tara minn kien gie. Xhin fethet il-bieb ma sabet lil hadd.

"Min habbat il-bieb?," staqsiet Mary lilha nnifisha.

Wara ftit regghet cemplet il-qanpiena. Din id-darba Mary ma tatx cans u marret tigri biex tiftah. Izda b’ghageb kbir fuqha rega’ ma deher hadd. Mary hassitha mhawwda, imma ma qalet xejn lil hadd, ghax milli jidher, hadd ma kien semaghha l-qanpiena, hlief hi. Ghadda l-hin, u l-qanpiena ma regghetx cemplet.

Wasal il-hin ta’ l-ikel. Il-familja nghaqdet flimkien u ghamlet l-ewwel ikla taghha fid-dar il-gdida. L-ikel li sajret Mary kien delizzjuz. Hi minn dejjem kienet koka tajba u kienet issajjar b’mod eccellenti.

"Issa naraw ftit televixin!" qal Stephen.

"Ahjar tmorru torqdu ghax issa sar il-hin," wiegbet ommu.

Iz-zewgt itfal kienu qed jibzghu jmorru jorqdu go kamra ghalihom. Imma ta’ tfal ubbidjenti li kienu, obdew lil ommhom, u telghu f’kamrithom.

"Il-lejl it-tajjeb, mama` u papa`!" qalu flimkien it-tfal.

"Il-lejl it-tajjeb!" irrispondewhom lura Joe u Mary.

X’hin kienu telghin it-tarag, Stephen deher li ra xi dawl fil-kamra tieghu. Haseb li halla l-lampa tixghel. Imma dan kien jidher dawl stramb. Kif fetah il-bieb tal-kamra, id-dawl ma deherx aktar.

Stephen beza’, u Anna bezghet aktar minnu.

"Ahjar ma nghidulhom xejn lill-mama` u l-papa`, Anna," qal Stephen.

"Imma jiena qed nibza’!!" wiegbet Anna, tirtoghod.

"U le, xi trid tibza’!" ikkonfortaha Stephen.

Dak id-dawl ma rawhx iktar u dahlu jorqdu fil-kmamar taghhom.

Kif kien ser jaghlaq ghajn m’ghajn, Stephen sema’ xi twerziq gej mill-kamra tal-banju. Qam jigri minn go soddtu u mar dritt jara x’kien. Hemmhekk ra xena li kexkxitu. Fil-kamra tal-banju ra figura liebsa l-iswed b’ras ta’ baqra go rasha. Din il-figura dawret rasha lejn Stephen u f’daqqa wahda sparixxiet. It-twerziq spicca ghal kollox. Stephen kien imwerwer bil-biza' u nizel jigri jghid lil missieru b’dak li ra. Missieru thawwad u m’emmnux, imma Mary qaltilhom bl-istorja tal-qanpiena. Issa Joe beda jahseb hazin.

Tghid x’kien hemm f’dik id-dar?!

 

KAPITLU 4


Joe u Mary telghu f’kamrithom biex jorqdu, imma kienu ghadhom imhassbin fuq dak li ra binhom. Joe mar jittawwal fil-kamra tal-banju, izda ma sema’ jew ra xejn stramb.

"Ahjar norqdu Joe, issa," qalet Mary lil zewgha.

"Iva, ghandek ragun, Mary. Issa norqdu ghax sar il-hin," wegibha Joe.

Hekk kif dahlu f’soddithom, semghu xi hgieg jinkiser u twerziq gej minn isfel. Joe qam u mar fejn it-tarag. Fl-intrata kien hemm fantazma liebes l-iswed qieghed idur u jaqghad mal-kamra. It-twerziq kompla jizdied. F’hin minnhom, il-fatat sparixxa. Joe ma rahx aktar. Izda t-twerziq kien ghadu jinstema’. Kif Joe dawwar wiccu lura, isib il-fantazma ma’ wiccu. Twerwer. Nizel jigri t-tarag. Kif dahal fil-kcina ra l-mejda qieghda ticcaqlaq wehidha u s-siggijiet jigru fl-arja.

"Mary, ajjut, ajjut. Mary!!" beda jghajjat kemm jiflah Joe.

Mary nizlet tara x’kien qed jigri, izda hi ma kienet qed tara xejn. F’salt wiehed, Joe instabat ma’ l-art. Kollox ikkwieta.

"Madonna tal-hniena!" ghajtet Mary. "Xi gralek Joe?" staqsiet lil zewgha.

"Ra-rajt fa-fa-fantazma jigri, u l-me-mejda u s-siggijiet jicc-jiccaqalqu wehidhom!" temtem Joe b’nifsu maqtugh.

"Jien ma rajt xejn!" wegbitu Mary.

"X’se naghmlu issa?" staqsa Joe.

"Issa mmorru norqdu u mbaghad naraw kollox ghada, tajjeb?" issuggeriet Mary, kalma ghall-ahhar.

"Naghmlu hekk, mela," qabel maghha Joe.

Regghu telghu jorqdu, u din id-darba ma semghu xejn, sa filghodu.

 

L-ghada, mas-sebh, Mary qamet l-ewwel, u marret fil-kamra tal-banju. X’hin kienet qieghda tixxotta wiccha, wara li haslitu, hasset li xi hadd beda jipprova jifgaha. Hi ma rat lil hadd. Ippruvat tillibera ruhha, izda ghalxejn.

"Joe, Joe, ejja igri. Igri!!" bdiet tghajjat kemm tiflah.

Joe mar sparat fil-kamra tal-banju u ra dak il-fatat tal-gurnata ta’ qabel qed jifga lil Mary. Issara mieghu kemm felah biex iwaqqfu. Joe beda jaghti bil-ponn lill-fantazma, izda dan sparixxa minn quddiemu, f’hakka t’ghajn. Mary kienet kwazi ntilfet minn sensiha.

"Mary, x’gara? Kellimni!" qalilha Joe.

"Kien s-ser joqt-tolni!" wiegbet, tlaqlaq.

"Min kien, gharaftu? Ghax jien bid-daghdigha li kelli fuqi ma tajtx kas min kien!" rega’ staqsieha.

"Jien ma rajt lil hadd, Joe. Hassejtu qed jifgani, biss. Imma ma rajt lil hadd, emminni!," wegbitu.

"Min seta’ kien?" staqsa Joe, f’qalbu.


KAPITLU 5


Wara dak li gara, Joe u Mary iddecidew li jkellmu lil Salvu, dak li xtraw id-dar minghandu.

Marru u qalulu b’kollox. Salvu ghamel tabirruhhu li staghgeb ghal dak li kienu raw u semghu, u taparsi ma riedx jemminhom.

"Ilna noqoghdu hawn gurnata u diga` kwazi gejna maqtula," ilmenta Joe.

"Jien ma nafx x’naqbad nghidlek," qabez Salvu, "hadd qatt ma’ semma’ li ra xi fatati f’din id-dar," kompla.

"Minn jaf x’raw u ma rawx," qalet Mary.

"Nahseb li l-ahjar li taghmlu hu li ghalissa tibqghu toqoghdu hemm, u jekk tergghu taraw xi haga, imbaghad naraw," issuggerixxa Salvu.

"M’hemmx x’taghmel, hekk ikollna naghmlu," qablu mieghu Joe u Mary.

X’hin regghu marru d-dar, Joe tela’ biex iqajjem lit-tfal mis-sodda. Hu u tiela’ t-tarag, hass buffura rih tghaddi minn mieghu, u ra dawl qawwi hiereg mill-kamra ta’ Anna. Id-dawl beda jteptep hafna.

Malli fetah il-bieb tal-kamra, Joe ra xena li qabbditu l-bard. It-tifla tieghu, Anna, ra tinqata’ `l fuq minn gos-sodda minghajr hadd ma kien qed imissha. Minn go fiha bdew hergin qishom xrar tan-nar u jittferrxu mal-kamra kollha.

Joe tbellah. Telaq jigri jghajjat lil martu biex titla’ tara hi wkoll b’ghajnejha, imma b’ghageb kbir taghhom it-tnejn, fil-kamra rega’ gie kollox normali.

"Joe, x’rajt stramb hawn gew?" staqsiet Mary lil zewgha.

Joe ma wiegeb xejn ghax hass rasu ddur bih u ntelaq ma’ l-art.

"Imma x’inhu jigri f’din id-dar? Zgur hawn xi sehta!" qalet Mary.

Tghid veru kienet mishuta dik id-dar? U x’kienet ir-raguni? Dan kien il-misteru kollu!

 

KAPITLU 6


Wara xi hin, Joe stejqer u rega’ gie lura f’sensih. Sadanittant, Mary kienet qajmet liz-zewgt it-tfal. U qalet kollox lil Anna.

"Jien ma hassejt xejn, mama`," qalet Anna, sorpriza.

"Binti, ma nafux x’ser naqbdu naghmlu," wegbitha ommha.

"Din id-dar mishuta!!" qal Joe.

"Jien hekk qed nahseb ukoll. U se mmur inkellem lill-Kappillan, ghax dak ikun jista’ jaghtina xi parir siewi," kompliet Mary.

Ghalhekk, dakinhar stess, Mary marret tkellem lil Dun Salvin, il-Kappillan ta’ Hal-Kbir, u qaltlu bil-kaz kollu.

"Nigi llejla stess," qalilha.

"Tajjeb, sur Kappillan, nirringrazzjak hafna li lest li tghinna!" qaltlu Mary.

Ghall-habta tas-sebgha ta’ filghaxija, cempel il-bieb ta’ barra tad-dar fejn kienet toqghod il-familja Vella. Kien wasal Dun Salvin.

"Ghaddi, ghaddi, sur Kappillan!" laqghu Joe.

Wara li offrewlu xi haga x’jixrob, Joe u Mary irrakkontaw dak kollu li raw lill-Kappillan, bid-dettalji kollha. Dun Salvin baqa’ b’halqu miftuh b’li qalulu. Hadd qatt ma kien tarraflu li ra xi fantazmi f’Hal-Kbir.

"Ma nafx ezatt x’nista’ naghmel biex nghinkom," qalilhom Dun Salvin.

"Jien hsibt li din id-dar mishuta mix-xitan," qallu Joe.

"Ma nistax nghidlek, Sur Vella. Li nista’ naghmel hu li nghid talba biex jekk hawn xi erwieh, jitilqu minn din id-dar," qalilhom il-Kappillan.

"Li tista’ taghmel, ghamlu," qabzet Mary.

Dun Salvin irrecita talba twila waqt li zamm kopja tal-Bibbja f’idejh it-tnejn. Wara li ghamel dan, berikhom u telaq.

Il-familja Vella ngabret ghall-ikla ta’ filghaxija. U kif wiehed jista’ jahseb, id-diskors waqa’ fuq dak li kienu ghaddew minnu.

"Allura, ma`, inti matul il-gurnata ma tara xejn?" staqsa Stephen lil ommu.

"Le, ibni, ma nara xejn," wegbitu Mary.

"Mela kollox jigri bil-lejl," qalet Anna.

"Iva, bil-lejl u filghodu kmieni," wiegbet ommha.

"Issa l-lejl rega’ maghna!" qal Joe.

"Jien zgur mhux se norqod bil-biza’!" qalet Anna.

Mary baghtet lit-tfal biex imorru jorqdu. Anna ma riditx titla’ f’kamritha. Izda Joe ghamlilha l-kuragg, u marret. Mary u Joe baqghu fil-kcina jaraw it-televixin, u fl-istess hin jistennew li jigri xi haga.

Wara li ghaddiet nofs siegha, beda jinstema’ qisu tisbit qawwi li kien gej mill-bitha. Joe hareg jara. Ma kien hemm xejn. It-tisbit misterjuz baqa’ jinstema’, u Mary rat li l-pultruna li kien hemm fl-intrata bdiet miexja wehidha u mghollija `l fuq.

Il-kxiexen tal-bank tal-kcina bdew jinfethu. L-affarijiet ta’ go fihom bdew jinstabtu ma’ l-art. Mary ma tharrkitx minn postha. Il-platti li kien hemm fis-sink tal-kcina bdew joghlew wehidhom. Jaqghu ma’ l-art. L-armarji nfethu u beda jaqa’ kollox minn go fihom. Kollox kien sar frak!

Mary ma felhitx aktar u bdiet twerzaq twerziq tal-wahx. Lil Joe ma ratux aktar. Kien gheb minn quddiemha.

Buffura kbira ta’ rih kiesah bdiet iddur mal-kamra. Fjammi zghar tan-nar itiru minn naha ghal ohra. Imbaghad fegg quddiem ghajnejn Mary serrieq kbir miexi fl-arja. Riesaq aktar lejha. Qamet minn bilqieghda. Marret tigri biex titla’ fuq.

It-tarag ma setghetx issibu. Sparixxa. Harset `il fuq. Rat lit-tfal itiru waqt li kienu hergin mill-kamra taghhom. It-tnejn mimlija b’dawl jghammex. Marret biex tiftah il-bieb ta’ barra. Kien issigillat. Harget mit-tieqa. Waqghet fl-art. Sabet ma’ wiccha fatat li kellu f’idejh is-serrieq li kienet rat qabel.

"Itlaq minn quddiemi!!" ghajtet kemm felhet.

F’daqqa wahda l-fatat ma deherx aktar. Qamet minn ma’ l-art. Dahlet gewwa. Sabet kollox f’postu. Lil Joe ratu bilqieghda bhalma kien qabel, jara t-televixin. Kien jidher kalm hafna. Hi tilheg.

"Gara xi haga, Mary?" staqsiha Joe, b’kurzita`.

"Kif jista’ jkun, int ma taf b’xejn?!" qaltlu b’ghajnejha mqabbzin.

"Le. Mela x’gara?" rega’ staqsiha.

Mary ntelqet ghal fuq is-sufan. Intilfet minn sensiha.

 

KAPITLU 7


Meta sebah l-ghada, Joe rega’ mar ikellem lil Salvu. Qallu x’regghet rat martu Mary, dak il-lejl li ghadda. Salvu ma qal xejn. Ma xtaqx ikun jaf. Qallu li hu ma kellux x’jaqsam ma’ dik id-dar. Anzi, baghat lil Joe `il barra. Qallu li dawk l-affarijiet ma jaf xejn dwarhom. Izda deher li kien jaf. Kien qieghed jahbi xi haga.

Joe mar ikellem ghal darb’ohra lill-Kappillan. Dun Salvin issuggerielu li jibghat ghal ezorcista biex jaghmel zjara lil dik id-dar. U hekk ghamel.

Il-Kappillan cempel lil Dun Mattew Bonello, ezorcista maghruf. Gharrfu b’kollox.

Wara nofsinhar, Dun Mattew kien ghand il-familja Vella. Ghamel ritwal religjuz u talab biex is-sehta titlaq mid-dar. L-ezorcista mexa mad-dar kollha waqt li kien qed jitlob. Kif spicca kollox, qalilhom biex jixghelu xemgha u jhalluha tintefa’ wehidha. Joe xeghel ix-xemgha quddiemu.

Marru jwasslu lil Dun Mattew sal-bieb. Wara li rringrazzjawh, dan telaq.

X’hin dahlu gewwa, ix-xemgha ma kinitx hemm. Mary twerwret. It-tfal zgur li ma kienux missewha ghax kienu qed jaghmlu l-homework f’kamrithom. Min kien hadha?

Kif dahlu fil-kcina, raw dell iswed. Hekk kif induna bihom, gheb. F’idejh kellu x-xemgha.

"Hu hadha, Joe!!" ghajtet Mary.

"Iva, hu zgur!" wiegeb Joe.

"Minn kien, gharaftu?" staqsiet Mary lil zewgha.

"Le. Ma tanix cans naghrfu," wiegeb Joe.

"Tghid dan l-istess wiehed li kien se jifgani?" regghet staqsiet Mary.

"Ma nafx, Mary, ma nafx," wegibha.

 

KAPITLU 8


Meta beda jidlam, dakinhar stess, il-familja Vella regghet bdiet tibza’ li jista’ jigri xi haga ohra tal-wahx f’dik id-dar.

Mary kienet wehidha fil-kcina tixrob tazza te`. It-tfal kienu qeghdin f’kamrithom. Joe mar jaghmel qadja ta’ malajr.

F’daqqa wahda, Mary semghet lil xi hadd jghajjat: "Emilja, Emilja." Hi nhasdet xhin semghet dan il-kliem.

Il-vuci misterjuza regghet ghajtet "Emilja, Emilja fejn int?!"

Mary qamet tara minn kien hemm. Xhin harset fl-intrata, imsarinha nizlu f’saqajha bil-biza’. Rat fantazma liebes l-iswed u bla ras. Il-fantazma qabad ir-ras tal-baqra li kien hemm fl-intrata u libisha fuq ghonqu. Mary hasset gisimha jibbies.

"Int Emilja. Ejja l’hawn!" ghajjat il-fantazma.

"Le jahasra, jien mhux Emilja jisimni!" ghajtet lura Mary, imwerwra.

Il-fantazma beda riesaq lejn Mary. Il-mara hasset saqajha mwahhlin ma’ l-art. Ma setghetx timxi, titharrek minn fejn kienet. Saret gharqana xraba. F’idejn il-fantazma dehret mannara kbira.

Mary bdiet tghajjat lit-tfal. Hadd ma wegibha. F’hin minnhom hasset li setghet iccaqlaq saqajha u telqet tigri fuq. It-tfal ma kinux f’kamrithom. Fejn marru? Seraqhom il-fantazma?

Mary issakkret fil-kamra tal-banju biex il-fantazma jaqta’ qalbu li jsibha. Izda kien gharralha. Il-kamra tal-banju mtliet b’dawl abjad qawwi. Beda jinstema’ twerziq tal-biza’. Ghajjat. Biki. Ilfieq. Instemghet vuci ta’ xi hadd jghajjat: "Le! Toqtolnix, Emilja! Le! Mignuna! Mignuna! Ajma, ajma, ajma! Qed twegghani! Ieqaf, ieqaf, Emilja!"

Fil-kamra bdew jidhru bhal gmamar tan-nar iduru ma’ Mary. Il-fantazma rega’ tfacca quddiem Mary.

"Emilja, irrid inpattihielek! Ejja `l hawn ha noqtlok. Ili hafna nistennieh dan il-mument!" qal il-fantazma, b’lehen stramb ghall-ahhar u li ma jintgharafx.

"Jahasra, jien m’iniex Emilja!" qalet Mary.

"Giddieba, giddieba!" ghajjat il-fantazma.

Mary ma felhitx aktar. Werzqet twerziqa li ttarrxek. F’daqqa wahda sparixxa kollox. Harget mill-kamra tal-banju, imbikkma. Marret fil-kmamar tat-tfal. Dawn kienu hemm, imma ma ndunawx biha.

"Imma kif jista’ jkun qed jigri dan kollu!" qalet bejnha u bejn ruhha.

Nizlet isfel. Dak il-hin wasal Joe mill-qadja li mar jaghmel. Mary marret tigri fuqu.

"Joe, imxi nitilqu minn din id-dar issa stess," qaltlu.

"X’rega’ gara?!" staqsiha Joe mahsud.

"Ergajt ghaddejt minn esperjenza tal-biza’, Joe!" wegbitu.

L-ghada filghodu, Joe rega’ cempel lil Dun Mattew Bonello, l-ezorcista.

"Dun Mattew, li ghamilt kollu kien ghalxejn," qallu Joe fuq it-telefon.

"Dawn ir-ritwali mhux dejjem jirnexxu malajr," wiegbu Dun Mattew.

"Nixtiequk li terga’ tigi sa ghandna."

"Mela le, anzi nigi malajr kemm jista’ jkun."

"Il-mara tieghi ghaddiet minn esperjenzi tal-biza’. Qed thossha mheddha."

"Ghandha ragun tibza’. Il-kaz taghkom hu kaz li jixbah hafna lill-fenomenu imsejjah poltergeist. M’huwiex ezatt hekk, imma hemm xebh konsiderevoli. Tibzax, Sur Vella, illejla nkun ghandkom!" qallu l-ezorcista.

U hekk kien. Ghax Dun Mattew rifes ghat-tieni darba fid-dar tal-familja Vella dakinhar filghaxija.

Rega’ ghamel l-istess ritwal tad-darba l-ohra, izda b’aktar profondita` u qawwa.

"Issa ixeghlu xemgha, u halluha tinhall ghal kollox," qalilhom xhin temm li kellu jaghmel.

Mary qalet lil Joe biex jibqa’ ghassa max-xemgha halli zgur ma tigix misruqa minn xi fantazma. Mary harget issellem lil Dun Mattew qabel jitlaq, u rringrazzjatu ta’ l-ghajnuna tieghu.

Sadanittant, Joe innota li x-xemgha bdiet tinhall b’ritmu mghaggel. Wara ftit sekondi kienet inhallet ghal kollox. Joe baqa’ mbellah x’hin induna li l-fdal tax-xemgha li nhallet, ifforma l-isem ta’ 'Emilja'!!

 

KAPITLU 9


Joe u Mary hasbu li dak li ghamel l-ezorcista rega’ ma hadimx.

"Issa nistennew u naraw x’jigri llejla," qal Joe.

"Jien qed nibza’ hafna, Joe," wiegbet Mary.

"U le, tibzax. Hawn jien nipprotegik!" qalilha Joe.

Wara l-ikla ta’ filghaxija, Mary qalet li kienet qed thoss ugigh stramb f’rasha. Ugigh mhux tas-soltu. Kif qaltilhom hekk, instema’ hoss gej mill-garaxx tad-dar taghhom. Joe mar mill-ewwel jara x’kien dal-hoss. Hemmhekk ra tliet fantazmi identici b’ras ta’ baqra minflok b’ras ta’ bniedem. Kif raw lil Joe bdew jghajtu b’lehen ohxon u tqil: "Fejn hi Emilja?"

"F’din id-dar m’hawn hadd jismu Emilja!" wegibhom Joe b’biza’ kbir fuqu. "Marti jisimha Mary u mhux Emilja," kompla jghid.

Kif qal dan il-kliem il-fantazmi ghajtu ghajta kerha u sparixxew mill-ewwel, waqt li hallew warajhom dahna skura ta’ kulur blu. Din tant kienet tinten li Joe kien ghoddu faga`.

Joe mar jigri fil-kcina u qal lil Mary u lit-tfal b’dak li ra. Mary, mistaghgba, qaltlu li hi wkoll rat figura bhal dik li ra Joe, u l-istess ra Stephen.

"Tghid min hi din Emilja??" staqsa Joe, imhasseb.

Wara li tkellmu ftit bejniethom, Joe ddecieda li jmur ikellem lil Salvu, u jghidlu li huma ma ridux jibqghu joqoghdu aktar f’dik id-dar.

Libes xi haga, u mar.

Cempel il-qanpiena tal-bieb tad-dar ta’ Salvu. Hadd ma fetah. Rega’ cempel. Stenna. Ghal darb’ohra, ebda risposta. Joe cempel xi tliet darbiet ohra. Ghalxejn.

Id-dar ta’ Salvu kienet maghluqa u mtappna. Kemm kienu ilhom joqoghdu hemm, Joe qatt ma ra d-dar ta’ Salvu maghluqa kif kienet dakinhar. Lin-nies li kienu joqoghdu f’dik it-triq, qatt ma kien ghadu saqsihom dwar Salvu. Iddecieda li jmur ihabbat lil dawk ta’ faccata taghhom u jsaqsihom fuq Salvu.

Mar ihabbat ghand wahda li kienet toqghod ezatt quddiemhom. Sema’ li kien jisimha Karmni. Din fethitlu.

"Ara s-Sur Vella!" qalet Karmni x’hin rat lil Joe quddiemha. "Inqalalkom xi haga?" staqsietu.

"Ha nghidlek, Karmni. Salvu ta’ magenbna gralu xi haga llum? Ghax ma jridx jiftahli. Is-soltu d-dar ikun bhalissa," staqsiha Joe.

"Dan Salvu li qed issemmi qatt ma smajt bih!"

"Possibbli, ma tafx min hu?!"

"Ara, dik id-dar li qeghdin toqoghdu fiha intom u dik ta’ magenbkom ilhom vojta ghal aktar minn erbghin sena. In-nies li kienu jghixu fihom kienu mietu u…"

"Imma jien minghand Salvu xtrajtha d-dar!"

"Sur Vella, nerga’ nghidlek, jien qatt ma smajt li kien joqghod xi hadd jismu Salvu f’dik id-dar. Naf zgur li kienu joqoghdu zewg xebbiet anzjani, imma b’irgiel qatt ma smajt, ghallinqas kemm ili hajja jien!"

"Forsi gie joqghod hawn dan l-ahhar, bhalna?"

"Le, zgur li le!"

"Nirringrazzjak ta’ l-informazzjoni li tajtni, Karmni," qalilha Joe, imhawwad aktar minn qatt qabel.

Mar jigri jghid kollox li martu u lil uliedu. Dawn kollha baqghu b’halqhom miftuh.

"Jigifieri Salvu ma jezistix?" staqsiet Mary lil zewgha.

"Skond Karmni, le!" wegibha.

Kien qisu blieh b’dak li sema’. Il-kobba kompliet tithabbel aktar!

 

KAPITLU 10


Ghaddiet gimgha. Qatt ma rega’ deher xejn stramb fid-dar tal-familja Vella, minn dakinhar `l hawn.

Lil Salvu ma rawhx aktar b’ghajnejhom. Lil kull min staqsew dwaru, kulhadd qalilhom li qatt ma semghu bih. Hasbu li issa ma kinux ser jaraw aktar fantazmi, u setghu jghixu fil-paci. Is-sehta kienet harget minn darhom, hasbu.

... Izda l-kbir kien ghadu gej!!

Lejl minnhom Mary qamet mis-sodda u marret tiehu tazza te` ghax kienet mejta bil-ghatx. X’hin kienet tiela’ lura fuq, semghet hoss irqiq minn warajha. Ma tatx kas. Il-hoss rega’ nstema’. Din id-darba kien aktar qawwi. Hasset ruhha qieghda tinqata’ minn ma’ l-art. Twerwret. Bdiet miexja fl-arja.

F’daqqa wahda rat il-figura sewda quddiemha.

"Illum se noqtlok zgur!" ghajtet il-figura.

Mary bdiet tghajjat u twerzaq bil-kbir. Joe u t-tfal ma kinux semghuha.

Il-figura sewda harget dik il-mannara kbira li kellha darba. Mary gharfitha. Qabdet lil Mary minn spallitha u bdiet taghti biha fuq il-mara b’kemm kellha sahha.

"Itlaqni, itlaqni!" bdiet tghajjat Mary.

"Ha ha ha ha!" irrispondietha l-figura sewda.

Il-fantazma pprova jifga lil Mary biex joqtolha. Il-mara bdiet taqta’ nifisha. Ma setghetx tghajjat u twerzaq aktar. Kompliet tissara mal-figura biex tillibera ruhha minnha. Izda ghalxejn.

Il-figura kompliet tifga lil Mary u tfaqqa’ dahk wahxi. Fl-ahhar Mary qatghet nifisha ghal kollox u ntelqet ma’ l-art. It-tahbit ta’ qalbha kien waqaf ghal kollox. Ruhha harget!

"Fl-ahhar irnexxieli npattihielek, Emilja! Ha ha ha ha!!" beda jghajjat il-fantazma liebes l-iswed, waqt ll halla lil Mary mitluqa ma’ l-art fil-kcina, mgharrqa f’ghadira demm.

Il-fantazma sparixxa u halla dahna skura warajh.

L-ghada filghodu Joe ma sabx lil Mary magenbu fis-sodda. Ha qatgha. Qalbu ziedet it-tahbit taghha. Nizel jigri isfel. Hemmhekk ra xena li qatt ma holom li jara f’hajtu. Mary nqatlet minn xi hadd!!

Minghajr telf ta’ hin, cempel lil pulizija. Dawn gew wara ftit. Raw dik ix-xena. Kollha tkexkxu. Wasal ukoll il-vann mortwarju li garr il-kadavru ta’ Mary lejn l-isptar.

Joe hassu se jiggennen. It-tfal qamu mwerwrin, ma jafux x’kien gara. Meta saru jafu bil-qtil ta’ ommhom, infexxew f’bikja kbira u hadd ma seta’ jwaqqafhom. Il-familjari wkoll gew infurmati bil-qtil ta’ Mary. Kulhadd baqa’ xxukkjat.

"Min kien qatel lil Mary?"

Din kienet il-mistoqsija fuq fomm kulhadd.

Dakinhar wara nofsinhar, saret l-awtopsja fuq il-gisem ta’ Mary. Mill-istudju li sar, gie konkluz mill-esperti forensici, li l-mara nqatlet minn xi kreatura paranormali.

Joe haseb li martu setghet inqatlet minn dak il-fantazma liebes l-iswed b’ras ta’ baqra. Il-fantazma dahhalha f’rasu li Mary kienet Emilja, jigifieri dik il-persuna li ried jivvendika ruhu minnha.

Imma l-fantazma u Emilja min setghu kienu? U l-fantazma ghaliex ried joqtol lil Emilja?


KAPITLU 11


L-ghada wara nofsinhar, sar il-funeral ta’ Mary. Fil-knisja ta’ Hal-Kbir ingabru l-familjari kollha tal-familja Vella, filmkien ma’ xi nies ohra li kienu jafuhom, fosthom il-girien taghhom. Kulhadd kien jidher perpless wara din il-mewt orribbli u ghall-gharrieda ta’ Mary Vella.

Kien ghad kellha biss sitta u tletin sena. It-tfal taghha kienu mismuta, issa li lil ommhom, li tant kienu jhobbu, ma kinux se jarawha aktar. Dan ma setghux igerrhuh. Joe kien ghadu mhasseb dwar il-mewt ta’ martu. Ried, akkost ta’ kollox, isir jaf min kien li qotolha.

L-ghada tal-funeral, Karmni, dik li kienet toqghod faccata tal-familja Vella, marret tkellem lil Joe.

"Sur Vella, ommi saret taf bil-mewt ta’ martek. Meta ghidtilha b’liema mod mietet, qaltli li xtaqet tkellmek personalment. Imma ma qaltlix ir-raguni ghaliex!" spjegatlu Karmni.

Il-mara kompliet tghidlu li ommha kienet tinsab f’centru ta’ l-anzjani. Din kellha l-eta’ sabiha ta’ hamsa u disghin sena! Kienet ghadha titkellem, timxi, u b’memorja tajba wkoll!!

Dakinhar filghaxija, Joe mar, akkumpanjat minn Karmni, sac-centru ta’ l-anzjani. U hemmhekk kien hemm Pawla, omm Karmni, qieghda tistennieh.

Wara li Joe ntroduca ruhu, Pawla rrakkontatlu dak li riedet tghidlu:

"Jien kont noqghod minn dejjem f’dik id-dar ma’ binti Karmni. Ilu hafna kienet toqghod koppja, u dawn kellhom zewgt itfal. Isimhom insejtu. Il-mara kienet tigi l-buznanna ta’ martek Mary. Din il-familja kienet tghix hajja normali, izda darba minnhom, jien smajt hafna ghajjat gej minn darhom, u twerziq kbir. Jien u l-girien hrigna naraw x’kien qed jigri. Zewgt irgiel dahlu fid-dar ghax il-bieb kien miftuh berah. Siebu r-ragel mixhut ma’ l-art f’ghadira demm u b’mannara kbira magenbu, li wkoll kienet imcappsa bid-demm. Lil martu hadd ma ra. Kienet harbet mir-rahal, u hadd ma sar jaf fejn kienet marret. It-tfal taghhom kienu ghadhom zghar u ma indunawx x’kien gara.

"Fir-rahal hadd qatt ma kien sema’ b’delitt daqshekk fahxi, u kollox baqa’ misterjuz sa llum. Ftit wara f’dik id-dar marru jghixu zewg nisa xjuh, izda dawn hargu ftit granet wara, minghajr ma qalu xejn lil hadd. Minn dakinhar `l hawn hadd ma mar joqghod f’dik id-dar. Kulhadd kien iqisha bhala dar mishuta!"

Joe baqa’ ssummat jisma’ lil Pawla tirrakkonta. Tassew li dik ix-xwejha kellha memorja tajba!

"Allura, Pawla, ma tiftakarx x’kien jisimhom din il-koppja li semmejt?" staqsiha Joe.

"Le. Isimhom ma niftakrux. Issa ghadda hafna zmien minn dakinhar `l hawn! Pero’ l-grajja bqajt niftakarha hafna," wegbitu b’lehen mitfi.

"Qatt smajt b’xi hadd jismu Emilja?" rega’ staqsiha Joe.

Pawla waqfet ghal mument biex tahseb. Imbaghad tkellmet.

"Iva, iva! Inti qed tfakkarni. Emilja kien jisimha din il-mara li qatlet lil zewgha. Imma isem ir-ragel taghha m’ghandix idea x’kien," wegbitu.

Joe hass gismu jqum xewk xewk. Mela Emilja kienet tigi minn Mary. Kienet buznannitha! Veru li omm Mary mietet meta hi kien ghad kellha hames snin u missierha kien korra u miet fuq il-post tax-xoghol u halla lil bintu ta’ hdax–il sena. Forsi qatt ma kien semmielha xejn.

Imma Mary kif dahlet f’dan il-kaz misterjuz, u giet mibdula ma’ Emilja, il-buznanna taghha??

 

KAPITLU 12


X’hin Joe rega’ mar id-dar baqa’ jistaqsi lilu nnifsu min seta’ kien ir-ragel ta’ Emilja. Dan ma kienx daqstant facli biex isir jafu! Issa l-kaz ikkomplika ruhu aktar milli kien.

Joe kien qed ihossu dezolat minghajr il-prezenza ta’ Mary fid-dar. Minn dakinhar li mietet Mary, ebda fantazma ma rega’ deher hemm gew. Kollox kien donnu kkwieta.

Pero’ xi granet wara grat xi haga ohra…

Kien is-Sibt filghodu. Joe flimkien ma’ uliedu marru sa l-iskola li kienu jattendu fiha ghax kien il-jum tal-parents day taghhom.

Fid-dar ma kien hemm hadd. F’hin minnhom rega’ deher il-fantazma liebes l-iswed. F’idejh kellu zewg sulfarini. Qabbadhom. Tefaghhom fuq is-sufan. F’kemm trodd salib, is-sufan ha n-nar u beda jaqbad. Il-fjammi bdew jinfirxu mal-kmamar l-ohra. God-dar kien qam bhal rih misterjuz.

Il-fantazma dahak dahka tal-biza’ u sparixxa. Hadd ma kien ghadu induna li dik id-dar kienet qieghda tinharaq. Izda mbaghad beda hiereg id-duhhan mit-twieqi. Kien hemm ragel ghaddej minn dik it-triq u induna x’kien qed jigri.

Minghajr telf ta’ hin, qabad u cempel lit-taqsima tat-tifi tan-nar biex tibghat il-pumpiera. Sadanittant, in-nirien kienu nfirxu ma’ kullimkien.

Waslu zewg fire engines u mill-ewwel, il-pumpiera bdew jissieltu kontra n-nirien.

Joe ma kienx jaf x’kien qed jigri f’daru, izda x’hin hu u t-tfal marru lura, hadu qatgha x’hin raw li d-dar taghhom kienu mahkuma min-nirien.

Il-pumpieri damu hafna jissieltu biex jikkontrollaw in-nar. Izda wara hafna tbatija, fl-ahhar irnexxielhom jitfuh ghal kollox.

Joe ried ikun jaf biex kienet qabdet id-dar tieghu. Izda dan hadd ma seta’ jghidulu.

Wara li telqu l-pumpieri, Joe dahal ifittex qalb it-tifrik u l-irmied li hallew warajhom in-nirien. Kollox kien inqered!!

Kif kien qed ihares, Joe innota li ma’ l-art qalb it-tifrik kien fegg ritratt antik. Joe qatt ma kien rah qabel. Fuq ir-ritratt kien jidher li hemm wicc ta’ ragel. X’hin gabru u hares lejh, gismu qam xewk xewk. Dak ir-ragel li kien hemm fuq ir-ritratt ma kien hadd ghajr Salvu, li kien xtara d-dar minghandu!!!

"Kif jista’ jkun dan!!" qal Joe lilu nnifsu.

Fuq wara ta’ dan ir-ritratt kien hemm miktub dan il-kliem:

"B’tifkira ghaziza tal-mewt tragika ta’ Salvatore Attard minn Hal-Kbir, li gie maqtul f’daru b’daqqiet ta’ mannara, fil-21 ta’ Marzu 1929."

Issa Joe kien irnexxielu jghaqqad it-trufijiet kollha ta’ dan il-kaz tassew stramb u misterjuz. Martu Mary kienet inqatlet mill-ispirtu ta’ Salvu. Dan ried jivvendika ruhu minn Emilja, li kienet qatlitu b’daqqiet ta’mannara. Allura ddecieda li joqtol lil Mary, li kienet tigi minn Emilja, bhala att ta’ tpattija wara dak li kienet ghamlitlu martu.

Dan kien tassew kaz wahxi u tal-biza’. Imma kif kellhom imorru joqoghdu go dik id-dar mishuta? Forsi kienet b’kumbinazzjoni, jew xi haga ohra?

Joe kkonkluda wkoll li dak il-fantazma kien Salvu, li biex ma jintaghrafx libes ras ta’ baqra.

Joe ried li jmur joqghod ma’ ommu. Din setghet tohodlu hsieb lit-tfal, li kienu sfaw bla omm. Il-familja Vella qatt ma regghu raw aktar fantazmi kemm damu hajjin.

Issa d-dar il-mishuta kienet inqerdet. Izda xi nies li kienu jghaddu mit-triq fejn kienet tinsab, kienu jghidu li bil-lejl jisimghu bhal nbih ta’ kelb. Dan il-kelb qatt ma kien jidher. L-inbih tieghu kien ikrah u kultant jitqawwa aktar. Dan l-inbih misterjuz kien jieqaf ghal kollox malli titla’ x-xemx.

Tghid kien ghadu hemm l-ispirtu ta’ Salvu? Tghid kien ghadu qed jigi ppersegwitat u ma setax isib mistrieh? Tghid inbidel f’forma ta’ kelb li jibda jinbah inbih tal-wahx matul il-lejl?

Minjaf??!!

 

TMIEM

 

 

Nota tal-awtur: L-ismijiet u l-persunaggi li jissemmew f'din in-novella huma kollha frott l-immaginazzjoni tal-kittieb. Ghaldaqstant, m'ghandu jkun hemm ebda xebh mar-realta' f'kull sitwazzjoni, isem u karattru li jissemma'.

 

 

 

(C) Philip Ellul - Kull Dritt Huwa Riservat.