(Jiftah is-siparju. Jidhlu Josette u Samantha. Josette tpoggi bilqieghda
fuq il-pultruna tas-sufan. Samantha ddur u taghqad quddiem ommha)
JOSETTE: Samantha, thallinix nghidlek
darb’ohra! Lil Albert ta’ Rita m’ghandekx xi tridu. Tharisx lejh! Fhimt!!
SAMANTHA: Ghaliex, ma, x’ghamillek
lilek? Jien lilu nhobbu, hu kif inhu. Ghala ma tridnix inkellmu?
JOSETTE: Albert ma jghoddx ghalik!
Dak kaxxa genn u lilek igennek mieghu. Ara biss narak tkellmu!
SAMANTHA: Ma rridx! Jien inhobbu
u lilu rrid nizzewweg!
JOSETTE: Mela! Hekk ghamel!! X’inti
tghid binti? Dak jiddistruggilek hajtek!
(Samantha tinfaqa' tibki u tohrog `il barra)
(Franco ifigg fuq il-palk, irrabjat u mimli ghadab)
JOSETTE: Xi gralek, Franco?
FRANCO: Dak l-imnieghel ta’
mghallem `l ghandi, dejjem b’xi haga! Dejjem isib xi haga li ma toghgbux hafna u jaghmillek priedka fuqha. Ma niflahx
nissaportih aktar!
JOSETTE: Hu pacenzja, Franco, u
kompli ssaportih.
FRANCO: Isa hej! Kemm ghandi mara
taf taghtihom ir-risposti! Mur obsorha minnek, eh?!
(Tidhol Sandra, liebsa l-uniformi ta’ l-iskola u bil-basket wara daharha)
SANDRA: Wasalt jien. Ma, aghtini
niekol ghax ghandi hafna guh u kif inlesti rrid immur infittex nibda l-homework, ghax tghidx kemm tawna llum!
FRANCO: Misshom jisthu dawn l-ghalliema!
Ma jifilhux jaghtu aktar xoghol lill-istudenti. Anqas ituhom cans jiehdu nifs, imsieken!
JOSETTE: U mur sod halqek, int!
Tilaghbha li taf hafna u ma taf xejn. Hallihom ha jtuhom x’jaghmlu! Inkella kif tridhom jitghallmu u jghaddu mill-ezamijiet!
(Josette tibda tipprepara l-ikel lil bintha Sandra. It-tifla tpoggi bilqieghda
mal-mejda u tibda tiekol. F’hin minnhom tinstema’ ccempel il-qanpiena tal-bieb ta’ barra li ma jkunx jidher
fuq il-palk. Imur jiftah Franco)
FRANCO: (minn gewwa) Ara Albert! Ghaddi
gewwa!
ALBERT: Skuzawni, forsi gejtilkom
hin hazin!
JOSETTE: (xhin tara lil Albert quddiemha ssir hamra nar) Int xi dhalt taghmel go darna, eh?!
ALBERT: (kalm hafna) Jien gejt inkellimkom
ftit fuqi u fuq bintkom, Samantha.
JOSETTE: (irrabjata hafna) Ismaghni x’ser
nghidlek, Albert. Inti lil binti Samantha m’ghandekx xi tridha, fhimt! Int ma tghoddx ghaliha, u hi lanqas ma tghodd
ghalik. Jekk trid, mur u sib lil xi hadd iehor!
FRANCO: (mistaghgeb) Ghaliex qieghda
titkellem hekk, Josette?! X’gara??
JOSETTE: Jien ma rridx nara lil
binti tohrog ma’ guvni mhawwad bhal dan!
ALBERT: Sinjura Caruana, ma kontx
nahseb li int lili toghbodni daqshekk! Jien lil bintek qatt m’ghamiltilha xejn. U dan min qallek li jien imhawwad? Min?!
FRANCO: (jipprova jikkalma t-tensjoni li nholqot) Albert, tiehux ghaliha lil Josette. Dik anqas biss taf x’qieghda tghid!
ALBERT: Le! Jien ser nitlaq `il
barra wara dan kollu. U hawn gew qatt ma jien ser nerga’ nirfes! Sahha!!
(Albert jitlaq jigri `l barra. Josette tinfaqa’ tibki)
FRANCO: Ghaliex kellimtu hekk lil
Albert, ghid? Qatt ma smajtek tghid xejn hazin fuqu!
JOSETTE: Ma nafx! Imma lil Samantha
ma rridhiex tiffrekwentah aktar. U daqshekk!
FRANCO: Imm’ghaliex?!
JOSETTE: Ma nafx, nerga’ nghid.
Ma nafx! Hallini! (titlaq minn fuq il-palk)
SANDRA: Xi gralha l-mummy,
pa? (tqum minn fuq il-mejda ta’ l-ikel)
FRANCO: Xejn, Sandra, xejn. Mur
f’kamartek, isa, u ibda l-homework, ghax dalwaqt isir il-hin biex tmur id-Duttrina!
(Sandra titlaq. Franco jispicca wahdu)
FRANCO: (lill-udjenza) Jien ma nafx xi
gralha l-mara tieghi. F’dawn l-ahhar granet saret wisq nervuza u tirrabja malajr. Tghid x’inhu jaghtiha? Ghaliex
tinsab irrabjata daqshekk ghal Albert?
(Pawsa qasira)
(Titfacca Samantha, tibki u tolfoq. Tinduna b’missierha)
FRANCO: Ghaliex qieghda tibki, binti?
SAMANTHA: (tharhar) Ommi! Trid iggellidni
bilfors minn ma’ Albert. Ma tridnix nohrog aktar mieghu! (tkompli tibki)
FRANCO: (jipprova jikkalmaha) Toqghodx
tinkwieta, Samantha. Issa kollox insolvu, tibzax! Tkomplix tibki, m’ghandekx ghalfejn!
SAMANTHA: Ma rridx naf! Issa xbajt!
FRANCO: X’inti tghid, Samantha,
x’inti tghid? Iskot!
SAMANTHA: Dik ma tahmilnix! Tghir
ghalija! Ghax qed tarani sejra tajjeb ma’ Albert, trid tipprova ggellidni ghal kollox minn mieghu. Pa, jien se nitlaq
minn did-dar. Halluni nitlaq! Immur noqghod ghal rasi! Ma niflahx nissaporti aktar!
FRANCO: (jahtafha minn idejha) Le, Samantha,
titlaqx!
SAMANTHA: Daqshekk, pa, daqshekk!!
(tohrog tigri `l barra)
FRANCO: (jipprova ma jhallihiex titlaq)
Samantha, Samantha! Fejn sejra, ejja `l hawn! Mela qed tiggennen?!!
(Pawsa qasira)
(Franco jpoggi bilqieghda fuq is-sufan. Iddoqq il-qanpiena tal-bieb ta’
barra. Franco jqum jigri, u jmur jara minn gie. Isib lil Rita, omm Albert. Din tidhol gewwa)
RITA: Sur Caruana, din ta’
llum qatt ma stennejtha minghand martek. X’ghamlilkom ibni, x’ghamlilkom?!!
FRANCO: Emminni, anqas jien ma kont
qed nistenniha. M’inix nigdeb. Ma nafx ghala ghamlet hekk Josette. Qatt ma taha hekk qabel!
RITA: Nemmnek, Sur Caruana, nemmnek!
U ghandek tkun taf illi anqas jien mhu se nhalli lil Albert johrog izjed ma’ bintek! Jekk martek ma joghgobhiex, ghidilha
li jaf isib tfajla ohra! (titlaq mid-dar)
(Franco jidher imhawwad ghall-ahhar u ma jafx x’ser jaghmel)
JOSETTE: (terga’ tfigg fuq il-palk)
Franco, fejn marret Samantha?
FRANCO: Telqet tigri `l barra. Ma
nafx fejn marret. Qalet li se tmur tghix ghal rasha. Qed tara x’ghamilt hux?
JOSETTE: Jien m’ghamilt xejn.
Ghidtilha biss li lil Albert m’ghandhiex ghalfejn toqghod tindiehes mieghu. Jumejn ilu kont qieghda nixtri minn fuq
il-Monti, u kien hemm wahda mara li riedet tkellimni. U taf x’qaltli? Taf x’qaltli?! Qaltli li binti Samantha
kienet qed tohrog ma’ drogat! Dak li qaltli. U jien inhsadt xhin smajt dal-kliem. Qatt ma ghaddieli minn mohhi li Albert
jiehu d-drogi!
FRANCO: Imma dan ma jistax ikun!
Zgur!!
JOSETTE: Jien ma ssaportejtx. Lil
Samantha ghidtilha mill-ewwel biex tfittex titilqu. Id-drogi ma semmejthomlhiex. Jien ghidtliha biex ssib xi iehor. Daqs kemm
hawn guvintur bil-ghaqal!! Ara ma’ min marret torbot qalbha binti! Ma’ drogat! Mur obsorha minnu `l Albert!
FRANCO: Iskot, Josette li ma tmurx
tisimghek Sandra.
JOSETTE: U Rita, ommu, ma taf b’xejn?
Qatt ma tarrfulha xi haga?!
FRANCO: Issa jien naf x’taf
Rita! Jien fejn marret Samantha rrid inkun naf!
JOSETTE: Dik issa terga’ tigi.
Issa tara!
(F’daqqa wahda tinstema’ l-qanpiena tal-bieb)
JOSETTE: Qed tara Franco, sewwa
ghidtlek li terga’ tigi lura, u giet! Isa, mur ifthilha halli nitkellmu ftit bil-kelma t-tajba!
(Franco jmur jiftah il-bieb. Isib lill-Ispettur ma’ wiccu)
FRANCO: X’ghandek bzonn, Spettur?
SPETTUR: Hawnhekk Caruana, jekk
joghgbok?
FRANCO: Iva. Ghaddi!
SPETTUR: (Inehhi l-beritta) Ghandi ahbar
kerha x’naghtikom!
(Franco u Josette iharsu lejn xulxin, perplessi, u jqarrsu wicchom)
SPETTUR: Samantha Caruana, it-tifla
taghkom, kellha incident ikrah bil-karozza!
FRANCO: Madonna tal-hniena!! Binti?
Xi gralha? Fejn qieghda?!
SPETTUR: Skond xi xhieda li raw
l-incident isehh, Samantha tilfet il-kontroll tal-karozza u spiccat go sigra fil-genb tat-triq. Fortunatament, dak il-hin
kien ghaddej tabib minn dik it-triq u waqaf jaghtiha l-ghajnuna immedjatament. Imma…
JOSETTE: Imma xiex, Spettur?! Isa
ghidilna!
SPETTUR: Imma Samantha kienet diga’
mejta.
JOSETTE: Samantha?! Mejta?!!!
(Josette taqa’ ma’ l-art b’hass hazin. Franco, mbikkem,
jara xi gralha martu)
SPETTUR: Jiddispjacini hafna ghalikom
u ghal li gara. Il-mewt xi haga li twegga' lil kulhadd. Jiddispjacini!!
(Sandra tidher fuq il-palk hija wkoll, tibki. Kienet qed tissemma’
fil-kamra l-ohra u saret taf bit-tragedja ta’ ohtha. Josette tibda tigi f’sensiha bil-mod)
JOSETTE: (tibki) Ara x’ghamilt b’idejja!
Jien qtiltha! Jien qtiltha!! Ahjar m’ghidtilha xejn! X’bicca gratilna!
(Terga’ tinstema' l-qanpiena tal-bieb ta’ barra. Tiftah Sandra.
Ikunu Rita u Albert)
ALBERT: X’gara, x’gara?!!
FRANCO: (ghadu jibki) Samantha…habtet
bil-karozza…mietet!
(Albert jitbikkem hu wkoll)
RITA: Din veru ahbar kerha! Bla
mistennija!
JOSETTE: Li gara kollu tort tieghi,
u tieghi biss! Jien mort nghidilha biex titlaq lil Albert, ghax gew jghiduli xi haga fuqu li m’ghogbitni xejn!
ALBERT: X’qalulek, mela, fuqi?!!
JOSETTE: (xi ftit misthija u ghadha mbikkma)
Qaluli li inti qed tiehu d-drogi!
ALBERT: (jinhasad) Min, jien? Mhux veru,
mhux veru! Jien qatt ma missejt ma’ drogi. Min qallek hu giddieb mill-kbar nett! Giddieb!!!
JOSETTE: U jien mort nemmen kollox.
U ghidt mill-ewwel lil Samantha biex titilqek, u hi tant kienet thobbok li haditha bil-kbir wisq. U issa, hemm ara x’hadet!
Mietet ta’ ghoxrin sena! Daqshekk gawdejtha! U hi kienet tahseb li ma’ nahmilhiex, billi nwiddibha xi ftit. Riedet
li tfattar kollox hi, wehidha, parir minghand hadd. Jisghobbija hafna li ghidtilha hekk! Jien kont inhobbha immensament!!
Nittama li tahfirli minn fejn tinsab! (terga’ tinfaqa’
tibki)
ALBERT: Jien nahfirlek, Sinjura
Caruana, wara dak li ghidtli. Nahfirlek minn qalbi!! Int lil bintek ghidtilha ghall-gid taghha. Imma inti kont tqarraqt! Dahku
bik! Qalulek hekk biex jarawk tinkwieta. Kienu jafu li mieghi Samantha kienet kuntenta hafna. Allura riedu jaghmlu minn kollox
biex igellduna. Dak hu li tista' ggib maghha l-ghira, Sinjura Caruana: mibeghda u firda. U issa Samantha nfirdet minn maghna.
Bdiet hajja gdida fejn isaltnu l-imhabba, l-ghaqda u l-paci ta' veru! Il-hajja ta’ dejjem li ma tintemm qatt!!!
(Franco u Josette jghannqu lil xulxin; Rita u Albert johorgu `l barra, segwiti
mill-Ispettur. Sandra tohrog min-naha tax-xellug tal-palk, timsah id-dmugh. Franco u Josette iharsu `l fuq)
FRANCO u JOSETTE: Hudha, o Mulej,
u haddanha mieghek ghal dejjem!!
(It-tnejn li huma jibqghu jharsu `l fuq. Jinzel is-siparju. Black-out fis-sala.
Tinstema’ muzika celestjali. Jerga’ jitla’ s-siparju. Black-out fuq il-palk. Spotlight qawwija tixghel fuq
Samantha li tidher liebsa libsa bajda twila. Spotlight ohra, inqas qawwija, tixghel fuq Franco u Josette, donnhom mitlufin
f'estasi, li qed iharsu lejn Samantha. Imma dawn qeghdin in-naha l-ohra tal-palk)
SAMANTHA: (thares lejn ommha, Josette)
Nahfirlek, ma…nahfirlek!! Qieghda nitlob ghalikom ilkoll minn hawn fuq! Inhobbkom hafna!!!
FRANCO u JOSETTE: (bi tbissima fuq xufftejhom) Anke ahna, Samantha, nibqghu nhobbuk ghal dejjem!!!
(Iz-zewg spotlights jintfew simultanjament.)
(Black-out.
Jinzel is-siparju.)