IS-SIT LETTERARJU TA' PHILIP ELLUL

XI KITBIET OHRA

L-AWTUR
POEZIJI - I
POEZIJI - II
POEZIJI - III
POEZIJI - IV
POEZIJI FUQ STIL 'HAJKU'
DRAMM TAL-PASSJONI - ATT I
DRAMM TAL-PASSJONI - ATT II
DRAMM TAL-PASSJONI - ATT III
DRAMM TAL-PASSJONI - ATT IV
PROZA
DRAMA KOMIKA
DRAMA SERJA
XI KITBIET OHRA
KTIEB TAL-VIZITATURI

Din il-pagna tinkludi kitbiet letterarji ta' natura u interess varjat, miktuba minn Philip Ellul. Minn zmien ghal zmien, se jkunu qeghdin jidhru wkoll kitbiet godda.

 

MIKIEL ANTON VASSALLI - MIJA U HAMSA U SEBGHIN SENA MEJJET (1829 - 2004) - HAJTU FIL-QOSOR 

          Mikiel Anton Vassalli twieled gewwa Haz-Zebbug fil-5 ta’ Marzu 1764, bin Grabiel u Katrin Vassallo. Kif jidher mill-fidi tal-maghmudija u mill-arblu tar-razza, kunjomu hu Vassallo u mhux Vassalli, kif baqa’ jitnizzel minnu stess. Vassalli tilef lil missieru meta kellu xi sitt snin. Ommu regghet izzewget fis-sena 1770, lil certu Gejtan Mifsud.

          Mikiel Anton, fis-sena 1785, ma baqax jghix ma’ niesu go Haz-Zebbug. Beda jitghallem l-Gharbi taht Dun Guzepp Calleja gewwa l-Belt Valletta. F’dan il-perjodu ta’ zmien hu kien rebah il-premju ta’ l-Gharbi, u fl-Lulju ta’ din l-istess sena, Vassalli kellu jitla’ Ruma biex jissokta l-istudji tieghu. Hawnhekk hu kiseb il-formazzjoni superjuri tieghu permezz ta’ rabtiet u hbiberiji li ghamel ma’ ghorrief, u permezz ta’ l-istudji specjali li ghamel wahdu ta’ l-ilsna orjentali.

          Fl-1790, Vassalli hareg l-Alfabet Malti Mfysser byl Malti u byt-Talyan, Alfabeto Maltese spiegato in lingua maltese e italiana. Dan il-ktieb kien gie mitbugh ghand Antonio Fulgoni gewwa Ruma. Imbaghad, sena wara, fl-1791, Vassalli stampa gewwa Ruma wkoll il-ktieb Myslen Phoenico-Punicum sive Grammatica Melitensis. Jista’ jinghad li mill-kotba kollha li stampa Vassalli, l-aqwa wiehed hu meqjus il-Ktyb yl klym Malti mfisser byl-latin u byt-Taljan sive dictionum Melitensium (Ruma – 1796). Dan il-ktieb hu maghruf ahjar bhala l-Lexicon.

          Skond l-istorici Panzavecchia u Vassallo, Mikiel Anton Vassalli kiseb popolarita’ kbira kemm fost il-Maltin kif ukoll fost il-Francizi Repubblikani, sewwa sew minhabba gherfu u l-pubblikazzjoni tal-vokabularju. Dan kien li tellghu fuq pedistall u heggeg ghadd kbir ta’ Maltin biex jaghzluh bhala mexxej ewlieni u responsabbli ghall-gejjieni tal-gzejjer Maltin. Fl-1797 kienet qed tigi ppjanata konfoffa kontra l-Gvern ta’ l-Ordni ta’ San Gwann. Fil-11 ta’ Mejju ta’ l-istess sena din il-konfoffa nkixfet, u Vassalli, meqjus bhala l-mexxej taghha, gie arrestat, u tressaq quddiem it-tribunal mahtur apposta ghal dan il-ghan. Vassalli nstab hati u ntbaghat ghomru l-habs. Hu gie maghluq gewwa Forti Rikasoli. Izda xi ftit xhur wara hu harab ma’ xi hbieb tieghu u flimkien telqu lejn l-Italja.

          Meta Napuljun Bonaparte wasal f’Malta, f’Gunju ta’ l-1798, hu fahhar hafna lil Vassalli bhala l-eghref fost il-Maltin. Fis-16 ta’ Settembru 1800, Vassalli safa’ kkundannat ghall-ezilju ghal ghomru, u sena wara, hu telaq minn Malta fuq il-brigantin San Nicola lejn Tunes, u mbaghad baqa’ sejjer lejn Franza. F’dan il-pajjiz, Vassalli zzewweg lil Katerina Formosa de Fremaux, fis-sena 1813, u minnha kellu tliet itfal: Grabiel, Saver u Mikiel Anton. Fid-19 ta’ Gunju 1820, Vassalli rega’ lura Malta fuq il-brigantin Saint Francis, wara vjagg ta’ hamest ijiem minn Marsilja. Fl-1825 huwa nhatar Professur tal-Malti fl-Universita’ b’talba ta’ John Hookham Frere. Tliet snin wara, Vassalli hareg il-Motti, aforismi e proverbii maltesi. Dan il-volum jikkonsisti fi 863 qawl u espressjoni idjomatika u fih kelmtejn ta’ radd il-hajr li Vassalli kiteb ghal Hookham Frere.

          Mikiel Anton Vassalli, fil-hamsa ta’ filghodu tat-12 ta’ Jannar 1829, ghalaq ghajnejh ghal dejjem f’ghomor ta’ 65 sena. Hu kien ghad kellu f’idejh il-provi ta’ l-istampa tal-Vangeli jew ta’ l-Atti li kellhom jintbaghtu Londra. Il-gisem ta’ Vassalli gie michud minn difna Kattolika. Hadd ma jaf sewwa sew fejn indifen ezatt Vassalli, izda jinghad li l-gisem tieghu jinsab midfun fic-cimiterju ta’ l-Inglizi, taht Tal-Forka, fil-Furjana.

          Illum il-gurnata, Mikiel Anton Vassalli jitqies minn kulhadd bhala Missier il-Lingwa Maltija u meqjus mhala hassieb u riformatur, daqskemm bhala ribell u studjuz li lemah fil-boghod u sa minn kmieni l-qawmien ghaqli tan-nazzjonalita’ Maltija, imsejsa fuq l-gharfien shih ta’ l-ilsien qadim ta’ dawn il-gzejjer. Matul iz-zmien, l-interess fil-persunalita’ kumplessa ta’ Vassalli kiber f’livelli differenti. Il-figura tieghu saret l-oggett ta’ attenzjoni mhux biss akkademika izda wkoll letterarja u politika. Vassalli nnifsu tbiddel f’persunagg letterarju kemm f’rumanzi, f’novelli, f’poeziji u anke fi drammi. Ghadd ta’ storici ssoktaw ifittxu t-taghrif dwaru bhala bniedem, ohrajn stharrgu l-aspetti tal-hidma politika u kulturali tieghu u ohrajn xehtu dawl fuq il-qofol ta’ hsiebu fejn tixref il-vizjoni ta’ nazzjon modern u hieles.

          Jalla dan il-persunagg hekk kbir Malti jibqa’ jingarr fil-qlub taghna l-Maltin tul iz-zminijiet, ghaliex Vassalli hu bniedem li ahna ghandna tassew ghaliex inkunu kburin bih u b’li ghamel, ghall-gid ta’ l-ilsien Malti u ghal pajjizna.

____________________



ANTONIN DVORAK (1904 - 2004) - PROFIL MUZIKALI F'GHELUQ L-EWWEL CENTINARJU MILL-MEWT TIEGHU

          Antonin Dvorak twieled go Nelahozeves fic-Cekoslovakkja (illum ir-Repubblika Ceka), fit-8 ta’ Settembru 1841. Hu studja l-muzika ma’ Antonin Liehmann u wara kompla jaghmel dan fl-Iskola ta’ l-Orgni ta’ Praga bejn l-1857 u l-1859. Meta rnexxielu jitghallem tajjeb il-viola, Dvorak inghaqad ma’ banda Ceka, li aktar tard espandiet ruhha u saret orkestra, taht it-tmexxija ta’ kompozitur kbir iehor Cek, Bedrich Smetana.

          Sas-sena 1873, Dvorak okkupa ruhu jaghti lezzjonijiet privati tal-muzika u jikkomponi xi xoghlijiet. Hu rnexxielu jirbah l-Austrian State Stipendium tlett darbiet (fl-1874, fl-1876 u fl-1877). Dan is-success gibed l-attenzjoni tal-kompozitur Johannes Brahms, u fl-1878 dan talab lill-pubblikatur tal-muzika Simrock biex jippubblika xi kompozizzjonijiet ta’ Dvorak.

          Brahms impressjona ruhu hafna bil-muzika ta’ Dvorak u ddeskrivieh bhala kompozitur b’talenti straordinarji. Dan kollu kien ta’ stimolu kbir ghal Dvorak, ghax minn hemm ‘il quddiem ma harisx lura, u x-xoghlijiet li beda jikteb kienu kollha jiksbu successi kbar, specjalment kapolavuri bhad-Danzi Slavonici, is-Sitt Sinfonija, u l-iStabat Mater.

          Meta Antonin Dvorak mar l-Ingilterra, hu kkompona l-kantata The Spectre’s Bride fl-1884 ghal Birmingham, is-Seba’ Sinfonija, u l-oratorio intitolat St. Ludmilla, fl-1885 u fl-1886 ghal Leeds. Sussegwentement, kiteb il-famuza Messa da Requiem tieghu fl-1890, mill-gdid ghal Birmingham. Dvorak ircieva Dottorat onorarju minn Cambridge, u dan jixhed li hu kien bniedem stmat u rispettat hafna fl-Ingilterra.

          Fl-1890, Dvorak zar ir-Russja, u wara kompla jikkommissjona xoghlijiet godda fi Praga u f’Londra. Fis-sena ta’ wara, jigifieri fl-1891, Dvorak inghata l-inkarigu li jaghti lezzjonijiet tal-muzika fil-Konservatorju ta’ Praga (fejn il-kompozitur Josef Suk kien wiehed mill-aktar allievi promettenti tieghu). Qabel beda l-vjagg lejn l-Istati Uniti, Dvorak zar il-Bohemia, u hemmhekk semma’ xi xoghlijiet tieghu, fosthom id-Dumky Trio.

          Fl-1892, Dvorak gie mistieden fl-Istati Uniti ta’ l-Amerika biex jghallem lil xi kompozituri zghazagh fil-Konservatorju Nazzjonali ta’ New York. F’dak iz-zmien partikulari hu kien, probabbilment, l-uniku kompozitur Ewropew, b’esperjenza kbira fil-muzika Slava, li seta’ juri lill-Amerikani, kemm teoretikament kif ukoll fil-prattika, il-mod ta’ kif kellhom jikkomponu biex jirnexxielhom jaghgnu fil-muzika taghhom it-timbru tal-karattru nazzjonali ta’ pajjizhom.

          Waqt li kien qieghed jipprova jaghmel dan kollu fl-Amerika, Antonin Dvorak ikkompona l-aqwa u l-aktar xoghol popolari tieghu: id-Disa’ Sinfonija (in E Minor, Opus 95), maghrufa bit-titlu From the New World. Din is-Sinfonija, imqassma f’erba’ movimenti (1. Adagio, Allegro molto; 2. Largo; 3. Molto vivace; 4. Finale: Allegro con fuoco), hi kapolavur li fih tizboq tip ta’ orkestrazzjoni mizghuda b’certu monumentalita` u finezza, li ma tidhirx b’mod daqshekk kolossali fix-xoghlijiet l-ohra ta’ Dvorak . F’dan ix-xoghol, tohrog b’mod car il-genjalita’ tal-kompozitur, fil-mod ta’ kif jirnexxielu jzewweg il-muzika folkloristika Ceka ma’ muzika mnaqqxa b’karatteristici Amerikani.

          Minbarra d-Disa’ Sinfonija, fl-Amerika Dvorak kiteb ukoll xi xoghlijiet ohrajn, fosthom xi String Quartets u Suites. Dvorak tant kiseb popolarita’ fl-Istati Uniti, li rnexxielu jsir l-aktar kompozitur Ewropew famuz u mfittex fil-kontinent Amerikan. Hu kien dak il-bniedem li skopra valuri li l-Amerikani qatt ma kienu skoprew qabel, u wasal biex jittrasforma dawn l-istess valuri f’espressjonijiet muzikali godda.

          Apparti dan kollu, Dvorak kien ukoll kompozitur maghruf ta’ l-Opra: ix-xoghlijiet operistici tieghu jinkludu l-opri Selma Sedlak (bl-Ingliz, The Cunning Little Vixen ), Dimitrij, Jakobin, Armida, u Cert a Caka (bl-Ingliz, The Devil and Kate ). L-ifjen u l-aktar opra popolari ta’ Dvorak, Rusalka, kisbet post permanenti fir-repertorju tat-teatri ewlenin ta’ l-Opra.

          Xi xoghlijiet orkestrali ohra ta’ dan il-kompozitur huma: Hussite Overture (Op. 67), The Legends, l-iSlavonic Rhapsodies, String Sextet in A (Op.48), Humoresques (Op. 101), Festival March (Op. 54), l-iScherzo Capriccioso, u tant kompozizzjonijiet ohrajn.

          Muzikalment, Dvorak la kien radikalist u lanqas konservattiv hlief, eccezzjonalment, f’xi xoghlijiet partikulari, per ezempju, fir-Requiem u l-iStabat Mater. Hafna mill-kompozizzjonijiet tieghu huma influwenzati mill-muzika folkloristika Ceka u, xi minn daqqiet, anke xi influwenzi tendenzjalment Amerikani (teknikament imsejha pentatonic themes) jippervadu fil-muzika tieghu. Dvorak kien jammira hafna lil kompozituri Ewropej ta’ zmienu, fosthom Mozart, Haydn, Brahms, Schubert, Beethoven, u Wagner. Dan ta’ l-ahhar kien impressjona lil Dvorak ghall-mod ta’ kif kien johloq l-armonija u juza l-leitmotifs (temi muzikali rikorrenti) fix-xoghlijiet tieghu.

          L-akbar impatt li halla warajh Antonin Dvorak kien fil-muzika orkestrali, specjalment permezz tal-Concertos u Quartets li kkompona ghal diversi strumenti muzikali, l-aktar dawk tal-korda, deskritti minn kritici ewlenin tal-muzika bhala xoghlijiet ta’ rikkezza u elokwenza liema bhala. Dawn il-kompozizzjonijiet jirrikjedu, fuq kollox, muzicisti li jaghrfu jinterpretawhom b’certu virtwozita’ u effervexxenza. Ix-xewqa ewlenija li kellu Dvorak matul hajtu kienet dik li juri lid-dinja kollha li n-nazzjon Cek seta’ jipproduci artisti kbar, bhalma, indubbjament, kien hu stess.

          Antonin Dvorak miet fl-1 ta’ Mejju ta’ l-1904, fi Praga. Illum il-gurnata, ezattament mitt sena mill-mewt tieghu, hadd ma jichad li dan kien kompozitur genjali, u wiehed mill-aqwa ta’ kull zmien. Hu jibqa’ maghruf l-aktar ghall-mod ta’ kif hallat flimkien stili muzikali differenti, u holoq bilanc sod bejniethom. Il-muzika li hallielna warajh ghada hajja, u zgur li tibqa’ titgawda f’kull teatru li tindaqq fih.

(DIN IL-KITBA DEHRET FIL-HARGA ANNWALI "LEHEN IL-KAZIN 12TH MAY", MAHRUGA FL-OKKAZJONI TAL-FESTA TITULARI TA' SAN FILEP, F'HAZ-ZEBBUG, SENA 2004)

 

__________________



L-IZVILUPP MUZIKALI TAL-QUDDIESA TAR-REQUIEM MIS-SEKLU SITTAX `IL QUDDIEM

          L-istorici tal-muzika sagra korali jaqblu bejniethom li mis-Seklu Sittax (1600) `il quddiem, il-Quddiesa tar-Requiem (bil-Latin, Missa da Requiem) bdiet tigi immuzikata minn numru kbir ta’ kompozituri, u l-aktar li zviluppat kien proprju f’dan is-Seklu.

          Hafna kompozituri ta’ dan il-perjodu, xtaqu jkabbru u jorqmu l-espressjoni muzikali taghhom, u ghaldaqstant hassew li dan setghu jiksbuh billi jimmuzikaw il-Quddiesa tar-Requiem. Hekk ghamlu kompozituri bhal Jean de Bournonville u Antonio Brunelli fl-1619. Uhud minn dawn il-Quddisiet gew ippublikati, filwaqt li ohrajn baqghu maghluqin f’manuskritti ta` kollezzjonijiet partikulari go xi monasteru.

          Il-Quddies tar-Requiem miktuba ghal okkazjonijiet partikulari zdiedu hafna wara l-1600. Il-kompozituri li ghexu f’dan is-seklu dahhlu fil-muzika ghall-Quddies tar-Requiem il-hsejjes u l-istili muzikali godda li kienu qeghdin jibdew jintuzaw f’tipi ta` muzika korali ohra, fil-muzika orkestrali, kif ukoll f’dik ta` l-opra. Il-bidla muzikali principali kienet li fil-muzika tal-Quddies bdiet tkun aktar frekwenti r-ripetizzjoni tat-testi tar-Requiem, b’mod partikulari, l-espansjoni tal-muzika ghas-Sekwenza, maghrufa ahjar bhala d-Dies Irae. Ir-Requiem ta’ Giuseppe Bonno tinkludi muzika ghat-trumbuni, b’mod li tohloq ftuh dinamiku straordinarju ghas-Sekwenza.

          Xi Quddies tar-Requiem maghrufa li nkitbu bejn is-Sekli Sbatax u Tmintax huma: ir-Requiem ta’ Carlo Campioni, miktuba ghall-Imperatrici Maria Tereza; il-Quddies tar-Requiem ta’ Paisiello, ta’ Johann Christian Bach, ta’ Domenico Cimarosa, ta’ Michael Haydn, ta’ Leopold Mozart, u ta’ Pergolesi, fost hafna ohrajn.

          Ir-Requiem tant popolari ta’ Wolfgang Amadeus Mozart (KV626, miktuba fl-1791), baqghet ma ntemmitx sa wara mewtu, u mbaghad irnexxielu jkompliha Sussmayr wara Mozart. Il-Missa da Requiem ta’ Mozart titqies bhala wiehed mill-iktar xoghlijiet importanti ta’ dan il-genju muzikali, kif ukoll wahda minn dawk il-Quddies tar-Requiem, miktuba fis-Seklu Tmintax, li l-aktar ghadhom jigu ezegwiti frekwentement, sal-gurnata ta’ llum. L-espressivita` u l-intensita` li fih dan ix-xoghol jintrabat maz-zmien partikulari li kien qed jghix fih il-kompozitur, jigifieri l-ahhar granet ta’ hajtu.

          Il-kompozitur famuz Taljan Luigi Cherubini kkompona zewg Quddisiet tar-Requiem: wahda minnhom fl-1817, li ndaqqet ghall-ewwel darba biex tikkommemora l-qtil ta’ r-Re Luigi XVI ta’ Franza. Hafna kompozituri maghrufa kkummentaw b’mod impressjonanti fuq ix-xoghol ta’ Cherubini: Beethoven, per ezempju, qal li din il-kompozizzjoni kienet isbah u aqwa minn dik ta’ Mozart, filwaqt li Berlioz qal li dan ix-xoghol kien bla dubju l-kapolavur assolut (l-opus maior) ta’ Cherubini. F’din ir-Requiem partikulari ma jiehdux sehem solisti, u s-Sekwenza tad-Dies Irae tindaqq f’moviment wiehed kontinwu. Is-Sekwenza ta’ dan ix-xoghol tibda bid-daqq tal-gong tac-Cina; dan l-element tal-perkussjoni jilhaq il-kulminu tieghu fir-Requiem ta’ Hector Berlioz.

          Il-Quddies tar-Requiem ta’ Giuseppe Verdi u Hector Berlioz huma t-tnejn miktuba fuq skala kbira hafna, dominati minn passaggi vokali, korali u orkestrali tipikament operistici li jirrikjedu rizorsi strumentali daqs, jew iktar, minn rapprezentazzjoni operistika. Dan iz-zewg Quddisiet huma meqjusa fost l-aktar xoghlijiet popolari fir-repertorju kollu tal-Quddies tar-Requiem. Is-Sekwenza tad-Dies Irae fir-Requiem ta’ Verdi hi xoghol ta’ intensita` kbira hafna u tinvolvi diffikultajiet kemm ghas-solisti, kemm ghall-kor, kif ukoll ghall-orkestra.

          Min-naha l-ohra, il-Quddies tar-Requiem ta’ Franz Liszt, Camille Saint-Saens, Anton Bruckner u Antonin Dvorak, huma aktar konservattivi minn dawk ta’ Verdi u Berlioz, ghaliex jemfasizzaw aktar l-espressjoni tradizzjonali li kienet tiddomina l-era muzikali ta’ zmien Cherubini.

          Gabriel Faure` ikkontribwixxa wahda minn fost l-aktar Quddies tar-Requiem, miktuba fis-Seklu Dsatax, li jindaqqu madwar id-dinja. Faure` ikkompona dan ix-xoghol fis-sena 1887. Din ir-Requiem hija popolari hafna minkejja li tesprimi certu semplicita` kemm vokali, korali, kif ukoll orkestrali. Ir-Requiem ta’ Faure` kisbet post permanenti fir-repertorju tal-muzika sagra korali.

          Kompozituri ohra li hallewlna warajhom il-muzika ghall-Quddiesa tar-Requiem fis-Seklu Dsatax huma Charles Gounod (il-kompozizzjoni tieghu hija intitolata Mors et Vita), Giacomo Meyerbeer, u Karl Reinecke. Minbarra dawn, mijiet ta’ Quddies ohra, ta’ kull forma u kobor muzikali, inkitbu tul is-Seklu Dsatax. Hafna minn dawn, izda, intuzaw ghal ftit taz-zmien u mbaghad ma baqghux jindaqqu iktar, hlief ghal xi whud li rnexxielhom jibqghu prezenti fir-repertorju.

          Fis-Seklu Ghoxrin, halliet impatt kbir ir-Requiem ta’ Maurice Durufle`, miktuba fl-1947. Dan ix-xoghol kiseb success mondjali u hafna kritici jikkomparawh mal-livell tar-Requiem ta’ Faure`. Dawn iz-zewg xoghlijiet (ta’ Durufle` u Faure`), jitqabblu flimkien minhabba l-liricizmu li fihom, kif ukoll minhabba l-istil muzikali taghhom, li jixxiebah minn hafna lati.

          Ir-Requiem tal-kompozitur Ingliz Benjamin Britten ukoll titqies bhala xoghol ta’ livell gholi hafna. Britten isemmi dan ix-xoghol tieghu War Requiem, ghaliex hu jhallat il-kliem proprju tar-Requiem ma’ xi siltiet mill-poeziji ta’ Wilfred Owen, poeta kbir Ingliz ta’ zmien l-Ewwel Gwerra Dinjija.

          Dan l-istudju juri li l-Quddiesa tar-Requiem (Missa de Requiem) minn dejjem affaxxinat lill-kompozituri u ispirathom biex jikkomponu passaggi vokali, korali u orkestali mill-isbah, mimlija passjoni, intensita` u, fuq kollox, spiritwalita` tassew profonda.

(DIN IL-KITBA DEHRET FIL-KTEJJEB TAL-MEJDA TA' L-APPOSTLI,  MAHRUG MILL-KAZIN 12TH MAY F'HAZ-ZEBBUG, SENA 2004)

 

___________________



L-IMPORTANZA TA' L-ISTUDJU TAL-LINGWI FIZ-ZMINIJIET TAL-LUM

          Il-lingwa hija l-iktar sistema ta` komunikazzjoni li tigi uzata fid-dinja. Permezz tal-lingwa, in-nies jitkellmu bejniethom u jiktbu l-ideat u l-opinjonijiet taghhom. Illum il-gurnata, il-lingwi huma l-iktar haga essenzjali fis-socjeta'. Min jitghallem u jipprattika lingwi barranin, dan jiswielu ta` mitqlu deheb, ghaliex ikun qieghed izid aktar opportunitajiet li jikkomunika ma' nies barranin u ta’ kulturi differenti.

          Meta wiehed jibda jitghallem lingwa, ghall-ewwel ihossha ftit difficli biex jidraha, pero', meta jidhol ghat-taghlim tal-lingwa bis-serjeta' u japprofondixxi l-istudji tieghu, ihossu iktar kunfidenti mal-lingwa. U jekk wiehed ikun tassew ihobb lingwa partikulari, dan ghandu wkoll jiffamiljarizza ruhu mal-kultura, id-djaletti u elementi ohra li huma assocjati ma' dik il-lingwa partikulari.

          Illum nistghu nghidu li, permezz tal-fenomenu imsejjah ‘globalizzazzjoni’, id-dinja saret qisha villagg wiehed. Ghalhekk, huwa iktar facli li tikkomunika ma’ nies ta’ pajjizi ohra, per ezempju, permezz ta` l-Internet. U ghal dan il-ghan, huwa ta’ necessita’, li wiehed ikun jaf jipprattika lingwi barranin, bhall-Ingliz, it-Taljan, il-Franciz, u ohrajn, biex b'hekk ikun jista` jiffacilita l-mod ta’ kif jikkomunika ma’ haddiehor.

          Ghalina l-Maltin, it-tkattir u t-taghlim tal-lingwi huwa ta’ vantagg kbir, ghax f`pajjiz kummercjali u turistiku bhal Malta, hu importanti li kulhadd (b'mod specjali dawk li jahdmu fis-settur tat-turizmu), ikun jaf kif ghandu jikkomunika b'mod tajjeb mat-turisti li jzuru lil pajjizna. Hekk ukoll, meta xi hadd isiefer barra minn pajjizu, u jkun jaf jitkellem tajjeb ta’ l-inqas bl-Ingliz, isibha facli hafna biex jiddjaloga man-nies li jhabbat wiccu maghhom f`dak il-pajjiz.

          Fit-taghlim tal-lingwi, wiehed jista` jsib ta' utilita’ kbira, kotba, gazzetti u mezzi ta’ komunikazzjoni varji, biex ikun jista’ jipprattika l-lingwa. Sfortunatament, fil-kaz tal-qari, insibu nuqqas ta' kotba ta' lingwi barranin fil-libreriji pubblici taghna, u dan ma jawgurax tajjeb ghall-futur, ghaliex b’hekk ikompli jizdied in-nuqqas ta’ prattika u l-illitterizmu f`lingwi barranin.

          Ghaldaqstant, nistghu nghidu li l-lingwi huma c-cwievet tal-futur, li jghinuna nifthu bibien godda biex nilhqu l-ghanijiet bazici u komunikattivi taghna. Issa li dhalna fit-tielet millenju, ghandna nharsu lejn il-futur tal-lingwi tad-dinja b'mod li dawn ikomplu jitkattru u jibqghu jzommu ruhhom bhala s-sisien ta` komunikazzjoni bejn il-bnedmin ta' kull gens u ta' kull ilsien.


___________________



XOGHLIJIET U SNAJJA MALTIN LI NQERDU MAZ-ZMIEN: TA' L-INBID U L-BUTTARA

          Minn zmien antik, il-Maltin u l-Ghawdxin kienu jaghmlu l-inbejjed mill-gheneb abjad u ahmar li jikber fil-gzejjer taghna. Madankollu, kellu jkun l-inbid impurtat li kompla jkabbar il- qalb ghal aktar xoghol u l- produzzjoni ta' l-istess inbejjed lokali.

          Dawn l-inbejjed kienu jitwasslu fi btieti ta' daqsijiet differenti, izda l-aktar popolari ghall-inbejjed kienu dawk gholjin erba' piedi. Meta bettija kienet tizvojta mill-inbid, l-ghassara Maltin kienu jaghmlu uzu mill-btieti vojta li kienu jibqghu f`pajjizna. Il-btieti kienu jsiru permezz ta' l-injam tal-qastan. Dan l-injam, meta jinhadem fi btieti, jixrob hafna mill-ispirtu li jkollu fih, u l-ispirtu tar-rum kien l-aktar li jinxtorob mill-injam. Ghalhekk il-btieti kienu jgibu prezzijiet gholjin.

          Barra minn hekk, l-inbid f`dawn il-btieti seta' jintrefa ghal xi snin. Il-btieti ta' l-inbejjed kienu sinonimi ma' xoghol difficli. Per ezempju, kull bettija kien ikollha tinhasel meta tizvojta mill-inbid li jkollha fiha. Dan minhabba li jekk ma jsirx dan it-tindif, l-inbid li jerga’ jitqieghed fiha jiqras.

          Il-hasil tal-btieti kien itul ghal gimgha bl-ilma bahar. Gieli ukoll, meta t-tartru ma jmurx mill-ewwel, kienet tintefa’ katina twila fil-bettija u l-haddiema kienu joqoghdu jdawru l-bettija minn naha ghal ohra biex dejjem tkompli taqla’ l-materjal dannuz.

          Minbarra l-btieti, f’Malta kien hawn ukoll kejliet ohra ghamla ta’ btieti. Dawn kienu jissejhu l-barmil u z-zewg bramel. L-iktar li kienu jintuzaw dawn il-btieti z-zghar kienu ghall-hwienet li jbighu l-inbejjed: it- titotli. Kien hawn hwienet ohrajn li kienu jiehdu btieti kbar. Il-btieti, kemm kbar kif ukoll zghar, kien ikollhom zewg toqbiet wahda fil-wicc u l-ohra fil-genb. Toqba minnhom kienet tkun biex timtela bl-inbid, waqt li l-ohra, li tkun izghar, isservi biex jitqieghed vit minn sid il-hanut u jservi l-inbid minnu.

          Sakemm il-bettija titwassal ghand min ikun ordnaha, it-toqob kienu jkunu maghmulin b’sufra mdawwra bi xkora mxarrba biex taghlaq l-arja u ma thallihiex tidhol fil-bettija.

          Il-btieti z-zghar kienu jsiru mill-injam ta’ btieti kbar li kienu jinkisru b’mod li ma jittrangawx. Wahda mill-lasti tal-bettija (li jkollha truf irqaq u n-nofs biz-zaqq u aktar wiesgha) kienet maghrufa bhala d-dugha. Meta tinkiser wahda, kienet trid tissewwa mill-buttara. Meta kienu jghaqqdu l-btieti l-buttara kienu jqieghdu fil-gnien speci ta’ weraq tal-qasab, maghruf bhala buda.

          Zmien ilu, fit-toroq Maltin kienet drawwa li tara bejjiegh tal-inbid. Kien jarma bettija fuq karrettun, u n-nisa tad-dar kienu jixtru l-inbid f’buqari apposta. Illum l-inbid baqa' jigi servut ma xi ikla tajba, li kompliet izzomm mat-tradizzjoni.

 

____________________



TAGHRIF DWAR IL-KAPPELLI F'HAZ-ZEBBUG

  1. F’Haz-Zebbug, fis-sena 1593, meta l-pesta harbtet lil Malta, il-kjeriku Tumas Vassallo u martu Katarin bnew kappella zghira fi Triq il-Kbira u ddedikawha lil Santu Rokku. Il-kwadru titulari taghha hu mahsub li tpitter minn Filippo Dingli. F’din il-kappella hemm bosta fdalijiet tal-fuhhar li kienu nstabu fl-inhawi ta’ Haz-Zebbug. Illum il-gurnata, din il-kappella qieghda taqdi l-funzjoni ta’ muzew storiku.
  2. Il-kappella tal-Vizitazzjoni li tinstab f’Wied Qirda nbniet fl-1673 minn Bartilmew Magri. Dan lesta qabar ghalih innifsu f’nofs din il-kappella. Fiha jinstab kwadru sabih ta’ Swor Marija de Domenicis u xi kwadri ohra, li jinsabu fi stat hazin hafna.
  3. Il-kappella tal-Kuncizzjoni hi monument ta’ devozzjoni qadima hafna. Din inbniet fl-1676 u sena wara giet mghammra b’kull ma kien jehtieg. L-istil taghha hu doriku u s-saqaf juri bicca xoghol sabiha ta’ maestrija kbira. Illum din il-kappella tinsab mitluqa u qieghda sservi bhala mahzen.
  4. Fl-1680, Xmun Attard bena l-kappella tal-Madonna tal-Grazzja. Din ghandha faccata tassew helwa. Hi ghamlet zmien bhala centru ta’ devozzjoni anke ghal nies minn barra Haz-Zebbug.
  5. Il-kappella ta’ Santa Marija ta’ Mamo giet imgedda bi flus Salvu Balzan u ddisinjaha Lorenzo Gafa’. Din hi mibnija f’ghamla ellittika. Qabilha kien hemm kappella zghira ohra mibnija fl-1514 minn Xmun Mamo.
  6. Il-kappella tal-Lunzjata tlestiet fis-sena 1696 fi zmien il-parroku Dun Gio Maria Barbara. Din saret bi flus Dun Gulju Zammit. Il-kwadru titulari taghha hu tassew mill-isbah. Fiha nsibu wkoll il-pitturi ta’ San Silvestru u San Gregorju Papa.
  7. Fl-1725, it-tabib maghruf Baldassare Debono bena l-kappella tad-Duluri, li tinsab fi Triq il-kbira. Din kienet tgawdi hafna indulgenzi ghax kienet giet affiljata mal-Knisja tal-Lateran gewwa Ruma. Dan twettaq wara talba li saret lill-Papa Benedittu XIII. Il-fundatur ta’ din il-kappella jinsab midfun fiha stess.
  8. Fl-1736, l-Isqof Alpheran de Bussan ta l-approvazzjoni tieghu biex tinbena kappella ddedikata lill-Madonna tad-Dawl. Ix-xoghol taghha tlesta fl-1738. Hi ghandha faccata sabiha hafna. Bi grazzja specjali, din il-kappella helset il-qerda ta’ l-ahhar gwerra meta f’dawn l-inhawi waqghet bomba u din ma splodietx. Fortunatament, il-kappella baqghet wieqfa, izda sofriet minn hafna hsarat.
  9. Dun Baskal Azzopardi, fl-1757, bena l-kappella tal-Madonna ta’ l-Abbandunati li tinsab f’Hal-Dwin. Il-kwadru titulari taghha hu imitazzjoni ta’ dak li hemm gewwa Valenzja fi Spanja. F’din il-kappella jinstab ukoll l-ghadam tal-qaddis San Innocenzju.
  10. Il-kappella ta’ Santa Marija ta’ Hal-Muxi inbniet fl-1775. Qabilha kien hemm kappella ohra, izda din twaqqghet biex setghet tinbena ohra gdida. Il-kwadru titulari taghha hu wiehed tassew sabih u eleganti.
  11. Fl-1787, inbniet il-kappella tal-Madonna ta l-Angli minn Dun Marin Buttigieg. Iddisinjaha l-perit Gan Indri` Psaila. Il-kwadri kollha li fiha huma tal-pittur maghruf Rokku Buhagiar. Il-faccata ta’ din il-kappella titqies bhala wahda mill-isbah tal-bixra taghha fl-Ewropa.

____________________


FELIX MENDELSSOHN BARTHOLDY (1809 - 1847)

Felix Mendelssohn Bartholdy twieled gewwa Hamburg fil-Germanja fl-1809. Huwa kien it-tieni wild ta’ familja konservattiva Lhudija li kienet sinjura hafna. Din il-familja ttrasferiet ruhha minn Hamburg ghal Berlin ftit wara t-twelid ta’ Felix. Il-familja Mendelssohn kienet anzjuza hafna sabiex tasserixxi ruhha fis-socjeta’ Germaniza u kkonvertiet ghall-Protestantizmu, filwaqt li ziedet il-kunjom “Bartholdy” wara l-kunjom originali “Mendelssohn”. Jinghad li missier Felix, Abraham, kien jidentifika ruhu aktar bhala Germaniz milli bhala Lhudi. In-nannu tal-kompozitur Felix Mendelssohn kien il-famuz filosfu Moses Mendelssohn u, ghaldaqstant, Felix kiber f’dinja ta’ sofistikazzjoni intellettwali qawwija.

Wara li ghamel studju bikri tal-pjanu flimkien ma’ ommu, Felix Mendelssohn studja l-armonija ma’ Carl Friedrich Zelter, u ghamel id-debutt tieghu f’rapprezentazzjoni pubblika meta kien ghad kellu biss disa’ snin. Sa meta lahaq l-eta’ ta’ tnax –il sena, huwa kien diga’ kkompona numru ta’ sonatas, trio ghall-pjanu, kantata, u zewg operetti. Ta’ din l-eta’, Felix Mendelssohn ikkompona l-ewwel mit-tnax–il sinfonija ghall-korda li jiffurmaw parti mir-repertorju tieghu. Dawn huma kompozizzjonijiet ikkaratterizzati minn muzika friska u tabilhaqq inventiva.

Bejn l-1826 u l-1829, Felix Mendelssohn studja fl-Universita’ ta’ Berlin. F’Marzu ta’ l-1829, huwa dderiega rapprezentazzjoni tas-Saint Matthew Passion, xoghol korali maghruf ta’ Johann Sebastian Bach, ghall-ewwel darba wara l-mewt ta’ dan l-istess kompozitur. Dan kien avveniment importanti hafna fil-karriera ta’ Mendelssohn bhala direttur ta’ l-orkestra. Fil-fatt, Mendelssohn jitqies bhala l-ewwel direttur ta’ l-orkestra li ghamel uzu mill-hekk imsejjah ‘stil modern’, u wiehed mill-ewwel diretturi li beda juza l-bakketta. F’din l-istess sena, Felix Mendelssohn zar l-Ingilterra, fejn mexxa rapprezentazzjoni ta’ l-Emperor Concerto tal-kompozitur Ludwig van Beethoven u, sussegwentement, huwa sar mahbub hafna mill-Inglizi.

Fis-sentejn ta’ wara, jigifieri bejn l-1830 u l-1831, Felix Mendelssohn zar numru ta’ pajjizi Ewropej, fosthom l-Italja u l-Awstrija. Dan il-vjagg ispira lil Mendelssohn biex jikkompona l-muzika friska u originali ta’ l-Italian Symphony (opus 90), li hija meqjusa minn hafna bhala s-sinfonija perfetta li kkompona Mendelssohn, mimlija liricizmu qawwi u orkestrazzjoni mill-ifjen.

Gewwa Parigi fl-1831 Felix Mendelssohn gie f’kuntatt dirett ma’ kompozituri ohra kontemporanji, fosthom il-kompozitur Schumann. Jinghad li ghalkemm Mendelssohn kien jammira hafna lil Schumann, huwa kien iqis il-muzika tieghu kemmxejn stramba. Min-naha l-ohra, Schumann kien iqis lil Mendelssohn bhala l-aktar kompozitur perfett u teknikament abbli minn fost il-kompozituri kollha ta’ l-Era Romantika.

Fis-sena 1833, Mendelssohn inhatar direttur muzikali gewwa Dusseldorf, filwaqt li fl-1835 ha f’idejh il-Gewandhaus Orchestra ta’ Leipzig. F’din il-belt, Mendelssohn izzewweg lil Cecile Jeanrendaud. Apparti l-impenji li kellu mal-Gewandhaus Orchestra, Mendelssohn beda jmexxi l-kuncerti tal-Berlin Academy of Arts fl-1841, u gie mistieden f’postijiet differenti kemm bhala direttur ta’ l-orkestra, kemm bhala pjanista, kif ukoll sabiex jaghti l-ghajnuna tieghu halli jittellghu Festivals gewwa Cologne, Dusseldorf, u bliet ohra. Fl-1842, Mendelssohn waqqaf il-Konservatorju ta’ Leipzig, fejn Schumann u l-istess Mendelssohn bdew jghallmu l-pjanu u l-kompozizzjoni.

F’Mejju tas-sena 1847, Mendelssohn ircieva l-ahbar li ohtu l-kbira Fanny kienet sofriet minn attakk ta’ puplesija, u tant hadha bi kbira li ftit wara sofra minn attakk simili huwa wkoll. Wara li ghadda xi zmien ta’ mistrieh fl-Isvizzera, Mendelssohn hass li kien f’sahhtu bizzejjed sabiex ikompli b’hidmietu, izda wara biss ftit granet, rega’ sofra minn attakk iehor li hallieh paralizzat. Felix Mendelssohn miet fl-4 ta’ Novembru 1847 fl-eta’ zghira ta’ 38 sena.

Matul iz-zmien qasir li ghex fih, Felix Mendelssohn Bartholdy halla warajh numru ta’ xoghlijiet importanti ta’ kwalunkwe forma muzikali, bl-eccezzjoni ta’ xoghlijiet operistici. Huwa kkompona diversi oratorji, fosthom Paulus u Elijah, numru sostanzjali ta’ kuncerti ghall-istrumenti, inkluz tnejn ghall-pjanu, u l-maghruf Violin Concerto (opus 64). Huwa kkompona wkoll muzika da camera u incidentali, kif ukoll ghanjiet u sinfoniji.

Din hija lista ta’ whud mill-iktar xoghlijiet maghrufin tal-kompozitur Felix Mendelssohn Bartholdy:

-          Kwartett tal-Korda Nru. 1 in E Flat Major, opus 12 (1829).

-          Kuncert ghall-Pjanu Nru. 1 in G Minor, opus 25 (1831).

-          Sinfonija Nru. 5 in D Minor (Reformation), opus 107 (1832).

-          Sinfonija Nru. 4 in A Major (Italian), opus 90 (1833).

-          Paulus (Oratorju), opus 36 (1836).

-          Sonata ghall-Vjolin in F Major (1838).     

-          Sinfonija Nru. 2 in B Flat Major (Lobgesang), opus 52 (1840).

-         A Midsummer’s Night Dream (Muzika Incidentali), opus 61 (1842).          

-          Sinfonija Nru. 3 in A Minor (Scottish), opus 56 (1842).

-          Kuncert ghall-Vjolin in E Minor, opus 64 (1844).

-          Elijah (Oratorju), opus 70 (1846).

____________________


GEORGE FRIEDRICH HANDEL (1685 - 1759)

George Friedrich Handel twieled qrib il-belt ta’ Halle fil-Germanja fit-23 ta’ Frar 1685. Il-genituri tieghu xtaquh li jsir avukat izda, minkejja l-oppozizzjoni qawwija min-naha ta’ missieru, Handel beda jitghallem idoqq il-harpsichord wahdu u b’mod sigriet. Fl-1692, meta Handel kien ghad kellu biss seba’ snin, missieru hadu sabiex izur qarib tieghu gewwa Saxe-Weissenfels. Hawnhekk Handel beda jdoqq l-orgni tal-kappella ta’ dan ir-rahal, u darba wahda semghu Duka maghruf li nsista li Handel jinghata edukazzjoni muzikali tajba. Sussegwentement, Handel studja il-kontrappunt u numru ta’ strumenti, fosthom l-oboe u l-orgni, ma’ l-organista tal-Katidral ta’ Halle, Zachau. Barra minn hekk, f’dan il-perjodu bikri Handel ikkompona l-ewwel xoghlijiet muzikali tieghu.

Fl-1696, missieru hadu gewwa Berlin, fejn Handel wera l-genju muzikali tieghu, specjalment fejn kellhom x’jaqsmu l-orgni u l-harpsichord. Huwa issorprenda lil kulhadd, fosthom anke lil kompozituri ohra kontemporanji, bhal Ariosti u Bononcini. Fl-1697, wara li miet missieru, George Friedrich Handel kompla bl-istudji tieghu, u fl-1702 dahal fl-Universita’ ta’ Halle u fl-istess hin beda jokkupa wkoll il-post ta’ organista fil-Katidral ta’ Moritzburg. Madankollu, fl-1703 huwa telaq lejn Hamburg u hawnhekk sar habib tal-kompozitur Telemann. F’Hamburg, Handel ikkompona l-ewwel zewg opri tieghu: Almira e Nero (1705) u Florindo und Daphne (1708).

Fis-sena 1706, Handel mar l-Italja u kiteb l-ewwel opra Taljana tieghu, Rodrigo, li ttellghet ghall-ewwel darba gewwa Firenze. Izda s-success tieghu fl-Italja nxtered hafna izjed wara li kkompona l-opra Agrippina fl-1908, kif ukoll numru ta’ oratorji, fosthom La Resurrezione. Gewwa Napli, Handel iltaqa’ mal-kompozitur Domenico Scarlatti, li gie nfluwenzat hafna mill-muzika ta’ Handel, izda fl-1709 Handel kellu kontra qalbu jirritorna lura lejn il-Germanja. Sena wara huwa zar l-Ingilterra fejn ikkompona l-opra Rinaldo, liema xoghol intlaqa’ b’tant success li Handel gie sfurzat sabiex jibqa’ l-Ingilterra, izda huwa ma setax jaghmel dan.

Fl-1712, Handel rega’ mar l-Ingilterra u kkompona l-opri Il Pastor Fido u Teseo, kif ukoll Te Deum, li lkoll komplew ikattru l-popolarita’ tieghu. Fl-1718 Handel kiteb zewg oratorji kbar: Esther u Acis and Galatea. Huwa nhatar direttur tar-Royal Academy of Music, li giet stabbilita principalment ghall-produzzjonijiet ta’ l-opra Taljana. F’dan il-perjodu, George Friedrich Handel ikkompona l-aktar opri maghrufa tieghu, fosthom Radamisto (1720), Giulio Cesare (1723), Tamerlano (1724), u Rodelinda (1725).

George Friedrich Handel rcieva l-ittri ufficjali tan-naturalizzazzjoni tieghu fl-Ingilterra fis-sena 1726, u sena wara huwa kkompona zewg innijiet grandjuzi ghall-inkoronazzjoni tar-Re Gorg it-Tieni u tar-Regina Caroline. Wara li rega’ ghamel zjara ohra gewwa l-Italja u l-Germanja, fl-1729 Handel assocja ruhu mal-kompozitur Heidegger, li kien il-proprjetarju tal-King’s Theatre, u kkompona numru ta‘ xoghlijiet ohra, fosthom l-opra Partenope.

Aktar tard, fis-sena 1741, il-kompozitur George Friedrich Handel abbanduna ghall-kollox il-kompozizzjoni ta’ l-opri u ddecieda li jkompli jahdem biss fuq l-oratorji, li ghalihom baqa’ l-aktar maghruf. F’din l-istess sena, Handel zar l-Irlanda, u gewwa Dublin ikkompona l-aktar xoghol popolari tieghu, l-oratorju Messiah, li ttella’ ghall-ewwel darba fit-13 t’April 1742. Meta mar lura l-Ingilterra, huwa kkompona aktar oratorji, fosthom Samson, Semele (1743), Belshazzar, u Heracles (1744). Fl-1747 ikkompona l-oratorju Joshua, filwaqt li fl-1752 ikkompona l-Jephthah, l-ahhar oratorju tieghu.

Fl-1752, Handel beda jbati minn problemi f’ghajnejh u, wara li ghamel tliet operazzjonijiet tal-katarretti li lkoll kemm huma fallew, huwa tilef id-dawl ghall-kollox, sakemm f’Sibt il-Ghid ta’ l-1759, li kien jahbat l-14 t’April, George Friedrich Handel miet. Huwa ndifen fil-Katidral ta’ Westminster. Aktar tard, f’dan il-post twaqqaf monument sabiex jikkommemora d-difna ta’ Handel.

Il-kobor u l-qawwa muzikali tax-xoghlijiet ta’ George Friedrich Handel, u s-semplicita’ espressiva tal-melodiji li huwa kkompona, iseddqu l-genjalita’ tieghu. L-oratorju Messiah kiseb success enormi fi zmien qasir fl-Ingilterra u madwar id-dinja kollha, u ghadu popolari hafna sal-gurnata tal-lum, b’mod specjali l-kor tal-Hallelujah. Minbarra x-xoghlijiet li ssemmew aktar ‘il fuq, George Friedrich Handel ikkompona ghadd gmielu ta’ xoghlijiet muzikali ohrajn, bhalma huma l-Music for the Royal Fireworks, il-Water Music, il-Concerti Grossi, muzika sagra, u diversi kuncerti ghall-orgni, ghall-harspichord, u ghall-oboe. 

_______________


FRANZ JOSEPH HAYDN (1732 - 1809)

Franz Joseph Haydn twieled f’Rohrau gewwa l-Awstrija fil-31 ta’ Marzu 1732, minn Mathias Haydn u Maria Koller. Ta’ eta zghira huwa dahal fil-kor tal-Katidral ta’ San Stiefnu fi Vjenna bejn l-1740 u l-1750. Aktar tard Haydn beda jdoqq il-vjolin u strumenti ohra bl-ghajnuna tal-kompozitur Porpora, li ghenu u nkoraggieh hafna. F’dan il-perjodu bikri ta’ hajtu, Haydn ikkompona xi xoghlijiet ta’ muzika sagra kif ukoll muzika da camera. Fl-1766 inhatar maestro di cappella ta’ wahda mill-aktar familji maghrufa fl-Ungerija, il-familja Esterhazy. Il-princep Nikolaus Esterhazy talbu sabiex jidderiegi orkestra zghira, kif ukoll jikkomponi xi muzika ghal okkazjonijiet importanti.

Haydn kiteb diversi xoghlijiet ghal strumenti partikolari, kif ukoll numru sostanzjali ta’ sinfoniji, kantati u muzika sagra. Mill-1768 ‘il quddiem, Haydn beda jikkomponi l-opri, fosthom Lo Speziale (1768), L’Infedelta’ Delusa (1773), Il Mondo della Luna (1777), La Vera Costanza (1779), Orlando Paladino (1782), u Armida (1783), b’din ta’ l-ahhar tibqa’ wahda mill-aktar opri maghrufa tieghu.

Fl-1790 miet il-princep Nikolaus Esterhazy, u ftit wara Franz Joseph Haydn gie mistieden mill-impresario u vjolinista J.P. Salomon sabiex izur Londra u hemmhekk jikteb xi opri, sinfoniji u xoghlijiet ohra. Haydn mar Londra f’zewg okkazjonijiet: bejn l-1791 u l-1792 u bejn l-1794 u l-1795. F’Londra huwa kiteb l-ahhar tnax –il sinfonija tieghu, li kollha ntlaqghu b’success kbir. Huwa kkompona wkoll xoghlijiet korali, trios u sonati ghall-pjanu, filwaqt li ghamel xi arrangamenti ta’ ghanjiet folkloristici ghal pubblikaturi tal-muzika kemm fl-Ingilterra kif ukoll fl-Irlanda. Il-muzika ta’ Haydn kienet tindaqq spiss fil-Katidral ta’ Westminster, u anke f’okkazjonijiet specjali li fihom kienet tattendi l-familja rjali Ingliza. 

Meta rritorna lura fi Vjenna, Haydn kompla jahdem man-neputi ta’ Nikolaus Esterhazy u kkompona aktar xoghlijiet muzikali, fosthom quddisiet u kwartetti ghal strumenti tal-korda. Huwa kkompona wkoll l-oratorju Die Schopfung (The Creation), xoghol korali kbir li jixbah hafna fl-istil tieghu lill-oratorju Messiah ta’ George Friedrich Handel. Barra minn hekk, Haydn ikkompona oratorju iehor kbir, Die Jahreszeiten (The Seasons), li wkoll ghadu popolari sal-gurnata tal-lum.

Il-kompozitur Franz Joseph Haydn miet fi Vjenna fil-31 ta’ Mejju 1809, fl-eta’ ta’ 77 sena, waqt li kien qieghed ihejji katalogu tax-xoghlijiet kollha tieghu. Waqt il-funeral tieghu ndaqqet il-Messa da Requiem ta’ Wolfgang Amadeus Mozart. Huwa ndifen gewwa l-knisja ta’ Eisenstadt, ftit ‘il boghod mill-palazz tal-familja Esterhazy, li fih kien qatta’ l-ahhar snin tieghu.

Haydn jitqies bhala kompozitur tassew prolifiku, tant li numru ta’ xoghlijiet tieghu ghadhom qatt ma gew ippubblikati. L-opri tieghu ma tantx kisbu daqstant success bhal dawk ta’ kompozituri ohra ta’ zmienu. Madankollu, huwa jibqa’ maghruf bhala missier is-sinfoniji u l-kwartetti tal-korda: huwa rnexxielu jikkomponi sinfoniji ta’ livell gholi u sofistikazzjoni kbira, kif ukoll kwartetti tal-korda mimlija espressjonijiet muzikali qawwija.

Dan il-kompozitur baqa’ attiv sa l-ahhar nifs tal-hajja tieghu. Izda r-rwol li kellu fl-ahhar snin ta’ hajtu ma kienx dak ta’ kompozitur jew ta’ maestro di cappella, izda dak ta’ persunagg marbut mal-muzika u ispirazzjoni ghall-generazzjonijiet godda ta’ kompozituri. Franz Joseph Haydn kien bniedem imfahhar minn kulhadd, anke minn dawk li ma kienux daqstant midhla tal-muzika tieghu.  

____________________


(C) Philip Ellul - Kull Dritt Huwa Riservat.