Make your own free website on Tripod.com

IS-SIT LETTERARJU TA' PHILIP ELLUL

POEZIJI - IV

L-AWTUR
POEZIJI - I
POEZIJI - II
POEZIJI - III
POEZIJI - IV
POEZIJI FUQ STIL 'HAJKU'
DRAMM TAL-PASSJONI - ATT I
DRAMM TAL-PASSJONI - ATT II
DRAMM TAL-PASSJONI - ATT III
DRAMM TAL-PASSJONI - ATT IV
PROZA
DRAMA KOMIKA
DRAMA SERJA
XI KITBIET OHRA
KTIEB TAL-VIZITATURI
HOLMA SAJFIJA

 
in-nifs tal-lejl sallabni
 
mperrec ma' hajt gholi
 
il-qtar tax-xita tqanzhu
 
fi dlam l-ghegubijiet
 
 
min fittex l-abbundanza
 
miet bis-sokor
 
u wara tnixxef minn xemx
 
imghaddba fl-eqqel nofs ta' nhar
 
 
m'ghadux ikarwat ir-raghad kattiv
 
qalb is-shab mimli qtar tad-demm
 
m'ghadux jinfileg ir-raghaj
 
f'nofs medda t'ghelieqi
 
mahruqa bil-fjammi
 
mifxula minn sriep in-nar
 
 
terraq il-Bhima mat-toroq
 
fid-dawl ta' bozza mtektka
 
mis-silg vojt li nxtered
 
ma' l-art fi zmien it-ticpis
 
 
l-isbah ghotja f'guf il-mara mtappna
 
bilqieghda fuq ghatu ta' landa zdingata
 
tistenna l-hlas tal-mard qalb l-inxufija
 
 
min rifes id-demel
 
zelaq darbtejn u farrak ghadmu
 
intemm fi sptar mahmug
 
f'sodda mibruxa
 
 
min ghajjat bl-ugigh
 
ma semghu hadd
 
hlief wirdiena xiha
 
zzappap bla sahha tul Xatt il-Genn
 
miksi bi trab iswed
 
u b'rihet id-drenagg.
 
 
 
HARBA

 
tixghel fik ir-reghba ghall-fidwa
 
maghdura f'ghajnejk kahlana
 
tfakkarni fil-gmiel ta' bahar safi
 
l-istess sentiment t'elf sena ilu
 
 
serrep, Bniedem, mat-toroq tondi
 
sfigurati bhal sidrek
 
imghattna bhal demmek
 
kaxkaxr, Ruh, il-gebla mfekka
 
ta' l-Assoluzzjoni zvinturata
 
 
fittixt f'qiegh gildtek ratba
 
t-toghma tal-feriti mberrha
 
tfakkarni f'Lejlet id-Dellijiet
 
 
qum, Spirtu, mir-raqda tal-mortalita'
 
itla' mal-hitan kennija ta' gismi
 
mwerden bl-ahrax mohqrija
 
 
it-tokki mkeffna t'arlogg kannella
 
mdamdam b'daqqiet il-frosta
 
zgiccaw mit-toqob tat-twieqi mkissra
 
 
il-harba ta' darba - il-harba ta' dejjem
 
girja ghall-ezistenza
 
vjagg kiesah ghall-helsien
 
 
l-istess vjagg t'elf sena ilu
 
l-istess vjagg t'elf sena ohra.
 
 
 
IRMIED

 
mit-toqob tat-thewdin
 
imtela' bl-ghadab il-vojt sufi
 
ghax il-vini tkahhlu mal-krib
 
t'agonizzant b'ghajnejn imhaffra
 
 
mahnuq l-ghajat ta' min isofri
 
fl-eqqel siegha ta' Settembru
 
il-vjolenza tad-Damdim
 
 
in-nar heggeg f'Bir is-Saram
 
safa ghajjien u harget ruhu
 
fl-ahhar sellem lit-Tnemnim.
 
 
 
HMAR IL-LEJL

 
waqt li sriep in-nar
 
jizzelgu ma' jdejja
 
inqasmet il-qawsalla taht saqajk
 
 
harist lejja bla ma rajtni
 
ftaht widnejk minghajr ma smajtni
 
il-kxaxen imqallba ta' gismek
 
jitgerrbu mat-tarag
 
jistadu fil-bahh
 
 
jekk tisma' twerziqa tkun tieghi
 
taghtix kas u insa
 
u ftakar w erg'insa
 
imbaghad tkun insejt int min int
 
u l-ghada ssib ruhek titgezwer
 
fil-lozor immermra tal-mewt
 
 
tghid xejn
 
m'hemmx isbah mis-silenzju
 
il-vagabond ta' elf sura
 
iskot met'ghandek tghajjat
 
f'dal-fondoq hadd ma jisma'
 
kulhadd trux
 
 
l-imhabba ghamja
 
izda f'dad-dlam mhux qed narak
 
ghalkemm imcafalsha m'ghajnejja
 
u jien imqabbad ma' xaghrek
 
 
ghalik u ghalija
 
il-Genn jibda hawn.
 
 
 
TSUNAMI

Mewget il-Mewt

 
il-mewga qattiela haditek
 
garritek ma' l-eqqel kurrent
 
stennejt li se tigi
 
'mma qatt m'ergajt lura
 
ghajnejja wkoll gherqu fid-dmugh
 
 
qalb it-tifrik u l-igsma
 
fittixtek bla razan
 
izda qtajt qalbi li xi darba
 
narak titfacca quddiemi mill-gdid
 
 
u dalam u rega' sebah
 
u bqajt ma sibtekx
 
u hajti minn dawl saret dlam
 
ghax f'Phuket tlift imhabbti ghal dejjem.
 
 
 
GOLGOTHA

Lil Min Ma Jafx x'Inhu Jaghmel

 
fl-ghabex tar-rebbiegha
 
saltnet l-ezistenza mjassra
 
rajtha ssellem lin-nahal bin-nghas
 
saqajhom mizduda-maghguna fil-hall
 
 
garrejtha fuq spallejja t-Tama
 
izda harbet bla ma tatni cans nilhaqha
 
grejt kemm grejt
 
swieli suf l-gharaq qares
 
li qattar minn gismi sparpaljat
 
 
ghajjatt u tqanzaht f'qiegh il-Bir
 
mahkum mill-biza' primordjali
 
l-ilma mdardar li xrobt
 
bzaqtu f'Hofrot it-Tentazzjoni
 
 
dahket f'wicci l-gremxula mxajtna
 
metta ghaffigtha taht saqajja rxuxtat
 
u r-riha tal-qilla sturdietni
 
xhin bniedem mar jinfed Kustat.
 
 

(c) Philip Ellul - Kull Dritt Huwa Riservat