Make your own free website on Tripod.com

IS-SIT LETTERARJU TA' PHILIP ELLUL

DRAMM TAL-PASSJONI - ATT IV

L-AWTUR
POEZIJI - I
POEZIJI - II
POEZIJI - III
POEZIJI - IV
POEZIJI FUQ STIL 'HAJKU'
DRAMM TAL-PASSJONI - ATT I
DRAMM TAL-PASSJONI - ATT II
DRAMM TAL-PASSJONI - ATT III
DRAMM TAL-PASSJONI - ATT IV
PROZA
DRAMA KOMIKA
DRAMA SERJA
XI KITBIET OHRA
KTIEB TAL-VIZITATURI

"MAGHKOM SA L-AHHAR TAZ-ZMIEN" (Dramm tal-Passjoni)

IR-RABA’ ATT

Xena I

L-Gholja tal-Golgotha (Post il-Qorriegha). Folla ta’ nies Lhud qeghdin jistennew il-wasla ta’ Gesu’ bis-salib. Uhud minn dawn in-nies qeghdin jibku. Naraw ukoll xi membri tas-Sinedriju, il-Qassisin il-Kbar u xi dixxipli ta’ Gesu’.

NARRATUR: Post il-Qorriegha, jew kif jafuha l-Lhud: il-Golgotha. Hawnhekk se naraw il-wasla ta’ Gesu’ mghobbi s-salib u mbaghad il-krucifissjoni tieghu quddiem folla kbira ta’ Lhud u quddiem ommu stess.

 

- Jidhol Gesu’ mghobbi s-salib. Magenbu hemm zewg suldati Rumani u c-Centurjun taghhom. Min-naha l-ohra tal-palk jidhlu Marija omm Gesu’, Marija Maddalena, Gwanni l-Appostlu u Marija ta’ Kleofa. -

MARIJA: Ghaliex ghamlulu hekk lil ibni? X’qatt ghamel hazin? - tibki - Ghadu zghir tant, diga’ se jmut!

GWANNI: Ikkalma, Marija. Inti tafda fih! Hu qal li jerga’ jqum. U jien nemmen li dak li qal isehh tassew!

MADDALENA: Anke jien, Marija, nemmen li Gesu’ jerga’ jkun fostna ma jdumx!

- Gesu’ jaqa’ ma’ l-art bis-salib fuq dahru. -

CENTURJUN: Nahseb li dan ir-ragel mhux ser jasal sal-post tal-krucifissjoni. Ikun ahjar li nqabbdu lil xi hadd iehor biex jerfaghlu ftit is-salib sakemm naslu sal-Golgotha.

LONGINUS: Int, isma’ l’hawn!

CIRENEW: Ghidli, x’ghandek bzonn?

LONGINUS: Irriduk terfa’ s-salib ta’ Gesu’ ghaliex ma jiflahx iwassal sal-Golgotha.

CIRENEW: Imma jien…

LONGINUS: Imma xejn!! Ikollok tobdi l-ordnijiet taghna. Fhimt?!

CIRENEW: Kollox sew. Nobdi.

- Xmun ic-Cirenew jerfa’ s-salib ta’ Gesu’ -

- Gesu’ jghaddi minn magenb grupp ta’ nisa, li kollha jkunu qeghdin jibkuh. -

GESU’: Nisa, nitlobkom, tibkux lili! Izda ibku lilkom infuskom u lil uliedkom! Ghad jigi zmien meta jghidu "Hieni l-guf li qatt ma wiled u s-sider li qatt ma radda’!" Mbaghad jibdew jghidu lill-muntanji "Aqghu fuqna!" u lill-gholjiet "Ordmuna!" Ghax jekk dan kollu qeghdin jaghmluh liz-zokk meta ghadu ahdar, mela xi jsir minnu meta jinxef?!

VERONIKA: Mulej, hallini nimsahlek wiccek! - timsah wicc Gesu’ -

GESU’: Kun imbierka binti!

- Tindaqq il-muzika. Gesu’ jasal fejn il-Golgotha. Zewg qaddejja jnezzghulu hwejgu, imidduh ma’ l-art u jibdew isallbuh mas-salib. Uhud min-nies prezenti jibdew jibku x’hin isallbu lil Gesu’. Wara li jsammrulu l-imsiemer, jghollu lis-salib u jwahhlu l-kundanna fuqu (Iesus Nazarenus Rex Iudaea).-

- Pawsa qasira. -

GESU’: Missier, nitolbok tahfrilhom ghax ma jafux x’inhuma jaghmlu.

ARTUS: Issa x’ser naghmlu bit-tunika ta’ dan ir-ragel? Min se jehodha?

LONGINUS: L-ahjar li naghmlu hu li naqtghuha bix-xorti u min jigi jehodha.

ARTUS: Tajjeb mela, hekk naghmlu!

ZERAH: Dik il-kitba ta’ fuq is-salib, min kitibha?

CENTURJUN: Il-Prokuratur Ponzju Pilatu.

ZERAH: Hazin ghamel il-Prokuratur! Ma missux kiteb "Is-Sultan tal-Lhud." Kien ikun wisq ahjar kieku kiteb "Dan qal: Jien is-Sultan tal-Lhud!"

CENTURJUN: Issa m’hemmx x’taghmel! Issa dak li nkiteb ma jistax jithassar!

- Pawsa qasira. -

GESU’: - lil ommu - Mara, hawn hu ibnek! - lil Gwanni - Gwanni, hawn hi ommok!

- Gwanni jghannaq mieghu lill-Madonna. -

- Pawsa qasira. -

GESU’: Ghandi l-ghatx!

CENTURJUN: Dan il-bniedem qabdu l-ghatx. Artus aqbad sponza, xappapha bil-hall u newwilielhu.

- Artus jaghmel kif jghidlu c-Centurjun. Izda Gesu’ ma jkunx irid iduq il-toghma hazina tal-hall. -

GESU’: Kollox mitmum!!

ELEAZAR: Ghajb ghalik, Gesu’! Int ghidt li thott it-tempju u fi tliet ijiem terga’ tibnih! Mela inzel minn fuq is-salib u salva lilek innifsek!

CAIAPHAS: Salva ohrajn. Lilu nnifsu ma jistax isalva!

HANNAS: Ha jinzel issa l-Messija, is-Sultan ta’ Israel, minn fuq is-salib, biex ahna nkunu nistghu naraw u nemmnu fih!

- Taqa’ dalma kbira fuq l-Gholja tal-Golgotha. -

GESU’: - b’lehen qawwi – Eloi, Eloi, Lama Sabachtani!!

AGAR: Isimghuh, qieghed isejjah lil Elija! Ha naraw jigix ghalih u jnizzlu!!

GESU’: - b’lehen qawwi – Missier, f’idejk jien nerhi r-ruh tieghi! - ibaxxi rasu u jmut. -

- Jidher il-beraq u jinstema’ t-tkarwit tar-raghad. In-nies jibdew jibzghu u jitilqu jigru `l hemm. Jibqghu biss fuq il-palk Marija omm Gesu’, Marija Maddalena, Gwanni l-Appostlu, Marija ta’ Kleofa, ic-Centurjun u xi qaddejja. -

- Wara pawsa, t-tliet qaddejja jibdew inizzlu lil Gesu’ minn fuq is-salib permezz ta’ lizar. X’hin inizzluh, ihallu l-lizar mas-salib, ipoggu l-gisem ta’ Gesu’ fi hdan ommu Marija, u mbaghad jitilqu.

MARIJA: Miet! Ibni miet!

MADDALENA: Iva miet.

MARIJA: Ghaliex jahasra, kellu jbati daqshekk, ibni? Ghaliex qatluh?

TA’ KLOEFA: Marija, ghalxejn se toqghod tistaqsi dawn il-mistoqsijiet kollha. Gesu’ miet ghax hekk kien hemm bzonn li jsir. Hu ghad jerga’ jqum, issa tara! M’ghandekx ghalfejn toqghod issewwed qalbek hafna.

MARIJA: Iva, ghad jerga’ jqum, tassew!

GWANNI: Issa min ser jidfen il-gisem ta’ Gesu’?

MADDALENA: Ghandu jigi Guzeppi ta’ Arimatea biex jiehu lil Gesu’ u jidfnu fil-qabar gdid illi ghadhom kemm haffru.

- Jidhlu Guzeppi ta’ Arimatea u Nikodemu. -

GUZEPPI: Ahna wasalna.

NIKODEMU: Tassew jiddispjacina li Gesu’ kellu jmut hekk, b’mod daqshekk kiefer!

GUZEPPI: Dawk il-Qassisin il-Kbar u l-membri l-ohra tas-Sinedriju riedu bilfors jehilsu minnu. Ma ridux igerrhuha dik li hu kien qed jipproklama lilu nnifsu l-Iben t’Alla. U hemm, ara kif spicca! Umiljat fuq salib!

GWANNI: Issa ahjar niehdu l-gisem ta’ Gesu’ fil-qabar!

GUZEPPI: Iva, Gwanni.

- Guzeppi u Nikodemu ikebbu l-gisem ta’ Gesu’ b’faxex ta’ l-ghazel u jgorruh bejniethom. Johrog kulhadd minn fuq il-palk. Jibqa’ biss ic-Centurjun, idur magenb is-salib u jidher imhasseb u mhawwad. -

CENTURJUN: - lin-nies - Jien tassew ghadni mistaghgeb bil-mod ta’ kif ghex dan ir-ragel. Ma nafx kif naqbad nahsibha fuqu. Li naf zgur hu li dan Gesu’ kien fejjaq wiehed mill-qaddejja l-aktar gheziez tieghi minn halq il-mewt. Jien ma stajtx nemmen meta qaluli li l-qaddej tieghi kien fieq. Gesu’ anqas biss ma kien rifes l-ghatba tad-dar tieghi. Dan ir-ragel hu tassew kbir u setghan! Ma nistax nifhem ghala ma ddefendiex ruhu fuq is-salib, ghala ma qal xejn u baqa’ dejjem sieket. - Pawsa qasira - Dan il-bniedem kien tassew il-Messija, l-Iben ta’ Alla! - johrog -

Black-out. Pawsa muzikali.

 

Xena II

Il-post fejn ikun indifen Gesu’. Jidher il-qabar miftuh u vojt.

NARRATUR: Gesu’ qam minn bejn l-imwiet! Il-qabar fejn indifen hu vojt. Qam kif kien qal. In-nisa u d-dixxipli ma jkunux iridu jemmnu li Gesu’ qam tassew, u jibdew jinkwetaw ruhhom.

 

- Jidhlu Marija Maddalena, Marija ta’ Kleofa u Salome. -

MADDALENA: - tinhasad - Jien qieghda nara sew?! Il-qabar miftuh! Zgur dahal xi hadd biex jisraq il-gisem ta’ Gesu’!

SALOME: Tassew, gismu mhux qieghed hawn.

TA’ KLEOFA: Jiena nahseb li rxoxta!

MADDALENA: Iva, Marija! Imma kif mhux qieghed hawn jistenniena?

- Johrog anglu minn wara l-qabar -

ANGLU: Ghaliex qeghdin tfittxuh qalb il-mejtin lil dak li hu haj? M’huwiex hawn, imma qam! Ftakru x’kien qalilkom meta kien ghadu fostkom fil-Galilija, meta qal li jehtieg li Bin il-Bniedem jinghata f’idejn il-midinbin, ikun mislub, u fit-tielet jum iqum mill-imwiet.

- L-anglu jitlaq -

TA’ KLEOFA: Qeghdin taraw kif Gesu’ tassew irxoxta! Dak li qalilna gara tassew!!

SALOME: X’ferh qieghda nhoss go qalbi!

MADDALENA: Issa mmorru nghidu kollox lill-ohrajn u tghidx kemm ihossuhom ferhana!

TA’ KLEOFA: U jekk ma jemmnuniex?

MADDALENA: Nghidulhom li rajna anglu tas-sema u tarrfilna kollox.

SALOME: Mela imxi ha mmorru!

Black-out. Pawsa muzikali.

 

Xena III

Post f’Gerusalemm fejn ikunu jinsabu maghluqin l-Appostli. Kollha jkunu ghadhom imnikkta ghal dak li kien sehh lil Gesu’, l-Imghallem taghhom.

NARRATUR: L-Appostli jkunu kollha migburin go kamra wahda, maghluqa, ghax kienu qed jibzghu li jigu arrestati minhabba li kienu jkunu dejjem ma’ Gesu.

 

- Jidhlu Marija Maddalena, Marija ta’ Kleofa u Salome. -

PIETRU: X’garalkom, kemm gejtu tigru?

MADDALENA: Pietru, qam!

SALOME: M’ghadux hemm!

PIETRU: Min qam?!

TA’ KLEOFA: Gesu’ qam mill-mewt!

GAKBU: Qam mill-mewt?

BARTILMEW: Tassew li qeghdin tghidu?

SALOME: Iva, tassew!

PIETRU: Jien se mmur nara jekk hux minnu li qam mill-mewt.

MADDALENA: Iva mur, Pietru, u ara b’ghajnejk dak li rajna ahna!

- Pietru jitlaq jigri -

GWANNI: Allura ghidulna x’rajtu?

MADDALENA: X’hin wasalna hdejn il-qabar, sibnieh miftuh u vojt. Il-gisem ta’ Gesu’ ma kienx hemm.

SALOME: Imbaghad dehrilna anglu tas-sema b’ilbies jiddi u qalilna li ghalxejn konna qeghdin infittxu lil min hu haj qalb il-mejtin.

TA’ KLEOFA: Qalilna wkoll li Gesu’ qam tassew mill-mewt kif kien qalilna meta konna l-Galilija.

GAKBU: Iva! Niftakar li kien qal li kellu jmut u wara tliet ijiem kellu jerga’ jqum.

FILIPPU: Mela veru li Gesu’ rxoxta!

- Jidhol Pietru, b’nifsu maqtugh. -

PIETRU: Veru, veru! Il-gisem ta’ Gesu’ ma jinsabx hemm! Sewwa ghidtu li qam u rxoxta!

MADDALENA: Qeghdin taraw li ma konniex qed nurukom wicc b’iehor! Dak li rajna kien kollu minnu!

Black-out. Pawsa muzikali.

 

Xena IV

It-triq li tasal fir-rahal ta’ Ghemmaws. Jidhru zewgt irgiel jithaddtu bejniethom.

NARRATUR: Gesu’ se jidher lil dawn iz-zewgt irgiel fi triqthom lejn Ghemmaws. Huma ma jindunawx li kien Gesu’ nnifsu. Izda x’hin imbaghad jaghrfuh hu jitlaq minn maghhom u ma jarawhx aktar.

 

- Jidhol Gesu’ u jersaq qrib iz-zewgt irgiel. -

GESU’: X’intom qeghdin tghidu bejnietkom?

RAGEL 1: Inti wahdek il-barrani f’Gerusalemm li ma tafx x’gara hemmhekk f’dawn il-jiem?!

GESU’: Mela x’gara?

RAGEL 2: Dak li gara lil wiehed jismu Gesu’ minn Nazaret, li kien profeta setghan fl-ghemil u fil-kliem, quddiem Alla u quddiem il-poplu kollu.

RAGEL 1: Il-Qassisin il-Kbar u l-kapijiet taghna tawh f’idejn il-Prokuratur Ponzju Pilatu biex ikun ikkundannat ghall-mewt u mbaghad sallbuh.

RAGEL 2: Ahna konna nittamaw li hu kien dak li kellu jifdi lil Izrael; izda issa, fuq kollox ga ghaddew tliet ijiem minn din il-grajja!

RAGEL 1: Issa wkoll xi whud min-nisa taghna hasduna, ghax marru filghodu kmieni hdejn il-qabar u l-gisem ta’ Gesu’ ma sabuhx hemm.

RAGEL 2: Bdew jghidu wkoll li dehrilhom xi anglu li qalilhom li Gesu’ kien haj!

RAGEL 1: Imbaghad marru hdejn il-qabar xi whud minn taghna u sabu kollox kif kienu qalu n-nisa, imma lil Gesu’ ma rawhx!

GESU’: Kemm intom boloh u tqal biex temmnu kull ma qalu l-profeti! U ma kellux il-Messija jbati dan kollu biex hekk jidhol fil-glorja tieghu?

RAGEL 1: Iva, hekk hu.

- Pawsa qasira -

GESU’: Jidher li sar hafna hin. Jien se nhallikom ghax fadalli hafna x’nimxi!

RAGEL 2: Le, sinjur! Ibqa maghna, ghax issa sar hafna hin u l-jum diga’ wasal biex jintemm!

GESU’: Kollox sew mela, nibqa’ hawn maghkom! Ghandkom xi hobza x’nieklu?

RAGEL 1: Iva, ha mmur ingib wahda mid-dar. Jiena m’ghandix boghod. Noqghod hawn vicin.

- Ragel 1 johrog. -

RAGEL 2: Gieli gejt f’Ghemmaws, sinjur?

GESU’: Iva, kont gejt darba, ilu ftit. Dan hu tassew rahal kwiet, mhux bhal Gerusalemm.

RAGEL 2: Eh! Gerusalemm dejjem bl-ghajat u l-istorbju. Hemmhekk ikun hemm hafna nies.

- Jidhol Ragel 1. -

RAGEL 1: Gibtlek hobza, sinjur!

GESU’: Tajjeb. Issa newwilhieli.

- Ragel 1 jaghtih il-hobza. Gesu’ jaqbad il-hobza, jghid xi talba minn taht l-ilsien, jaqsamha min-nofs u jaghti bicca kull wiehed liz-zewgt irgiel. Waqt li huma jkunu qed jikluha, Gesu’ jitlaq minn hdejhom u huma jinhasdu x’hin ma jarawhx. -

RAGEL 2: Fejn telaq dak ir-ragel?

RAGEL 1: Ma nafx, ma nafx.

- Ragel 2 jinhasad. -

RAGEL 2: Dak hu kien!

RAGEL 1: Min, Gesu?

RAGEL 2: Iva, hu kien. Hu kollu kemm hu! Qabel ma telaq gharaftu!

RAGEL 1: Inti cert milli qed tghid?

RAGEL 2: Iva! Imxi ha mmorru nghidu lid-dixxipli l-ohra li ahna rajnieh ukoll. Imma kif ma gharafniehx mill-ewwel. Kien ilu maghna ghal hafna hin!

RAGEL 1: Imxi ha mmorru Gerusalemm u mmorru nxandru ma’ kulhadd li l-Mulej qam tassew!! - johorgu -

Black-out. Pawsa muzikali.

 

Xena V

Il-post fejn ikunu jinsabu l-Appostli. Hafna minnhom ghadhom imhawdin fuq Gesu, l-Imghallem taghhom.

NARRATUR: L-Appostli ghadhom maghluqin go din il-kamra. Iz-zewgt irgiel ta’ Ghemmaws jigu jaghtuhom l-ahbar li raw u kellmu lil Gesu’. Wara ftit jidrilhom Gesu’ u jurihom li hu qam tassew.

 

- Jidhlu z-zewgt irgiel li rajna fix-xena ta’ qabel -

RAGEL 1: Rajna lill-Mulej!

RAGEL 2: Iva, rajnieh u kellimnieh! Imma ma ndunajniex bih mill-ewwel. Imbaghad gharafnieh u hu telaq minn maghna u ma rajniehx aktar!

PIETRU: Fejn iltqajtu mieghu?

RAGEL 1: Fit-triq ta’ Ghemmaws.

TUMAS: U qghadtu tigu minn hemmhekk biex tghidulna li ltqajtu mieghu?!

RAGEL 1: Iva!

- F’daqqa wahda jidhol Gesu’ f’nofshom. L-Appostli jibqghu mibluha jharsu lejh u ma jlissnu l-ebda kelma. -

GESU’: Il-paci maghkom! - Pawsa qasira - Ghaliex tidhru mhawdin? Ghaliex dawn il-hsibijiet kollha f’qalbkom? Araw idejja u riglejja. Jiena hu! Ejjew missuni, u ifhmuha li l-ispirtu m' ghandux laham u ghadam bhalma qeghdin taraw li ghandi jien. - Pawsa qasira - Meta kont ghadni maghkom, ghidtilkom dawn il-kelmiet: "Jehtieg li jsehh kull ma nkiteb fuqi fil-Ligi ta’ Mose’, fil-Profeti u fis-Salmi." Hekk kien miktub, li l-Messija jbati u fit-tielet jum iqum mill-imwiet u li l-indiema ghall-mahfra tad-dnubiet tixxandar f’ismu lill-gnus kollha, ibda minn Gerusalemm. Intom xhud ta’ dan! - Pawsa qasira - Hudu l-Ispirtu s-Santu! Morru fid-dinja kollha, xandru l-Evangelju lill-holqien kollu. Min jemmen u jitghammed, isalva; izda min ma jemminx, ikun ikkundannat. Kif il-Missier baghat lili, hekk jien nibghat lilkom. Dawk li tahfrulhom dnubiethom ikunu mahfura, u dawk li zzommuhomlhom ikunu mizmuma. - Pawsa qasira - Lili nghatat kull setgha fis-sema u fl-art. Morru mela, aghmlu dixxipli mill-gnus kollha, u ghammduhom fl-isem tal-Missier u ta’ l-Iben u ta’ l-Ispirtu s-Santu, u ghallmuhom iharsu dak kollu li ordnajtilkom jien!

- Pawsa qasira - U ARAW, JIENA MAGHKOM DEJJEM, SA L-AHHAR TAZ-ZMIEN!!

Muzika finali. Black-out. Jinzel is-siparju.

 

TMIEM

 

 

(C) Philip Ellul - Kull Dritt Huwa Riservat.